Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

DIbattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa: sa issa saru 1,750 avveniment b'potenzjal li jintlaħqu aktar minn 30 miljun Ewropew

Brussell, is-17ta' lulju 2017

.

Erba' xhur wara li l-Kummissjoni ppreżentat il-White Paper tagħha dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, id-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa qed jirranka u sa issa potenzjalment intlaħqu aktar minn 30 miljun ċittadin. 

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal: "Iqawwili qalbi ħafna li nara daqstant nies jimpenjaw ruħhom fid-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea, li l-Kummissjoni nediet fl-1 ta' Marzu 2017 bil-White Paper tagħna. Diġà għandna ħafna opinjonijiet differenti espressi u momentum pożittiv qawwi li qed imexxina‘l quddiem. Se nispjega l-viżjoni tiegħi f'Settembru iżda fil-verità l-ġejjieni tal-Ewropa se tfassluh intom. Intom qed tiktbu l-kotba tal-istorja ta' għada. Għaldaqstant komplu impenjaw ruħkom u semmgħu leħinkom!"

Il-Kummissjoni offriet ħames xenarji għal kif l-UE tista' tiżviluppa fl-10 snin li ġejjin. Inżamm dibattitu wiesa', bl-appoġġ ta' istituzzjonijiet politiċi u tas-soċjetà ċivili b'mod ġenerali. Sa issa, aktar minn 270,000 ċittadin attendew aktar minn 1,750 avveniment organizzat jew appoġġat mill-Kummissjoni b'ħafna oħrajn li pparteċipaw onlajn (ara ċ-ċifri hawnhekk). L-avvenimenti u d-dettalji se jkomplu jiġu organizzati matul ix-xhur li ġejjin u ċ-ċittadini jistgħu jikkontribwixxu direttament hawnhekk ukoll: https://ec.europa.eu/commission/give-your-comments_mt 

Iċ-ċittadini huma mitluba jkomplu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, speċjalment qabel id-diskors annwali dwar l-Istat tal-Unjoni fit-13 ta' Settembru 2017, meta l-President Juncker jispjega l-viżjoni tiegħu għall-ġejjieni tal-Ewropa.

Sfond

Fl-1 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni nediet dibattitu pan-Ewropew bil-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, li se jippermetti li ċ-ċittadini u l-mexxejja jsawru l-viżjoni tal-UE b'27 Stat Membru. Il-White Paper toffri ħames xenarji għall-evoluzzjoni tal-Unjoni sal-2025:

  • "Inkomplu kif aħna": l-UE27 tibqa' għaddejja bl-aġenda pożittiva ta' riforma tagħha;
  • "Xejn ħlief is-Suq Uniku": l-UE27 tiffoka fuq is-suq uniku hekk kif is-27 Stat Membru ma jkunux jistgħu jsibu qbil komuni dwar għadd dejjem jiżdied ta' oqsma ta' politika;
  • "Min Irid Aktar, Jagħmel Aktar": l-UE27 timxi 'l quddiem bħal ma tagħmel issa, iżda l-Istati Membri jkunu jistgħu jaħdmu b'mod eqreb flimkien f'oqsma speċifiċi;
  • "Isir Anqas b'Aktar Effiċjenza": iffukar fuq il-kisba ta' aktar u aktar malajr f'oqsma magħżula ta' politika, filwaqt li jsir inqas f'oħrajn;
  • "Flimkien Isir Ferm Aktar": l-Istati Membri jiddeċiedu li jaqsmu bejniethom aktar setgħat, riżorsi u teħid ta' deċiżjonijiet fil-firxa kollha ta' ħidmiethom.

Ix-xenarji jkopru firxa ta' possibbiltajiet u l-eżiti jvarjaw skont il-qasam ta' politika li jiġi indirizzat. Min-natura tagħhom iservu ta' illustrazzjoni u la jeskludu lil xulxin u lanwas huma eżawrjenti.

Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll sensiela ta' dokumenti ta' riflessjoni dwar kwistjonijiet ewlenin għall-Ewropa: (1) l-iżviluppar tad-dimensjoni soċjali tal-Ewropa; (2) l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja; (3) l-immaniġġar tal-globalizzazzjoni; (4) il-ġejjieni tad-difiża tal-Ewropa u (5) il-futur tal-finanzi tal-UE.

Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President Juncker f'Settembru tal-2017 se jagħti spinta lil dawn l-ideat qabel ma jkunu jistgħu jinsiltu l-ewwel konklużjonijiet fil-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2017. Dan se jgħin biex tittieħed deċiżjoni dwar pjan ta' azzjoni li għandu jiġi varat fil-ħin għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' Ġunju 2019.

Għal Aktar informazzjoni

Skeda informattiva: Id-Dibattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa

Segwi d-diskors fuq il-midja soċjali permezz tal-hashtag #SOTEU. Il-paġna web https://ec.europa.eu/commission/state-union-2016_mt

White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa

Il-proċess tal-White Paper

Id-Djalogi taċ-Ċittadini

L-istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa li sar f'Ottubru 2016 u f'April 2017

L-Istorja Ewropea: 60 sena ta' progress flimkien

Fold your own Origami EU60 Dove

#EU60 #FutureOfEurope

IP/17/2029

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar