Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Kummissjoni tilqa' d-dħul fis-seħħ ta' regoli ġodda dwar it-trasparenza fid-deċiżjonijiet tat-taxxa

Brussell, it-3ta' jannar 2017

Il-Kummissjoni laqgħet id-dħul fis-seħħ ta' regoli ġodda biex tiżgura illi l-Istat Membri jkollhom l-informazzjoni kollha li jeħtieġu dwar deċiżjonijiet tat-taxxa mogħtija kontra kumpaniji multinazzjonali f'pajjiżi oħra tal-UE.

Mill-1 ta' Jannar 2017, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jiskambjaw awtomatikament informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet transfruntiera ġodda kollha tat-taxxa li jagħtu. Dan iseħħ permezz ta' depożitorju ċentrali, aċċessibbli għall-pajjiżi kollha tal-UE.

Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: “Huwa dmir tagħna illi naraw li t-tassazzjoni korporattiva tkun iktar ġusta u trasparenti, u biex nużaw kull mezz possibbli biex inwaqqfu l-abbuż tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitt. Id-dħul fis-seħħ tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fuq id-deċiżjonijiet tat-taxxa transfruntiera fl-1 ta' Jannar huwa pass kbir il-quddiem. Huwa jipprovdi lill-Istati Membri u lill-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa tagħhom bl-informazzjoni li għandhom bżonn biex jikxfu ċerti prattiċi tat-taxxa abbużivi u biex jieħdu l-miżuri neċessarji b'rispons għalihom”.

Kull sitt xhur l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa jridu jibagħtu rapport lid-depożitorju, fejn jelenkaw id-deċiżjonijiet transfruntiera tat-taxxa kollha li jkunu ħarġu. Imbagħad l-Istati Membri l-oħra jkunu jistgħu jivverifikaw dawk il-listi u jistaqsu lill-Istat Membru emittenti għal aktar informazzjoni dettaljata dwar xi deċiżjoni partikolari. L-ewwel skambju għandu jseħħ l-aktar tard sal-1 ta' Settembru 2017.

Sal-1 ta' Jannar 2018, l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll l-istess informazzjoni għad-deċiżjonijiet transfruntiera kollha maħruġa mill-bidu tal-2012.

Għal aktar tagħrif:

Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni diretta

IP/16/4494

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar