Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Kummissjoni Ewropea tibda l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-Istati Membri biex jospitaw l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-Awtorità Bankarja Ewropea

Brussell, I-1ta' awissu 2017

Il-proċedura ta' applikazzjoni biex jiġu ospitati ż-żewġ aġenziji tal-UE bbażati fir-Renju Unit, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), waslet fi tmiemha lbieraħ, il-31 ta' Lulju 2017, f'nofsillejl.

Il-Kummissjoni Ewropea issa se tivvaluta l-offerti kollha b'mod oġġettiv u abbażi tal-kriterji stabbiliti mill-President Jean-Claude Juncker u l-President Donald Tusk, u approvati mill-Kapijiet ta' Stat jew Gvern tas-27 Stat Membru tal-UE fil-Kunsill Ewropew (fil-format tal-Artikolu 50) fit-22 ta' Ġunju 2017.

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni se tiġi ppubblikata onlajn fit-30 ta' Settembru 2017. Il-Kunsill imbagħad se jkollu diskussjoni politika abbażi ta' din il-valutazzjoni fil-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali (fil-format tal-Artikolu 50) f'Ottubru 2017. Sabiex ikun jista' jkun hemm rilokazzjoni bla xkiel u f'waqtha taż-żewġ aġenziji, se tittieħed deċiżjoni finali fil-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali (fil-format tal-Artikolu 50) f'Novembru 2017.

L-Istati Membri kellhom sa nofsillejl tal-31 ta' Lulju biex iressqu l-offerti tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill. L-offerti kollha se jkunu disponibbli fuq is-sit web tal-Kunsill.

Kuntest

Id-Deċiżjoni li jiġu rilokati l-EMA u l-EBA – li t-tnejn li huma fil-preżent jinsabu f'Londra – hija waħda li trid tittieħed mill-gvernijiet tas-27 Stat Membru. Ir-rilokazzjoni tagħhom hija konsegwenza diretta tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li jitlaq mill-Unjoni Ewropea, kif innotifikat lill-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Marzu 2017. Hija ma tiffurmax parti min-negozjati dwar il-Brexit, iżda trid tiġi diskussa esklussivament bejn is-27 Stat Membru l-oħra tal-UE. Il-Kummissjoni ripetutament sejħet għal deċiżjoni malajr dwar it-trasferiment, billi l-EMA u l-EBA huma żewġ korpi regolatorji tal-UE ta' importanza ewlenija li jridu jkomplu jiffunzjonaw mingħajr xkiel u mingħajr interruzzjoni wara Marzu 2019.

Għal aktar informazzjoni

Applikazzjonijiet biex jiġu ospitati l-EMA u l-EBA

Deċiżjoni rigward il-proċedura għar-rilokazzjoni tal-aġenziji tal-UE li bħalissa jinsabu fir-Renju Unit

IP/17/2202

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar

Documents


EMA EBA offers.pdf