Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Baġit tal-EU għall-2018: impjiegi, investimenti, l-isfida tal-migrazzjoni u s-sigurtà

Brussell, it-18ta' novembru 2017

Illum, fit-18 ta' Novembru, l-istituzzjonijiet tal-UE laħqu ftehim dwar il-baġit tal-UE għall-2018 - riflessjoni tal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni Juncker.

Il-baġit tal-UE jgħin ibiddel il-prijoritajiet politiċi f'realtà. Il-baġit adottat tal-UE għall-2018 jikkonferma li l-UE qed tidderiġi l-flus għal fejn jinsabu l-ħtiġijiet. Fl-2018, u f'konformità mal-proposta ta' Mejju ta' din is-sena tal-Kummissjoni Ewropea, l-ikbar parti tal-baġit tal-UE se tmur sabiex jiġi stimulat il-ħolqien ta' impjiegi, speċjalment għaż-żgħażagħ, u biex tingħata spinta lit-tkabbir, l-investimenti strateġiċi u l-konverġenza. L-UE se tkompli tappoġġa l-isforzi biex tittratta b'mod effettiv l-isfida tal-migrazzjoni, kemm ġewwa l-UE kif ukoll 'il barra minnha.

Il-Kummissarju Günther H. Oettinger, inkarigat mill-baġit u mir-riżorsi umani, qal: “Dan huwa baġit għal kulħadd. Se jiġi allokat għall-ħolqien ta' aktar impjiegi, aktar tkabbir u aktar investimenti. Se jgħin liż-żgħażagħ isibu impjiegi u apprendistati. Se jgħin lill-Ewropa ssir aktar sikura. Kull ewro għandu jintefaq b'mod effiċjenti u joħloq valur miżjud għall-Ewropa.”

Il-baġit tal-UE għall-2018 huwa stabbilit għal EUR 160.1 biljun f'impenji (flus li jista' jkun hemm qbil dwaru permezz ta' kuntratti li jingħataw kull sena) u EUR 144.7 biljun fi krediti ta' pagamenti (flus mħallsa). Fatturi ewlenin jinkludu:

- Kważi nofs il-fondi - EUR 77.5 biljun f'impenji – se jintefqu biex l-ekonomija tagħna tkun iktar b'saħħitha, biex l-universitajiet tagħna jkunu iktar kompetittivi, biex il-kumpaniji tagħna jkunu attrezzati aħjar biex jikkompetu fis-suq globali. Pereżempju, EUR 2 biljun se jiġu allokati lill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), il-qalba tal-Pjan ta' Juncker, EUR 354 miljun se jkun ta' appoġġ għal kumpaniji żgħar u ta' daqs medju (Il-Kompetittività tal-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju, il-programm COSME) u EUR 11.2 biljun se jkunu allokati lill-Orizzont 2020, il-programm ta' finanzjament tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-UE. Se jintefaq total ta' EUR 55.5 biljun biex tingħata spinta lit-tkabbir, lill-ħolqien tal-impjiegi u t-trawwim tal-konverġenza fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha permezz tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE).

- Iż-żgħażagħ se jiksbu aktar appoġġ u aktar opportunitajiet biex isibu impjiegi permezz tal-EUR 350 miljun li huwa allokat għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, azzjoni ewlenija li tfittex li tindirizza l-isfida tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Istati Membri tagħna.

- L-appoġġ lill-bdiewa Ewropej jammonta għal EUR 59 biljun.

- Wara t-tnedija ta' Fond Ewropew għad-Difiża, ġew ibbaġitjati EUR 40 miljun għall-finanzjament ta' riċerka kollaborattiva f'teknoloġiji u prodotti ta' difiża innovattivi. B'EUR 25 miljun diġà allokati fl-2017, il-baġit totali tal-UE ddedikat għar-riċerka tad-difiża sal-2019 jammonta għal EUR 90 miljun.

- Kważi EUR 4.1 biljun se jiġu ddedikati għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-indirizzar tal-isfidi tas-sigurtà. Bil-parti l-kbira tal-finanzjament diġà kkonċentrat, it-total għal dawn l-oqsma ta' politika se jammonta għal EUR 22 biljun fil-perjodu 2015-2018.

 

Baġit tal-UE għall-2018 (f'miljuni ta' ewro):

   

APPROPRJAZZJONIJIET SKONT L-INTESTATURA

Baġit 2018
(bidla nominali f'% meta mqabbla mal-2017)

Impenji

Pagamenti

1. Tkabbir intelliġenti u inklużiv:

77 534* (+2,8%)

66 624 (+34,9%)

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

22 001 (+3,2%)

20 097 (+4%)

Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

55 532 (+2,7%)

46 527 (+54,7%)

2. Tkabbir Sostenibbli: riżorsi naturali

59 285 (+1,2%)

56 084 (+3,6%)

Nefqa relatata mas-suq u għajnuniet diretti

43 235 (+1,5%)

43 189 (+1,5%)

3. Sigurtà u Ċittadinanza

3 493 (-18,5%)

2 981 (-7,6 %)

4. Ewropa Globali

9 569 (-8,3%)

8 906 (-1,7%)

5. Amministrazzjoni

9 666 (+2,9%)

9 666 (+2,9%)

Strumenti speċjali oħra

567 (-67,6%)

420 (-73,5%)

Approprjazzjonijiet totali

160 114 (+0,2%)

144 681 (+14,1 %)

       

Sfond

Kull sena l-Kummissjoni Ewropea tippreżenta abbozz tal-baġit tal-UE. Din is-sena, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta inizjali tagħha fit-30 ta' Mejju 2017.

Fuq din il-bażi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu pożizzjoni rispettiva. Din is-sena, il-Kunsill adotta formalment il-pożizzjoni tiegħu fl-1 ta' Settembru 2017, filwaqt li l-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu waqt is-seduta plenarja fil-25 ta' Ottubru 2017.

Differenzi bejn il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huma indirizzati fi proċess ta' negozjar magħruf bħala l-"proċedura ta' konċiljazzjoni". Din is-sena il-proċedura ta' konċiljazzjoni ta' 21 jum saret mill-31 ta' Ottubru sal-20 ta' Novembru.

In-negozjati jitwettqu minn Kumitat ta' Konċiljazzjoni msejjaħ apposta, li kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jibagħtu 28 rappreżentant għalih. Il-Kummissjoni Ewropea - il-Kummissarju inkarigat mill-baġit kif ukoll l-esperti mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit - taqdi ir-rwol importanti ta' medjatur onest.

Il-passi li jmiss

Sabiex il-kompromess li ntlaħaq illum jiġi ssiġillat, huwa meħtieġ li kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill japprovaw formalment it-test fi żmien 14-il jum.

Għal Iktar Informazzjoni

L-abbozz tal-baġit tal-UE għall-2018: Il-Kummissjoni tipproponi baġit b'enfasi fuq l-impjiegi, l-investimenti, il-migrazzjoni u s-sigurtà

* Modified at 22:30 on 20 November to align the writing of numbers. 

IP/17/4687

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar