Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Baġit tal-UE adattat għall-ġejjieni: Il-Kummissjoni tiftaħ dibattitu dwar il-futur tal-finanzi tal-UE

Brussell, it-28ta' gunju 2017

L-Ewropej jistennew li l-Unjoni tagħhom taġixxi aktar. Fi żmien meta l-UE qed tagħmel aktar minn qatt qabel sabiex tipproteġi, issaħħaħ u tiddefendi liċ-ċittadini tagħha, ir-riżorsi għadhom qed jiġu mġebbda sal-massimu.

Hekk kif l-Ewropa qed jiddeċiedi dwar il-futur tagħha, l-UE teħtieġ baġit li huwa adattat għal dak l-għan u li jħaddem sal-anqas euro għall-ġid taċ-ċittadini tagħha.

Id-dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni, ippubblikat illum, dwar il-futur tal-finanzi tal-UE iħares lejn l-għażliet biex dan iseħħ. Il-kwistjonijiet imqajma f'dan il-ħames u l-aħħar dokument fis-serje huma ċentrali għad-dibattitu li beda fl-1 ta' Marzu bil-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Ewropa. Id-dokument ta' riflessjoni jiddeskrivi l-implikazzjonijiet baġitarji possibbli tal-għażliet li nistgħu nagħmlu.

Il-Kummissarju Günther H. Oettinger, inkarigat mill-baġit u mir-riżorsi umani, qal: “Jekk l-Ewropa trid tiffaċċja sfidi ġodda, il-flus iridu jiġu minn xi mkien. Nistgħu jew nonfqu inqas jew isibu dħul ġdid. Iżda nagħmlu x'nagħmlu, kull euro investit mill-baġit tal-UE irid iżid il-valur u jkollu impatt pożittiv fuq il-ħajja ta' kuljum tan-nies.”

Il-Kummissarju tal-Politika Reġjonali Crețu qalet: “Issa wasal iż-żmien li nagħtu wiċċ ġdid lill-baġit tal-UE.Ejjew nagħmluh aktar sempliċi, aktar flessibbli u ejjew jirriflettu, b'ambizzjoni u b'immaġinazzjoni, dwar kif nistgħu nagħmluh għodda b'saħħitha li tgħina nikbru aktar malajr, dejjem eqreb, u ma nħallu lil ħadd barra f'din l-ekonomija globalizzata.

Il-baġit tal-UE qiegħed iħabbat wiċċu ma' sfida iebsa biex jiffinanzja aktar b'anqas. L-UE hija mistennija tieħu rwol akbar f'oqsma ġodda ta' politika bħall-migrazzjoni, is-sigurtà interna u esterna u d-difiża. U l-Ewropa trid ukoll iżżomm ir-rwol tagħha ta' mexxej fix-xena globali, bħala donatur ewlieni tal-għajnuna umanitarja u tal-iżvilupp u bħala mexxej fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Dan irid jinkiseb b'baġit tal-UE li jista' biss jiċkien wara t-tluq tar-Renju Unit.

Id-dokument ta' riflessjoni tal-lum iħares lejn din l-isfida u jistabbilixxi l-elementi prinċipali għal diskussjoni strutturata fuq il-ħames xenarji tal-White Paper: l-UE sejra sempliċiment tkompli, tagħmel inqas flimkien, timxi ‘l quddiem f'livelli differenti ta' intensità, tagħmel inqas imma b'mod aktar effiċjenti jew tagħmel ħafna aktar flimkien? Kull wieħed minn dawn ix-xenarji illustrattivi jkollu konsegwenzi differenti — kemm f'termini ta' x'jintefaq fuq xiex, kemm f'termini ta' minn fejn jistgħu jiġu l-flus. L-għażliet ivarjaw minn li jonqos l-infiq fuq il-politiki eżistenti għal li jiżdied id-dħul.

Barra minn hekk, id-dokument ta' riflessjoni jistabbilixxi l-karatteristiċi bażiċi tal-baġit tal-UE u jiddeskrivi x-xejriet prinċipali u l-iżviluppi f'oqsma ewlenin ta' politika bħall-koeżjoni jew l-agrikoltura. Dan id-dokument jindirizza wkoll kwistjonijiet trażversali bħalma huma l-valur miżjud tal-fondi tal-UE jew l-artikulazzjoni bejn finanzjament mill-UE u r-riformi strutturali fl-Istati Membri.

Sfond

Il-proċess ta' riflessjoni li nbeda mill-White Paper u li kompla jiżviluppa b'serje ta' dokumenti ta' riflessjoni se jdakkar it-tħejjija tal-proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għal UE ta' 27, li l-Kummissjoni beħsiebha tippreżenta f'nofs l-2018.

Il-qafas finanzjarju pluriennali jistabbilixxi l-ammonti annwali massimi li l-UE tista' tonfoq kull sena fl-oqsma differenti ta' politika fuq perjodu ta' mill-inqas ħames snin. Il-qafas finanzjarju pluriennali attwali jkopri l-perjodu mill-2014 sal-2020. Kull baġit annwali jrid ikun konformi ma' dan il-qafas.

Sabiex jiġi sostnut u jkompli jiġi stimulat id-dibattitu dwar il-kwistjonijiet li tqajmu fid-dokument ta' riflessjoni, fix-xhur li ġejjin se jiġu organizzati għadd ta' avvenimenti pubbliċi, bħal "Baġit iffukat fuq ir-Riżultati” li l-Kummissjoni se torganizza fil-25 ta' Settembru 2017.

Għal Iktar Informazzjoni

White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa

- Dokument ta' Riflessjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa (26 ta' April 2017)

- Dokument ta' riflessjonidwar l-isfruttar tal-globalizzazzjoni (10 ta' Mejju 2017)

- Dokument ta' Riflessjoni dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (31 ta' Mejju 2017), abbażi tar-Rapport tal-Ħames Presidenti ta' Ġunju 2015

- Dokument ta' Riflessjoni dwar il-ġejjieni tad-difiża Ewropea (7 ta' Ġunju 2017)

Dokument ta' Riflessjoni dwar il-ġejjieni tal-finanzi tal-UE (28 ta' Ġunju 2017)

- “Il-finanzjamet tal-ġejjieni tal-UE”, rapport finali tal-Grupp ta' Livell Għoli ppresedut minn Mario Monti

- Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2014–2020)

- Il-futur tal-finanzi tal-UE: Ħames Xenarji

- Il-futur tal-finanzi tal-UE: Fatti u Ċifri

IP/17/1795

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar