Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Tassazzjoni Ġusta: L-UE tippubblika lista ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx

Brussell, il-5ta' dicembru 2017

L-ewwel lista ta' din ix-xorti ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx tal-UE ġiet maqbula llum bejn il-Ministri tal-Finanzi tal-Istati Membri tal-UE matul il-laqgħa tagħhom fi Brussell.

B'kollox, il-Ministri elenkaw 17-il pajjiż li naqas milli jissodisfa l-istandards maqbula ta' governanza tajba tat-taxxa. Barra minn hekk, 47 pajjiż ħadu impenn biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sistemi tax-taxxa tagħhom u biex jissodisfaw il-kriterji meħtieġa, wara kuntatti mal-UE.

Dan l-eżerċizzju mingħajr preċedent għandu jgħolli l-livell ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa fuq livell globali u jgħin biex jiġi evitat l-abbuż tat-taxxa fuq skala wiesgħa mikxuf fl-iskandli riċenti bħall-”Paradise Papers”.

Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: “L-adozzjoni tal-ewwel lista sewda tal-UE ta' rifuġji fiskali hija rebħa ewlenija għat-trasparenza u l-ekwità. Iżda l-proċess m'għandux jieqaf hawn. Irridu nżidu l-pressjoni fuq il-pajjiżi elenkati biex ibiddlu l-modi tagħhom. Il-ġuriżdizzjonijiet fuq il-lista s-sewda jridu jiffaċċjaw il-konsegwenzi f'forma ta' sanzjonijiet dissważivi, filwaqt li dawk li ħadu l-impenji, jridu jaħdmu fuqhom malajr u b'mod kredibbli. Ma għandu jkun hemm l-ebda l-inġenwità: il-wegħdiet għandhom jinbidlu f'azzjonijiet. Ħadd ma jista' jagħmel li jrid”.

L-idea ta' lista tal-UE ġiet konċepita oriġinarjament mill-Kummissjoni u mbagħad ittieħdet 'il quddiem mill-Istati Membri. Il-kumpilazzjoni tal-lista xprunat l-impenn attiv minn ħafna mill-imsieħba internazzjonali tal-UE. Madankollu, ix-xogħol issa jrid ikompli hekk kif 47 pajjiż ieħor jenħtieġ li jissodisfa l-kriterji tal-UE sa tmiem l-2018, jew l-2019 għal pajjiżi li qed jiżviluppaw mingħajr ċentri finanzjarji, sabiex jevitaw li jiġu elenkati. Il-Kummissjoni tistenna wkoll li l-Istati Membri jibqgħu jaħdmu fuq kontromiżuri b'saħħithom u dissważivi għal ġurisdizzjonijiet elenkati li jistgħu jikkumplimentaw il-miżuri difensivi eżistenti fuq il-livell tal-UE b'rabta mal-finanzjament.

Il-Passi li jmiss

Il-proċess ta' elenkar tal-UE huwa wieħed dinamiku, li se jkompli fl-2018:

  • Bħala l-ewwel pass, tintbagħat ittra fil-ġurisdizzjonijiet kollha fuq il-lista tal-UE, li tispjega d-deċiżjoni u x'jistgħu jagħmlu biex ma jibqgħux fuq il-lista.
  • Il-Kummissjoni u l-Istati Membri (fil-Grupp dwar dwar il-Kodiċi tal-Kondotta) se tkompli timmonitorja mill-qrib lilll-ġurisdizzjonijiet kollha, sabiex tiżgura li l-impenji jkunu ssodisfati u biex tiddetermina jekk hemmx xi pajjiżi oħra li għandhom jiġu elenkati fil-futur. L-ewwel rapport interim dwar il-progress għandu jiġi ppubblikat sa nofs l-2018. Il-lista tal-UE se tiġi aġġornata tal-inqas darba fis-sena.

Għal aktar tagħrif ara:

MEMO dwar il-lista ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx

SKEDA INFORMATTIVA dwar il-lista ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx

IP/17/5121

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar