Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Baġit tal-UE: €4.8 biljuni f'finanzjament fil-qasam tas-sigurtà għal Ewropa li tipproteġi

Strasburgu, it-13ta' gunju 2018

Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li żżid b'mod sostanzjali l-finanzjament kurrenti fil-qasam tas-sigurtà - minn €3.5 biljuni għal €4.8 biljuni - fil-baġit fit-tul tal-UE li jmiss ta' bejn l-2021 u l-2027.

F'realtà fejn in-natura tat-theddid qiegħda kull ma jmur issir aktar kumplessa u internazzjonali, il-fondi tal-UE jistgħu jgħinu biex tinbena Unjoni li tkun tista' tilqa' aħjar għall-isfidi li qiegħda tiffaċċja fil-qasam tas-sigurtà filwaqt li tkun ippreparata aħjar biex tirrispondi għall-emerġenzi. L-ammont ta' €2.5 biljuni taħt il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) msaħħaħ qiegħed jiżdied bi kważi €1.2 biljun għad-dekummissjonar aktar sigur ta' attivitajiet nukleari fi wħud mill-Istati Membri, u huwa ammont addizzjonali mal-€1.1 biljun għat-tisħiħ tal-Aġenziji tal-UE fil-qasam tas-sigurtà.

L-Ewwel Viċi President Frans Timmermans sostna: “Wieħed mill-aktar drittijiet tal-bniedem bażiċi huwa li nħossuna siguri meta nkunu f'darna jew meta nkunu mexjin fi triqatna. Iċ-ċittadini Ewropej jistennew li l-gvernijiet tagħhom u l-Unjoni jipprovdu din is-sikurezza. Finanzjament aktar flessibbli fil-qasam tas-sigurtà li jkun imfassal għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri ser jiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ikunu protetti aħjar, kif għandhom tassew ikunu. "

Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos stqarr: “Għandna nagħmlu kull sforz f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċittadini tagħna - u jeħtieġ li ninvestu flusna biex niksbu dan il-għan. Din hija r-raġuni għaliex qegħdin inżidu l-baġit b'terz għas-snin li ġejjin, għal total li ser jilħaq l-€4.8 biljuni. Qegħdin ngħinu lill-Istati Membri jitħejjew aħjar għall-isfidi fil-qasam tas-sigurtà u għal emerġenzi mhux previsti tal-ġejjieni. Qegħdin nibnu Ewropa aktar sikura u reżiljenti għaċ-ċittadini tagħna. Ewropa li tipproteġi.”

Il-Kummissarju għall-Unjoni tas-Sigurtà, Julian King qal: “Jeħtieġ li niżviluppaw rispons qawwi għat-theddid multidimensjonali, transkonfinali u dejjem jevolvi li qed inħabbtu wiċċna miegħu minn terroristi u kriminali — rispons li ma jidduplikax l-isforzi tal-Istati Membri, iżda jikkumplimentahom billi jwassal li toħroġ fid-dieher stampa aktar ċara kemm fl-UE kif ukoll lil hinn minnha. Il-proposta tal-lum għal Fond għas-Sigurtà Interna msaħħaħ ferm iwassal eżattament għal dan - Ewropa aktar reżiljenti bħala l-pedament ta' Unjoni tas-Sigurtà aktar effettiva u ġenwina.”

Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) msaħħaħ

Filwaqt li l-protezzjoni taċ-ċittadini hija l-ewwel u qabel kollox kompetenza nazzjonali, l-Unjoni Ewropea għandha rwol essenzjali li tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri. Illum il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li aktar min tirdoppja l-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF), li huwa l-istrument finanzjarju ewlieni li jgħin lill-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà, minn €1 biljun għal €2.5 biljuni. Il-Fond il-ġdid ser jinkludi:

  • Sett ġdid ta' objettivi: L-ISF imsaħħaħ ser ikollu 3 għanijiet ġodda li jiffokaw fuq: (1) tkattir tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-UE; (2) intensifikazzjoni ta' operazzjonijiet transkonfinali konġunti; u (3) tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-ġlieda u l-prevenzjoni tal-kriminalità, u għall-indirizzar tar-radikalizzazzjoni. Dan ser jgħin lill-Istati Membri b'mod aktar flessibbli u effettiv sabiex jiksbu r-riżultati f'oqsma prijoritarji tas-sigurtà: il-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni; il-kriminalità serja u organizzata; iċ-ċiberkriminalità; u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità;
  • Aktar flessibbiltà u rispons għal emerġenza aħjar: €1.5 biljun mill-fond ser jiġu allokati lill-Istati Membri sabiex jitpoġġew f'qagħda li jibnu reżiljenza fit-tul fil-qasam tas-sigurtà. Il-€1 biljun l-ieħor ser jinżamm għall-sfidi mhux mistennija fil-qasam tal-sigurtà, u ser jippermetti rispons rapidu għall-emerġenzi u l-allokazzjoni ta' fondi lil dawk l-Istati Membri li l-iktar jeħtiġuhom;
  • Aktar koordinazzjoni bejn il-politiki tal-UE: In-natura tas-sigurtà hija waħda li qiegħda tevolvi u li tolqot bosta politiki u għaldaqstant teħtieġ tweġiba koordinata min-naħa tal-UE. L-ISF imsaħħaħ ser jaħdem b'mod aktar effettiv ma' fondi oħra tal-UE, fosthom il-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni u Orizzont Ewropa, kif ukoll il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u l-Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni sabiex jimmassimizza l-effikaċja tar-reazzjoni tal-UE għall-isfidi fil-qasam tas-sigurtà fuq kull front;
  • Dimsensjoni esterna b'saħħitha: Is-sigurtà hija kwistjoni globali u s-sikurezza tagħna fi djarna tiddependi fuq l-azzjonijiet tagħna lil hinn mill-fruntieri tal-UE. L-ISF ser jissokta jsostni miżuri f'pajjiżi li mhumiex fl-UE, filwaqt li jiżgura komplementarjetà sħiħa mal-prioritajiet tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà interna u l-objettivi globali f'dawn il-pajjiżi.
  • Tisħiħ tal-aġenziji tal-UE: Minbarra dan il-fond ser jiġu allokati €1.1 biljun oħra, li ser jiġu ppreżentati b'mod separat, għat-tisħiħ ulterjuri tal-Aġenziji tal-UE fil-qasam tas-sigurtà – l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (il-EUROPOL), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (is-CEPOL) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (l-EMCDDA).

L-issoktar ta' dekummissjonar nukleari sikur

Il-Programm ta' assistenza tad-dekummissjonar nukleari (NDAP) tal-UE għandu l-għan li jgħin lill-Istati Membri matul il-proċess tal-għeluq tal-istallazzjonijiet nukleari li jinsabu fl-aħħar fażi taċ-ċiklu tal-operat tagħhom, filwaqt li jkun żgurat l-ogħla livell ta' sikurezza. Għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027 l-Unjoni ser tkompli tipprovdi appoġġ finanzjarju mmirat ta' €118-il miljun għad-dekummissjonar nukleari fil-Bulgarija u s-Slovakkja u €552 miljun għad-dekummissjonar nukleari fil-Litwanja. Ammont ieħor ta' €348 miljun ser jiġi allokat għad-dekummissjonar u għall-immaniġġjar ta' skart radjuattiv tal-faċilitajiet ta' riċerka nukleari tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li €160 miljun ser jingħataw f'appoġġ għas-sikurezza nukleari u azzjonijiet ta' salvagwardja.

Finally, the Commission also proposes to reinforce the EU Civil Protection Mechanism through its rescEU system with €1.4 billion - this comes in addition to the €4.8 billion for the future security funding.

Il-Passi li Jmiss

Jeħtieġ li jintlaħaq ftehim mingħajr dewmien dwar il-baġit tal-UE u dwar il-proposti settorjali tiegħu sabiex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE jibdew jiksbu r-riżultati fil-prattika malajr kemm jista' jkun.

Dewmien bħal dak li seħħ fil-bidu tal-perjodu baġitarju kurrenti (2014-2020) ikun ifisser li: li 5,000 ħaddiem involut direttament, fosthom għalliema, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, pulizija u persunal tal-ħabs, ma jkunux jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni; L-Unità ta' Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet (IRU) tal-Europol ma tkunx tista' tindika aktar minn 40,000 eżempju ta' kontenut onlajn estremist u vjolenti lill-pjattaformi tal-Internet; u l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiskambjaw informazzjoni importanti dwar is-sigurtà, fosthom permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) li matul l-2017 ġiet ikkonsultata 5 biljun darba.

Ftehim dwar il-baġit fit-tul li jmiss fl-2019 jipprevedi tranżizzjoni mingħajr xkiel mill-baġit fit tul attwali (2014-2020) u jiżgura l-prevedibbiltà u l-kontinwità tal-finanzjament għall-benefiċċju ta' kulħadd.

Il-kuntest

Is-sigurtà kienet prijorità politika sa mill-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni Juncker – mil-Linji Gwida Politiċi tal-President Juncker ta' Lulju 2014, sal-aħħar Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni fit-13 ta' Settembru 2017. 

Madankollu, id-daqs u l-urġenza tal-kriżi tar-rifuġjati tal-2015–16 ħadu l-Ewropa għal għarrieda. Sabiex tevita kriżi umanitarja u tippermetti rispons konġunt għal din l-isfida bla preċedent kif ukoll theddid ġdid għas-sigurtà, l-UE użat il-flessibbiltà kollha fil-baġit attwali biex jiġu mobilizzati aktar fondi. Mill-allokazzjonijiet oriġinali ta' €6.9 biljuni għall-perjodu 2014-2020 mogħtija lill-fondi AMIF u ISF (Fruntieri u Pulizija), ammont addizzjonali ta' €3.9 biljuni ġie mobilizzat li permezz tiegħu l-fondi għall-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà interna laħqu l-€10.8 miljun - u dan l-anqas biss jinkludi l-ammont kbir ta' fondi mobilizzati sabiex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati barra mill-UE.

Il-Kummissjoni tgħallmet mill-passat u qed tipproponi li tirdoppja l-finanzjament fl-oqsma kollha, b'€10.4 biljun għall-migrazzjoni, €9.3 biljun għall-ġestjoni tal-fruntieri, €2.5 biljun għas-sigurtà interna u €1.2 biljun għad-dekummissjonar aktar sigur ta' attivitajiet nukleari f'xi Stati Membri – ammont li jilħaq aktar minn €23 biljun.

Barra minn hekk, l-appoġġ għall-Aġenziji tal-UE fil-ġestjoni tas-sigurtà, tal-fruntieri u tal-migrazzjoni se jiżdied minn €4.2 biljun għal €14-il biljun.

Għal Aktar Informazzjoni

Mistoqsijiet & Tweġibiet — Il-Baġit tal-UE: Finanzjament għas-Sigurtà Msaħħaħ għall-2021-2027

Test legali u skedi informattivi:

Il-Fond għas-Sigurtà Interna

  • Skeda informattiva - Il-Baġit tal-UE għall-Futur: Il-Fond għas-Sigurtà Interna
  • Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna
  • L-Anness tar-Regolament li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna

Dekumissjonar nukleari

  • Skeda informattiva - Il-Baġit tal-UE għall-Futur: Is-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar
  • Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm ta' assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant nukleari ta' Ingnalina fil-Litwanja
  • Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifiku għad-dekommissjonar ta' faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni ta' skart radjuattiv, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom)
  • Rapport war l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' assistenza għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Bulgarija, is-Slovakkja u l-Litwanja

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (rescEU)

  • Skeda informattiva - Il-Baġit tal-UE għall-Futur: rescEU - Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

 Aktar informazzjoni tinsab fuq il-Baġit tal-UE għall-futur

 

IP/18/4125

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar