Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Dikjarazzjoni Konġunta tal-UE u l-Istati Uniti tal-25 ta' Lulju: L-importazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea ta' Gass Naturali Likwifikat (LNG - liquefied natural gas) mill-Istati Uniti qegħdin jiżdiedu

Brussell, id-9ta' awissu 2018

Minn dakinhar tal-wasla tal-ewwel trasportatur tal-LNG mill-Istati Uniti fil-port Portugiż ta' Sines f'April 2016 sal-lum, l-importazzjonijiet ta' gass naturali likwifikat tal-UE mill-Istati Uniti żdiedu minn żero għal 2.8 biljun metru kubu.

Fid-Dikjarazzjoni Konġunta tagħhom tal-25 ta' Lulju f'Washington D.C., il-President Juncker u l-President Trump ftiehmu li jsaħħu l-kooperazzjoni strateġika bejn l-UE u l-Istati Uniti fir-rigward tal-enerġija. F'dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea żżid l-importazzjoni tal-gass naturali likwifikat mill-Istati Uniti sabiex tiddiversifika u tiżgura l-provvista tal-enerġija tagħha. Għaldaqstant l-UE u l-Istati Uniti se jkunu qegħdin jaħdmu sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ tal-gass naturali likwifikat.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker qal: “L-Unjoni Ewropea tinsab lesta li tiffaċilita żieda fl-importazzjonijiet ta' gass naturali likwifikat mingħand l-Istati Uniti u dan qiegħed iseħħ issa stess. L-esportazzjonijiet dejjem jiżdiedu ta' gass naturali likwifikat mill-Istati Uniti, jekk isiru bi prezz kompetittiv, jista' jkollhom rwol akbar u sehem strateġiku fil-provvista tal-gass tal-UE; madankollu l-Istati Uniti trid tilgħab il-parti tagħha billi tnaqqas il-burokrazija żejda fuq l-esportazzjonijiet ta' gass naturali likwifikat. Iż-żewġ naħat għandhom x'jiggwadanjaw jekk jaħdmu id f'id fil-qasam tal-enerġija.”

Il-Kummissarju għall-Azzjoni Klimatika u l-Enerġija, Miguel Arias Cañete, żied jgħid: “Id-diversifikazzjoni hija element importanti biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-UE. Għaldaqstant, iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-gass naturali likwifikat bi prezz kompetittiv mill-Istati Uniti hija aħbar tajba. Din qiegħda sseħħ fi żmien meta l-produzzjoni indiġena tal-gass qiegħda tonqos b'mod aktar mgħaġġel milli mbassar filwaqt li l-UE għaddejja minn żmien ta' eliminazzjoni aċċellerata ta' impjanti elettriċi li jaħdmu bil-faħam.”

L-UE kkofinanzjat jew impenjat ruħha li tikkofinanzja proġetti ta' infrastruttura tal-LNG li jiswew aktar minn EUR 638 miljun (ara l-lista ta' proġetti fl-Anness 2). Minbarra l-150 biljun metru kubu ta' kapaċità żejda fl-UE, l-UE qed tappoġġa 14-il proġett ta' infrastruttura tal-gass naturali likwifikat, li sal-2021 se jżidu l-kapaċità bi 15-il biljun metru kubu ieħor u se jkunu jistgħu jilqgħu importazzjonijiet tal-gass naturali likwifikat mill-Istati Uniti, jekk il-kundizzjonijiet tas-suq ikunu ideali u l-prezzijiet ikunu kompetittivi.

Bħalissa l-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti għadha tirrekjedi approvazzjoni regolatorja minn qabel fir-rigward tal-esportazzjonijiet tal-gass naturali likwifikat lejn l-Ewropa. Dawn ir-restrizzjonijiet jeħtieġ li jiġu indirizzati u r-regoli tal-Istati Uniti jridu jagħmluha aktar faċli sabiex il-gass naturali likwifikat jiġi esportat lejn l-UE.

Matul il-laqgħa tagħhom f'Washington D.C. fil-25 ta' Lulju l-Presidenti Juncker u Trump ħolqu Grupp ta' Ħidma Eżekuttiv. Minn dakinhar saru kuntatti bejn il-Presidenti Juncker u Trump, bejn il-Kummissarju għall-Kummerċ tal-UE Malmström u r-Rappreżentant għall-Kummerċ tal-Istati Uniti Lighthizer, u bejn il-konsulenti ta' livell għoli tal-President Juncker u l-President Trump (is-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Martin Selmayr u l-Konsulent Ekonomiku Ewlieni tal-White House Larry Kudlow).

Intlaħaq ftehim li fl-20 ta' Awwissu l-Konsulent tal-Kummerċ tal-President Juncker u uffiċjal għoli tal-UE responsabbli mill-kummerċ se jżuru Washington D.C. sabiex jiltaqgħu mal-kontrapartijiet tagħhom tal-Istati Uniti u jkomplu bil-ħidma tagħhom fuq l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta. F'dan il-kuntest, kemm l-UE kif ukoll l-Istati Uniti qegħdin jaħdmu fil-qafas tal-Grupp ta' Ħidma Eżekuttiv sabiex iżidu l-esportazzjonijiet ta' gass naturali likwifikat mill-Istati Uniti lejn l-Ewropa.

Sfond

Kull ma jmur il-fluwidità u l-kompetittività tas-suq dinji tal-gass naturali likwifikat qegħdin jiżdiedu. Bejn l-2017 u l-2023, il-kummerċ dinji tal-gass naturali likwifikat mistenni jiżdied b'aktar minn 100 biljun metru kubu, minn 391 għal 505[1]. L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija tbassar li l-importazzjonijiet tal-gass naturali likwifikat lejn l-Ewropa se tiżdied bi kważi 20 % sal-2040 meta mqabbla mal-livelli tal-2016.

Iż-żieda fil-produzzjoni tal-gass fl-Istati Uniti u l-bidu tal-esportazzjonijiet ta' gass naturali likwifikat mill-Istati Uniti fl-2016 qawwew is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Ewropa kif ukoll mad-dinja. Bħalissa l-Ewropa qiegħda timporta madwar 70 % tal-gass li teħtieġ u dan is-sehem mistenni jiżdied fis-snin li ġejjin. Il-gass naturali likwifikat huwa wkoll parti importanti mill-istrateġija ta' diversifikazzjoni tal-UE; u bħala t-tieni l-akbar suq uniku tal-gass fid-dinja wara l-Istati Uniti, għaldaqstant l-UE hija għażla attraenti għall-Istati Uniti.

Sabiex tkompli żżid l-importazzjonijiet lejn l-Ewropa, il-prezzijiet tal-Istati Uniti tal-gass naturali likwifikat jeħtieġ li jkunu kompetittivi fis-suq tal-UE. Barra minn hekk, l-azzjonijiet li ġejjin huma fundamentali għall-faċilitazzjoni ta' dawn l-importazzjonijiet:

L-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' gass naturali likwifikat fl-UE u fl-Istati Uniti:

  • L-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' gass naturali likwifikat fl-UE u fl-Istati Uniti:

Il-kapaċitajiet tal-UE għall-importazzjoni tal-gass naturali likwifikat huma żviluppati ferm u fihom 150 biljun metru kubu fuq ir-riħ. Fl-istess ħin, minħabba l-importanza strateġika tagħhom għad-diversifikazzjoni, il-kapaċitajiet attwali qed jiġu estiżi u kapaċitajiet ġodda qed jiġu żviluppati fil-Baħar Adrijatiku (fuq il-gżira ta' Krk fil-Kroazja), fil-Baħar Baltiku, b'mod partikolari fil-Polonja, u fil-Baħar Mediterran fil-Greċja. Dan jippermetti għal żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-gass naturali likwifikat lejn l-UE.

Bħalissa l-Istati Uniti għandhom 28 biljun metru kubu ta' kapaċità ta' likwefazzjoni u huwa previst li jżidu 80 biljun metru kubu ieħor sal-2023, filwaqt li jespandu t-terminali tal-esportazzjoni tal-gass naturali likwifikat tagħhom.

  • Ir-restrizzjonijiet regolatorji mill-Istati Uniti jeħtieġ li jitneħħew. L-UE ma għandha l-ebda ostaklu mhux tas-suq biex il-gass naturali tal-Istati Uniti jinġieb lejn l-UE. L-UE tixtieq li tingħata trattament simili min-naħa tal-Istati Uniti, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tar-rekwiżit tal-approvazzjoni minn qabel għall-esportazzjonijiet tal-gass naturali likwifikat lejn l-UE.

Iċ-ċifri attwali juru li l-importazzjonijiet ta' gass naturali likwifikat mill-Istati Uniti lejn l-UE qegħdin jiżdiedu:

  • Minn mindu waslet l-ewwel kunsinja tal-gass naturali likwifikat mill-Istati Uniti fl-UE f'April 2016, illum l-importazzjonijiet ta' gass naturali likwifikat impurtat lejn l-UE diġà laħaq it-2.8 biljun metru kubu (billion cubic meters, bcm).
  • Mill-bidu tal-2016 l-UE rċeviet aktar minn 40 tagħbija ta' gass naturali likwifikat mill-Istati Uniti. Fl-2017 l-Ewropa rrappreżentat aktar minn 10 % tal-esportazzjonijiet totali tal-gass naturali likwifikat tal-Istati Uniti, minn 5 % fl-2016.

Għal aktar informazzjoni

Dikjarazzjoni Konġunta tal-UE u l-Istati Uniti

Gass Naturali Likwifikat (LNG) - Sfond

ANNESS

1. Importazzjonijiet ta' Gass Naturali Likwifikat tal-UE mingħand l-Istati Uniti

Image

2. Appoġġ tal-UE għall-kapaċitajiet ta' Gass Naturali Likwifikat

Terminali tal-LNG mibnija bejn l-2013 u l-2018

 

 

 

Stat Membru

Terminal

Sena tal-bidu

Kapaċità (bcm fis-sena)

Kofinanzjament tal-UE

L-Italja

FSRU OLT Oshore LNG Toscana

2013

3.8

 

Il-Litwanja

FSRU Independence

2014

4.0

EUR 27.4m (CEF) għal pipelines ta' konnessjoni

Franza

It-terminal tal-LNG ta' Dunkerque

2016

13.0

 

Il-Polonja

It-terminal tal-LNG ta' Swinoujscie

2016

5.0

Għotja ta' EUR 130m (EEPR)

EUR 202m (FEŻR)

Total ta' EUR 332m

Malta

It-terminal tal-LNG ta' Delimara, Malta

2017

0.7

EUR 0.7m għal studji (CEF)

 

 

 

 

 

Terminali tal-LNG li qegħdin jinbnew

 

 

 

Stat Membru

Terminal

Sena tal-bidu

Kapaċità (bcm fis-sena)

Kofinanzjament tal-UE

Il-Greċja

It-terminal tal-LNG ta' Revithoussa (estensjoni tal-kapaċità)

2018

2.0 (minn 5.0 għal 7.0)

EUR 50.8m (FEŻR)

Spanja

It-terminal tal-LNG ta' Tenerife (Arico-Granadilla)

2021

1.3

 

Spanja

It-terminal tal-LNG ta' Gran Canaria (Arinaga)

2022

1.3

 

 

 

 

 

 

It-terminali tal-LNG fuq il-lista ta' Proġetti ta' Interess Komuni (PCI)

 

 

 

Stat Membru

Terminal

Sena tal-bidu

Kapaċità (bcm fis-sena)

Kofinanzjament tal-UE

Il-Kroazja

It-terminal tal-LNG ta' Krk

2019

2.6

EUR 108m (CEF) għat-terminal EUR16m (CEF) għall-evakwazzjoni tal-pipeline

Total ta' EUR 124m

Il-Greċja

It-terminal tal-LNG fit-Tramuntana tal-Greċja

2020

5.5

EUR2m (CEF) għal studji

 

Ċipru

It-terminal tal-LNG ta' Ċipru

2020

 

EUR 101.2m (CEF)

L-Iżvezja

It-terminal tal-LNG ta' Gothenburg

2021

0.5

 

Il-Polonja

It-terminal tal-LNG ta' Świnoujście (estensjoni tal-kapaċità)

2022

2.5 (minn 5.0 għal 7.5)

 

L-Irlanda

It-terminal tal-LNG ta' Shannon

2022

6.2

 

CEF: Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

EEPR: Il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru

FEŻR: Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

PCI: Proġett ta' Interess Komuni

 

[1]Sors: L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija.

IP/18/4920

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar