Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni: Il-progress tajjeb li sar fil-ġestjoni tal-flussi migratorji jeħtieġ li jkun sostnut

Brussell, is-6ta' settembru 2017

F'erba' rapporti ta' progress adottati llum, il-Kummissjoni qed issejjaħ lill-partijiet kollha biex isostnu u jkomplu jaċċeleraw il-progress tajjeb li sar fil-ġestjoni tal-flussi migratorji irregolari, fil-ħarsien tal-fruntieri esterni tal-UE u fl-appoġġ lill-Istati Membri taħt pressjoni.

B'27,695 persuna trasferiti s'issa, il-mekkaniżmu ta' rilokazzjoni tal-UE qed jaħdem u jagħti r-riżultati. Huwa kruċjali li l-Istati Membri kollha jirrilokaw il-kandidati eliġibbli kollha li fadal mill-Italja u l-Greċja kemm jista' jkun malajr. Id-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija tibqa' tiżgura wasliet irregolari konsistentament baxxi fil-Greċja u ppermettiet kważi 10,000 Sirjan li jiġu risistemati fl-UE. Matul ix-xhur tas-sajf, il-qsim irregolari u l-imwiet fil-Mediterran Ċentrali naqsu b'mod sinifikanti, grazzi għall-isforzi kkonċentrati mill-UE, b'mod partikolari l-Italja. L-għodod tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta issa huma fis-seħħ, iżda huma meħtieġa sforzi akbar mill-Istati Membri biex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-mandat estiż tal-Aġenzija dwar ir-ritorn.

L-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans qal: “L-atturi kollha tal-UE ħadmu bla heda flimkien biex jimmaniġġjaw il-flussi migratorji, biex iħarsu l-fruntieri esterni tagħna u biex jappoġġaw lill-Istati Membri. Ninsabu fit-triq it-tajba u r-riżultati jistgħu jidhru fil-prattika. Madankollu, l-isfidi u l-fatturi ta' riskju tal-migrazzjoni għadhom hemm. Għaldaqstant għandna nkomplu ntejbu l-ħidma tagħna biex insalvaw il-ħajjiet, biex indaħħlu fis-seħħ rotot sikuri u legali għal dawk li jistħoqqilhom il-ħarsien u biex jiġu ritornati dawk li m'għandhomx dritt li jibqgħu.”

Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos qal: Meta l-Ewropa taħdem flimkien fi spirtu ta' responsabbiltà u solidarjetà, nipprogressaw u niksbu riżultati konkreti, kemm ġol-UE kif ukoll barra. Dan nistgħu narawh ċarament illum – bi flussi irregolari mnaqqsa u b'żieda fir-risistemazzjoni ta' refuġjati legali , l-operazzjonalizzazzjoni abbażi ta' Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta komuni, u l-azzjonijiet konġunti meħuda b'appoġġ lill-Italja u tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali. Qed naraw ukoll solidarjetà bejn membri tal-UE: bir-riżultati li qed jikseb il-programm ta' rilokazzjoni u r-rilokazzjoni ta' kważi l-applikanti reġistrati kollha mill-Greċja u l-Italja. Dan is-suċċess issa jeħtieġ li jkun sostnut fuq dawn il-fronti kollha.” 

Rilokazzjoni u risistemazzjoni – is-solidarjetà taħdem

Sentejn wara li tnieda l-mekkaniżmu ta' emerġenza, ir-rilokazzjoni għadha qed turi xejra pożittiva li tikkonferma l-aċċellerazzjoni sinifikanti ta' rilokazzjonijiet osservata fl-2017, b'medja ta' 2,300 trasferiment fix-xahar minn Frar 2017, lil kważi l-Istati Membri kollha. Sa mill-4 ta' Settembru, ġew rilokati iktar minn 27,695 persuna (19,244 mill-Ġreċja, 8,451 mill-Italja). Madankollu, minħabba li għad fadal madwar 2,800 persuna biex jiġu rilokati mill-Greċja u applikanti ġodda għadhom jaslu fl-Italja kuljum, huma meħtieġa sforzi kontinwi min-naħat kollha. L-Istati Membri għandhom iħaffu l-ipproċessar ta' trasferimenti ta' rilokazzjoni u jipprovdu biżżejjed wegħdiet għall-kandidati kollha. L-Italja għandha bżonn tħaffef l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' kandidati eliġibbli (b'mod partikolari l-Eritrej).

Għadd ta' Stati Membri (Malta u l-Latvja) diġà ħadu l-allokazzjonijiet kollha tagħhom mill-Greċja, filwaqt li oħrajn (il-Finlandja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Iżvezja) qegħdin qrib li jkunu ħaduhom kollha. Malta u l-Finlandja ukoll qegħdin qrib li jieħdu l-allokazzjonijiet kollha mill-Italja. Il-Kummissjoni tilqa' bi pjaċir ukoll il-fatt li l-Awstrija bdiet ir-rilokazzjoni mill-Italja u li l-ewwel rilokazzjonijiet mill-Italja għas-Slovakkja qed jitħejjew bħalissa. Ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u l-Polonja għadhom fi ksur tal-obbligi legali tagħhom, u ma rrilokawx persuna waħda (l-Ungerija u l-Polonja) jew għadhom ma wegħdux postijiet ta' rilokazzjoni għal aktar minn sena (ir-Repubblika Ċeka). Dan huwa għaliex, fis-26 ta' Lulju, il-Kummissjoni mexxiet ‘il quddiem il-proċeduri ta' ksur tagħha u bagħtet opinjonijiet motivati lil dawn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni tilqa' d-deċiżjoni tal-lum mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li fiha l-Qorti kkonfermat il-validità tat-tieni Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni u tiċħad ir-rikors ippreżentat mis-Slovakkja u l-Ungerija.

L-obbligu legali għall-Istati Membri li jirrilokaw ma jintemmx f'Settembru. Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar rilokazzjoni japplikaw għall-persuni eliġibbli kollha li jaslu fil-Greċja u l-Italja sas-26 ta' Settembru 2017. Dan ifisser li l-applikanti eliġibbli għandhom xorta jiġu rilokati wara dik id-data. Għaldaqstant, huwa kruċjali li l-Istati Membri kollha, b'mod partikolari l-Polonja, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka kif ukoll dawk li ma jkunux użaw l-allokazzjoni tagħhom b'mod sħiħ, li jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jirrilokaw l-applikanti eliġibbli kollha.

L-iskema ta' risistemazzjoni tal-UE adottata f'Lulju 2015 waslet biex titlesta b'suċċess, bl-Istati Membri u l-Istati Assoċjati ma' Schengen diġà irrisistemizzaw 17,305 mill-miftehma 22,504 persuna. Abbażi tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija, total ta' 8,834 Sirjan ġew risistemati mit-Turkija lejn l-UE s'issa, inklużi 1,028 trasferiment ġodda sa mill-aħħar rapport. B'kollox 22,518 ġew risistemati skont iż-żewġ skemi ta' risistemazzjoni sa mit-tnedija tagħhom. Fl-4 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni nediet eżerċizzju ġdid ta' impenji għar-risistemazzjoni għall-2018 sabiex tiżgura t-tkomplija tal-isforzi kollettivi ta' risistemazzjoni tal-UE sakemm il-proposta tal-Kummissjoni għal qafas ta' risistemazzjoni tal-UE jiġi adottat. L-Istati Membri huma mistiedna jippreżentaw l-impenji tagħhom għall-2018 sal-15 ta' Settembru 2017, b'emfasi addizzjonali fuq ir-risistemazzjoni mill-Afrika ta' Fuq u l-Qarn tal-Afrika, filwaqt li jitkomplew ir-risistemazzjonijiet mit-Turkija. Il-Kummissjoni warrbet EUR 377.5 miljun biex tappoġġa r-risistemazzjoni ta' mill-inqas 37,750 persuna (EUR 10,000 kull persuna).

Id-Dikjarazzjoni UE-Turkija – tkompli tagħti riżultati konkreti

Id-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija qed tkompli tagħti riżultati konkreti u jkollha rwol ewlieni fl-iżgurar ta' ġestjoni effettiva ta' flussi migratorji matul ir-rotta tal-Mediterran tal-Lvant.

Minkejja żieda żgħira f'wasliet matul is-sajf, b'konsistenza max-xejriet staġjonali osservati għall-istess perjodu fl-2016, l-għadd ta' qsim ta' kuljum mit-Turkija lejn il-gżejjer Griegi baqa' baxx sa mill-aħħar rapport tat-13 ta' Ġunju, b'medja ta' 75 wasla kuljum. Kollox ma' kollox, il-wasliet naqsu b' 97% minn mindu d-Dikjarazzjoni saret operattiva u t-tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta' ħajjiet mitlufa fil-Baħar Eġew inżamm. Madankollu, għadhom meħtieġa sforzi addizzjonali sinifikanti biex jitnaqqas ix-xogħol b'lura ta' applikazzjonijiet għall-asil u jiġu indirizzati l-iproċessar ta' qabel ir-ritorn u l-kapaċità ta' detenzjoni insuffiċjenti fil-Greċja sabiex jittejbu r-ritorni. B'kollox, 1,896 immigrant irregolari ġew irritornati lejn it-Turkija mid-data tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija. Sar ukoll progress f'oqsma oħra tad-Dikjarazzjoni, bil-Kummissjoni taċċelera l-isforzi tagħha biex tipprovdi appoġġ finanzjarju fil-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija. Mit-€3 biljuni allokati f'finanzjament għall-2016-2017, diġa ġew iffirmati kuntratti għal total ta' EUR 1.66 biljuni u l-iżborżi żdiedu għal EUR 838 miljun. L-għadd ta' refuġjati vulnerabbli appoġġati mis-Sistema ta' Protezzjoni Soċjali ta' Emerġenza żdied rapidament minn 600,000 għal 860,000 persuna, u huwa mistenni li jilħaq 1.3 miljun refuġjat sal-aħħar tal-2017.

Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta – iktar sforzi meħtieġa għar-ritorni

L-introduzzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta kompliet matul dawn l-aħħar xhur b'żewġ operazzjonijiet addizzjonali mnedija biex jgħinu lil Spanja fil-Mediterran tal-Punent. Dan itella' l-għadd totali ta' uffiċjali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li attwalment qed jappoġġaw lill-Istati Membri fuq il-post għal 1,700. Madankollu għad fadal distakki fl-iskjerament u ma saru ebda kontribuzzjonijiet ġodda ta' tagħmir lir-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida minn April 2017. L-Istati Membri jeħtieġ li b'mod urġenti jagħtu r-riżultati li kkommettew irwieħhom għalihom u jimlew id-distakki sabiex jiżguraw ġestjoni effettiva tal-fruntieri esterni tal-UE.

L-Aġenzija lestiet valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà għal għadd ta' Stati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali issa jeħtieġ li jiżguraw implimentazzjoni f'waqtha tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija. L-Aġenzija appoġġat ukoll 193 operazzjoni li qed jirritornaw ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali, li jirrappreżentaw żieda ta' iktar minn 160% f'operazzjonijiet ta' ritorn meta mqabbla mal-ewwel sitt xhur tas-sena 2016. Madankollu, l-ispettru sħiħ tal-kapaċitajiet tal-Aġenzija għadu mhux qed jiġi utilizzat mill-Istati Membri u huma meħtieġa sforzi ulterjuri biex tassumi b'mod sħiħ il-mandat usa' tagħha fil-qasam tar-ritorn. L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jaħdmu sabiex jallinjaw aħjar l-attivitajiet ta' ritorn u jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti u l-għodod imsaħħa tal-Aġenzija.

Il-Qafas ta' Sħubija u r-Rotta tal-Mediterran Ċentrali – turi tnaqqis fil-wasliet

Miżuri stabbiliti tul ir-Rotta tal-Mediterran Ċentrali u ma' sħab fl-Afrika qed jibdew jagħtu riżultati konkreti. L-għadd ta' mwiet fuq il-baħar naqas b'mod sinifikanti matul ix-xhur tas-sajf, flimkien ma' tnaqqis sostanzjali fl-għadd ta' migranti li qed jaqsmu r-Rotta tal-Mediterran Ċentrali. L-isforzi tal-UE jissoktaw isalvaw il-ħajjiet, ikissru l-mudell kummerċjali tal-kuntrabandisti u t-traffikanti, jiġġieldu l-kawżi ewlenin u jaħdmu fi sħubija ma' pajjiżi terzi, filwaqt li jinżammu l-valuri Ewropej u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem. L-implimentazzjoni jeħtieġ li tkompli bl-istess ritmu u l-intensità dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar miżuri biex jingħata appoġġ lill-Italja (addottat fl-4 ta' Lulju 2017) u wara l-istabbiliment tal-Grupp ta' Kuntatt dwar ir-Rotta tal-Mediterran Ċentrali u fil-laqgħa ta' Pariġi tat-28 ta' Awwissu 2017. Tista' ssib l-istqarrija għall-istampa sħiħa hawn.

Għal Aktar Tagħrif

 Il-Ħmistax-il Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni

Komunikazzjoni: Il-Ħmistax-il Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni

Anness 1: Rilokazzjonijiet mill-Greċja

Anness 2: Rilokazzjonijiet mill-Italja

Anness 3: Rilokazzjonijiet mill-Italja u l-Greċja

Anness 4: Is-Sitwazzjoni Attwali tar-Risistemazzjoni

Skeda informattiva: Rilokazzjoni u risistemazzjoni - il-qsim tar-responsabbiltà u ż-żieda ta' rotot legali lejn l-Ewropa

Skeda informattiva: Il-ġestjoni tal-migrazzjoni: Appoġġ finanzjarju tal-UE lill-Italja

Skeda informattiva: Il-ġestjoni tal-migrazzjoni: Appoġġ finanzjarju tal-UE lill-Greċja

L-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni ta' 40,000 persuna mill-Italja u l-Greċja

Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni ta' 120,000 persuna mill-Italja u l-Greċja

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Risistemazzjoni ta' 20,000 persuna li huma fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali

Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016

 Is-Seba' Rapport ta' Progress dwar id-Dikjarazzjoni UE-Turkija

Komunikazzjoni: Is-Seba' Rapport dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija

Anness 1: Il-progress dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt.

Anness 2: Il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija - proġetti impenjati/deċiżi, kuntrattati u mħallsa

Skeda informattiva: Il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija

L-Ewwel Rapport Annwali dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija.

Implimentazzjoni operazzjonali tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija: Il-wegħdiet u l-iskjeramenti tal-Istati Membri għall-operazzjonijiet tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-EASO - ritorni u risistemazzjonijiethttp://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/european-agenda-migration/press-material/docs/state_of_play_-_eu-turkey_en.pdf

Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzuhttp://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2016/03/18-eu-turkey-statement/

Il-Pjan ta' Azzjoni UE-Turkija tal-15 ta' Ottubru, attivat fid-29 ta' Novembruhttp://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-15-5860_en.htm

Ħatra tal-Koordinatur tal-UE

 Ir-Ħames Rapport ta' Progress dwar l-operazzjonalizzazzjoni tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

Komunikazzjoni: Il-Ħames Rapport ta' Progress dwar l-operazzjonalizzazzjoni tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

Anness: Nuqqas ta' riżorsi umani u tagħmir

Skeda informattiva: Inħarsu l-Fruntieri Esterni tal-Ewropa: Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

Insaħħu l-Fruntieri tal-Ewropa: Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea

Is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta#

 Il-Ħames Rapport ta' Progress dwar il-Qafas ta' Sħubija ma' pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

Komunikazzjoni: Il-Ħames Rapport ta' Progress dwar il-Qafas ta' Sħubija ma' pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

Stqarrija għall-istampa: Qafas ta' Sħubija dwar il-Migrazzjoni: Ġestjoni konġunta tal-migrazzjoni turi riżultati pożittivi

IP/17/3081

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar