Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Kummissjoni tipproponi li timmodernizza l-Unjoni Doganali mat-Turkija

Brussell, il-21ta' dicembru 2016

Il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Kunsill għal mandat biex tniedi taħdidiet mat-Turkija biex timmodernizza l-Unjoni Doganali bejn l-UE u t-Turkija li ilha teżisti 20 sena.

L-aġġornament tar-relazzjoni kummerċjali bejn l-UE u t-Turkija tifforma parti essenzjali mill-isforzi li saru mill-UE u t-Turkija biex isaħħu r-relazzjonijiet tagħhom f'oqsma ewlenin ta' interess komuni identifikati fis-Summit ta' bejn l-UE u t-Turkija tad-29 ta' Novembru 2015 u fid-Dikjarazzjoni tal-UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016. Permezz ta' din il-proposta, il-Kummissjoni qed tkompli tagħti r-riżultati fuq l-impenji li għamlet.

L-immodernizzar tal-Unjoni Doganali bejn l-UE u t-Turkija biex tirrifletti r-relazzjonijiet kummerċjali iġġib magħha benefiċċji ekonomiċi sostanzjali għaż-żewġ imsieħba.

Bl-evoluzzjoni tal-ambjent ekonomiku u tkabbir sinifikanti tal-kummerċ bejn l-UE u t-Turkija, l-Unjoni Doganali li daħlet fis-seħħ fl-1996 qed issir dejjem anqas mgħammra biex tittratta l-isfidi tal-lum tal-integrazzjoni kummerċjali. L-ewwel Djalogu Ekonomiku ta' Livell Għoli bejn l-UE u t-Turkija f'April li għadda, enfasizza l-potenzjal ta' modernizzazzjoni tagħha. Il-modernizzazzjoni u l-estensjoni tal-Unjoni Doganali tista' tiftaħ aktar opportunitajiet għall-kumpaniji tal-UE fis-setturi agroalimentari u tas-servizzi u s-suq tax-xiri pubbliku. Ir-rispett tad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali huma element essenzjali tal-ftehim. 

It-Turkija hija l-ħames l-akbar sieħeb tal-UE fil-kummerċ tal-merkanzija. Il-valur tal-kummerċ bilaterali tal-prodotti kiber aktar minn erba' darbiet sa mill-1996, u attwalment jammonta għal EUR 140 biljun fis-sena. L-UE għandha bilanċ pożittiv ta' EUR 17-il biljun. Għat-Turkija, l-UE hija l-aktar sieħeb kummerċjali importanti, u tirrappreżenta 41 % tal-kummerċ globali tat-Turkija. Barra minn hekk, żewġ terzi tal-investiment dirett barrani (IDB) fit-Turkija attwalment joriġina fl-UE.

Għal aktar tagħrif

Ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u t-Turkija

IP/16/4468

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar