Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Is-Sikurezza fit-Toroq: Id-dejta turi titjib fl-2017, iżda jridu jsiru aktar sforzi biex jinkiseb aktar progress sostanzjali

Brussell, I-10ta' april 2018

L-istatistika preliminari għall-2017 dwar is-sikurezza fit-toroq li l-Kummissjoni Ewropea ħarġet illum turi tnaqqis, għat-tieni sena konsekuttiva, fl-għadd ta' mwiet fl-UE.

Fl-2017 mietu 25,300 ruħ fit-toroq tal-UE, jiġifieri 300 inqas mill-2016 (-2 %) u 6,200 inqas mill-2010 (-20 %). Filwaqt li x-xejra hija inkoraġġanti, se jkun diffiċli ferm li tintlaħaq il-mira tal-UE li l-għadd ta' mwiet fit-toroq bejn l-2010 u l-2020 jonqos bin-nofs. Minbarra dan, hu stmat li s-sena l-oħra ndarbu serjament 135,000 persuna oħra, fosthom għadd kbir ta' utenti vulnerabbli: persuni bil-mixi, ċiklisti u sewwieqa tal-muturi. L-imwiet u l-korrimenti fit-toroq ma jaffettwawx biss lill-vittmi, iżda wkoll s-soċjetà tagħna kollha kemm hi, u huwa stmat li joħolqu spejjeż soċjoekonomiċi [1] ta' EUR 120 biljun fis-sena. Għaldaqstant hemm bżonn li l-atturi kollha jġeddu l-isforzi tagħhom ħalli jonqsu l-perikli mit-toroq Ewropej. Filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali u lokali jwettqu ħafna mill-azzjonijiet ta' kuljum, bħall-infurzar u s-sensibilizzazzjoni, il-Kummissjoni bħalissa qed taħdem fuq sensiela ta' miżuri konkreti bl-għan li tkattar progress sostanzjali ulterjuri. Dan ikun pass ieħor lejn “Ewropa li tipproteġi”, kif irrefera għaliha l-President Juncker.

Il-Kummissarju għat-Trasport, Violeta Bulc stqarret: “Is-sena li għaddiet, 25,300 persuna tilfu ħajjithom fit-toroq tagħna u ħafna aktar ġarrbu korrimenti li biddlulhom ħajjithom. Wara kull waħda minn dawn iċ-ċifri hemm storja ta' diqa u wġigħ. Is-sikurezza fit-toroq hija responsabbiltà kondiviża mal-Istati Membri, iżda nemmen li l-UE tista' tagħmel aktar biex iċ-ċittadini Ewropej ikunu protetti aħjar. Il-Kummissjoni bħalissa qed taħdem fuq sensiela ta' miżuri konkreti li se jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin. L-ambizzjoni tagħna hija ċara: li nsalvaw aktar ħajjiet fit-toroq tagħna.”

B'medja ta' 49 mewta fit-toroq għal kull miljun abitant fl-2017, it-toroq Ewropej għadhom, bil-bosta, l-aktar sikuri fid-dinja. Fi ħdan l-UE, l-Iżvezja (25 mewta għal kull miljun abitant), ir-Renju Unit (27), in-Netherlands (31) u d-Danimarka (32) irrappurtaw l-aqwa rekords fl-2017. Meta mqabbel mal-2016, l-Estonja u s-Slovenja rrappurtaw l-akbar tnaqqis fl-għadd ta' fatalitajiet, b'ċifri ta' -32 % u -20 % rispettivament.

Barra minn hekk, id-distakk bejn l-Istati Membri f'dik li hija l-prestazzjoni kompla jonqos fl-2017, tant li kienu biss tnejn l-Istati Membri li rreġistraw rata ta' fatalità ogħla minn 80 mewta għal kull miljun abitant (ir-Rumanija u l-Bulgarija).

Inħarsu 'l quddiem

Filwaqt li tibni fuq id-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Marzu 2017 dwar is-Sikurezza fit-Toroq, il-Kummissjoni bħalissa qed taħdem fuq qafas ġdid għas-sikurezza fit-toroq għall-perjodu 2020-2030, u fuq serje ta' miżuri konkreti li jikkontribwixxu għal toroq aktar sikuri. Dan jista' jinkludi reviżjoni tar-regoli Ewropej dwar is-sikurezza tal-vetturi u dwar il-ġestjoni tas-sikurezza tal-infrastrutturi, u inizjattiva għal tranżizzjoni sikura lejn mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtonoma.

Il-Kummissjoni qed tippjana li tippreżenta dawn il-miżuri fir-rebbiegħa tal-2018.

Għal aktar informazzjoni

MEMO: L-istatistika dwar is-sikurezza fit-toroq għall-2017: xi jfissru ċ-ċifri?

Il-ħidma tal-Kummissjoni b'rabta mas-sikurezza fit-toroq u l-istatistika tal-UE dwar is-sikurezza fit-toroq

Vademecum dwar is-Sigurtà fit-Toroq

 

Anness

L-imwiet fit-toroq għal kull miljun abitant

Statistika preliminari għall-2017 għal kull pajjiż għall-2017[2]

 

2010

2016

2017

2016-2017

2010-2017

Il-Belġju

77

56

55

-3 %

-26 %

Il-Bulgarija

105

99

96

-4 %

-12 %

Ir-Repubblika Ċeka

77

58

54

-6 %

-28 %

Id-Danimarka

46

37

32

-13 %

-28 %

Il-Ġermanja

45

39

38

-1 %

-13 %

L-Estonja

59

54

36

-32 %

-39 %

L-Irlanda

47

39

33

-15 %

-25 %

Il-Ġreċja

112

76

69

-10 %

-41 %

Spanja

53

39

40

2 %

-25 %

Franza

64

54

53

-1 %

-13 %

Il-Kroazja

99

73

80

8 %

-22 %

L-Italja

70

54

56

3 %

-18 %

Ċipru

73

54

62

15 %

-12 %

Il-Latvja

103

80

70

-14 %

-38 %

Il-Litwanja

95

66

67

0 %

-36 %

Il-Lussemburgu

64

56

47

-13 %

-25 %

L-Ungerija

74

62

64

3 %

-16 %

Malta

31

51

43

-17 %

46 %

In-Netherlands

32

31

31

0 %

-1 %

L-Awstrija

66

50

47

-5 %

-25 %

Il-Polonja

102

80

75

-6 %

-28 %

Il-Portugall

80

54

62

14 %

-31 %

Ir-Rumanija

117

97

98

1 %

-19 %

Is-Slovenja

67

63

50

-20 %

-25 %

Is-Slovakkja

65

51

57

12 %

-13 %

Il-Finlandja

51

47

39

-18 %

-22 %

L-Iżvezja

28

27

25

-6 %

-5 %

Ir-Renju Unit

30

28

27

-5 %

-7 %

L-UE

63

50

49

-2 %

-20 %

 

[1] Ir-riabilitazzjoni, il-kura tas-saħħa, danni materjali, eċċ.

[2] Iċ-ċifri għall-2017 huma bbażati fuq dejta provviżorja. Jaf isiru bidliet żgħar fid-dejta finali għal xi pajjiżi individwali.

IP/18/2761

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar