Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Brexit: Il-Kummissjoni Ewropea tirrakkomanda abbozz ta' direttivi ta' negozjati għall-fażi li jmiss tan-negozjati tal-Artikolu 50

Brussell, I-20ta' dicembru 2017

Wara l-linji gwida adottati mill-Kunsill Ewropew (Artikolu 50) fil-15 ta' Diċembru, il-Kummisjsoni Ewropea llum bagħtet Rakkomandazzjoni lill-Kunsill (Artikolu 50) biex jibda diskussjonijiet dwar il-fażi li jmiss ta' ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

L-abbozz ta' direttivi ta' negozjati, li jissupplementaw id-direttivi ta' negozjati minn Mejju 2017, stabbilixxew dettalji addizzjonali dwar arranġamenti tranżizzjonali possibbli. Dawn jinkludu, b'mod partikolari, dawn li ġejjin:

  • Ma għandu jkun hemm l-ebda għażla skont il-kumdità tiegħu: Ir-Renju Unit se jkompli jipparteċipa fl-Unjoni Doganali u s-Suq Uniku (bl-erba' libertajiet). L-acquis tal-Unjoni għandu jibqa' japplika bis-sħiħ għar-Renju Unit u ġewwa fih bħallikieku kien Stat Membru. Kwalunkwe bdil li jsir lill-acquis matul dan iż-żmien għandu awtomatikament japplika għar-Renju Unit.
  • L-istrumenti u l-istrutturi regolatorji, baġitarji, superviżorji, ġudizzjarji u tal-infurzar kollha eżistenti tal-Unjoni se japplikaw, inkluża l-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
  • Ir-Renju Unit se jkun pajjiż terz mit-30 ta' Marzu 2019. Bħala riżultat, mhux se jibqa' jkun irrappreżentat fl-istituzzjonijiet, l-aġenziji, il-korpi u l-uffiċċji tal-Unjoni.
  • Il-perjodu ta' tranżizzjoni jrid ikun definit b'mod ċar u limitat fiż-żmien b'mod preċiż. Il-Kummissjoni tirrakkomanda li ma jdumx iktar mill-31 ta' Diċembru 2020.

Ir-Rakkomandazzjoni tfakkar ukoll il-ħtieġa li jiġu tradotti f'termini legali r-riżultati tal-ewwel fażi tan-negozjati, kif spjegat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u fir-Rapport Konġunt. Hija tenfasizza li trid titlesta ħidma fuq il-kwistjonijiet kollha tal-ħruġ, inklużi dawk li għadhom ma ġewx indirizzati fl-ewwel fażi, bħall-governanza globali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u kwistjonijiet sostantivi bħall-oġġetti mqiegħda fuq is-suq qabel il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.

Il-passi li jmiss: F'konformità mal-linji gwida tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta' Diċembru, il-Kunsill Affarijiet Ġenerali (Artikolu 50) se jadotta dawn id-direttivi ta' negozjati addizzjonali dwar l-arranġamenti tranżizzjonali f'Jannar 2018.

Sfond

Fit-8 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lill-Kunsill Ewropew (Artikolu 50) biex jikkonkludi li sar biżżejjed progress fl-ewwel fażi tan-negozjati tal-Artikolu 50 mar-Renju Unit. Fil-15 ta' Diċembru, il-mexxejja tal-UE27 ikkonfermaw li nkiseb biżżejjed progress fuq id-drittijiet taċ-ċittadini, l-Irlanda u s-saldu finanzjarju, u linji gwida adottati biex tinbeda t-tieni fażi ta' negozjati. Dan isegwi wkoll riżoluzzjoni fit-13 ta' Diċembru mill-Parlament Ewropew li tikkonferma li sar biżżejjed progress.

Il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew (Artikolu 50) tad-29 ta' April 2017 kif ukoll il-prinċipji ġenerali u l-arranġamenti proċedurali għall-kondotta tan-negozjati stabbiliti fid-direttivi ta' negozjati tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2017 ikomplu japplikaw fl-intier tagħhom għal din il-fażi ta' negozjati.

Għal aktar tagħrif

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

Linji gwida tal-Kunsill Ewropew (Artikolu 50), il-15 ta' Diċembru 2017

IP/17/5342

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar