Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Brexit: Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi emendi leġiżlattivi għar-rilokazzjoni minn Londra tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-Awtorità Bankarja Ewropea

Brussell, id-29ta' novembru 2017

Illum il-Kummissjoni Ewropea għamlet żewġ proposti leġiżlattivi biex temenda r-Regolamenti tat-Twaqqif tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (European Medicines Agency, EMA) u l-Awtorità Bankarja Ewropea (European Banking Authority, ABE).

Dawn isegwu l-ftehim tal-ġimgħa li għaddiet li sar fil-marġini tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali (fil-format tal-Artikolu 50) sabiex l-EMA u l-ABE jittrasferixxu ruħhom minn Londra għal Amsterdam u Pariġi rispettivament.

Il-Kummissjoni qed taġixxi b'ħeffa sabiex tipprovdi ċertezza u ċarezza legali, filwaqt li tiżgura li ż-żewġ Aġenziji jkunu jistgħu jkomplu jiffunzjonaw mingħajr xkiel u mingħajr interruzzjoni wara Marzu tal-2019. Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-koleġiżlaturi (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) huma mistennija li bħala prijorità jittrattaw dawn il-proposti leġislattivi. Dawn il-proposti huma strettament limitati sabiex tiġi kkonfermata s-sede tal-Aġenziji fiż-żewġ Regolamenti tat-Twaqqif.

Kuntest

Ir-rilokazzjoni ta' dawn iż-żewġ Aġenziji hija konsegwenza diretta tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li jitlaq mill-Unjoni Ewropea, kif innotifikat lill-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Marzu 2017. Id-Deċiżjoni li jiġu rrilokati ż-żewġ Aġenziji ttieħdet mill-gvernijiet tas-27 Stat Membru. Ma tiffurmax parti min-negozjati dwar Brexit.

Għal Aktar Informazzjoni

Id-Deċiżjoni rigward il-proċedura għar-rilokazzjoni tal-aġenziji tal-UE li bħalissa jinsabu fir-Renju Unit (inklużi l-kriterji)

IP/17/4974

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar

Documents


EBA.pdf
EMA.pdf