Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

L-UE u l-Brażil jgħaqqdu l-isforzi tagħhom biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi fejn jidħlu s-sussidji għall-azjendi agrikoli

Brussell, is-17ta' lulju 2017

Proposta konġunta tad-WTO tindirizza wkoll il-promozzjoni tas-sigurtà tal-ikel b'mod li ma tikkawżax distorsjoni tas-suq.

L-UE u l-Brażil - tnejn mill-akbar produtturi tad-dinja ta' prodotti agrikoli - illum ippreżentaw lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) proposta konġunta dwar appoġġ għall-produzzjoni agrikola u miżuri dwar is-sigurta tal-ikel. L-objettiv huwa li jiġu limitati d-distorsjonijiet tas-suq, sabiex jiġu assigurati kundizzjonijiet ekwi għall-bdiewa filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet partikolari tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw,

Il-Kolumbja, il-Perù u l-Urugwaj diġà esprimew l-appoġġ tagħhom għall-inizjattiva u qegħdin huma wkoll jisponsorjaw il-proposta tal-UE u l-Brażil.

L-appoġġ domestiku għall-agrikoltura hija kwistjoni ta' importanza fin-negozjati li jwasslu għall-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO (MC11) li se ssir fi Buenos Aires f'Diċembru 2017.

Il-Kummissarju għall-Kummerċ Cecilia Malmström qalet: “Flimkien mal-Brażil u ma' pajjiżi oħra qegħdin nuru l-appoġġ qawwi tagħna għal sistema globali ta' kummerċ ibbażata fuq ir-regoli, f'mument ta' importanza għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-proposta tagħna hija fl-istess ħin ambizzjuża u realistika. Hija se tiżgura li jista' jkollna negozati li jħarsu ‘l quddiem u nittamaw ta' suċċess dwar din il-kwistjoni importanti fi Buenos Aires.

Phil Hogan, il-Kummissarju responsabbli għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, qal: “Ninsab kuntant li l-UE u l-Brażil huma fil-pożizzjoni li jkomplu jaqdu r-rwol ewlieni tagħhom minn wara l-Konferenza Ministerjali ta' Nairobi tal-2015, fejn il-proposta konġunta tagħna wasslet għal riforma storika tar-regoli globali dwar l-esportazzjoni fl-agrikoltura. Issa qegħdin indawru l-attenzjoni tagħna għas-sussidji domestiċi lill-agrikultura. L-UE rriformat b'mod sostanzjali l-politika agrikola tagħha. Din il-proposta għandha twassal biex Membri oħra tad-WHO isegwu l-eżempju tagħna u b'hekk jaraw li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-bdiewa kollha fis-swieq lokali, reġjonali u globali.

Il-propsta tissuġġerixxi li jiġu stabbliti kundizzjonijiet ekwi bejn il-membri tad-WTO billi jiġu limitati s-sussidji lill-irziezet li jikkawżaw distorsjoni fis-suq fi proporzjon mad-daqs tas-settur agrikolu ta' kull pajjiż. L-inizjattiva tieħu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw: il-pajjiżi li huma l-anqas żviluppati jkunu eżenti minn kwalunkwe limitu fuq is-sussidju, sabiex is-settur tagħhom tal-biedja jkun jista' jiżviluppa. Pajjiżi oħra li qegħdin jiżviluppaw jistgħu wkoll jagħtu appoġġ lill-bdiewa tagħhom b'mod aktar ġeneruż u jieħdu aktar żmien biex jadattaw. Meta titqies l-importanza tal-qoton għal ħafna pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, il-proposta tieħu ħsieb ukoll is-sussidji li joħolqu distorsjoni fil-kummerċ għal dak is-settur b'manjiera immirata, tempestuża u ambizzjuża.

Fejn jidħlu l-iskemi ta' żamma ta' stokks pubbliċi għal skopijiet ta' sigurtà alimentari, il-proposta timplimenta l-mandat mill-Konferenza Ministerjali tal-2013 ta' rikonċiljazzjoni bejn il-prattiċi pubbliċi eżistenti u r-regoli ta' sussidju tad-WHO. Ir-regoli dwar tali skemi ta' żamma ta' stokks pubbliċi ikunu msaħħa u akkumpanjati minn miżuri sabiex jiġu evitati effetti negattivi li jikkawżaw distorsjoni fis-suq.

Kwistjonijiet oħra, fejn l-UE qiegħda wkoll tirsisti biex jinstabu soluzzjonijiet ġodda, u li għandhom jiġu diskussi fil-Laqgħa Ministerjali tad-WTO ta' Diċembru huma s-sussidji fuq is-sajd, il-kummerċ elettroniku, ir-regolamentazzjoni domestika fis-servizzi, it-trasparenza għal kumpaniji iżgħar, u l-faċilitazzjoni tal-investiment.

Aktar informazzjoni

Rapport tad-WHO jilqa' l-impenn tal-UE fid-WTO u l-appell qawwi tagħha ta' reżistenza kontra l-protezzjoniżmu

L-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp

L-Għaxar Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (Nairobi, mill-15 sat-18 ta' Diċembru 2015)

L-UE tmexxi l-isforzi biex tiġi indirizzata l-kompetizzjoni fl-esportazzjoni agrikola fl-Għaxar Konferenza Ministerjali tad-WTO

IP/17/2031

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar