Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-ksiba lura tal-fiduċja fil-flussi transatlantiċi tad-dejta permezz ta' salvagwardji aktar b'saħħithom: Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta l-Ħarsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE

Brussell, id-29ta' frar 2016

Il-Kummissjoni Ewropea llum ippreżentat t-testi ġuridiċi li se jistabbilixxu l-Protezzjoni tal-Privatezza tad-Dejta bejn l-UE u l-Istati Uniti.

Il-Kummissjoni Ewropea llum ippreżentat t-testi ġuridiċi li se jistabbilixxu l-Ħarsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE u Komunikazzjoni li tiġbor fil-qosor l-azzjonijiet li ttieħdu fl-aħħar snin biex terġa' tinkiseb lura tal-fiduċja fil-flussi transatlantiċi tad-dejta sa mir-rivelazzjonijiet ta' sorveljanza tal-2013. Skont il-linji gwida politiċi tal-President Juncker, il-Kummissjoni (i) iffinalizzat ir-riforma tar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE, li japplikaw għall-kumpaniji kollha li jipprovdu servizzi fis-suq tal-UE, (ii) innegozjat il-Ftehim Komprensiv bejn l-Istati Uniti u l-UE li jiżgura standards għoljin tal-protezzjoni tad-dejta għat-trasferimenti tad-dejta mill-Atlantiku għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, u (iii) kisbet qafas b'saħħtu mġedded għall-iskambju tad-dejta kummerċjali: il-Ħarsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE.

Il-Kummissjoni ppreżentat llum ukoll abbozz ta' "deċiżjoni ta’ adegwatezza" tal-Kummissjoni kif ukoll tat-testi li se jikkostitwixxu l-Ħarsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE. Dan jinkludi l-Prinċipji tal-Ħarsien tal-Privatezza li l-kumpaniji jridu jirrispettaw, kif ukoll impenji bil-miktub mill-Gvern tal-Istati Uniti (li għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti) dwar l-infurzar tal-ftehim, inklużi l-iżgurar dwar is-salvagwardji u l-limitazzjonijiet dwar l-aċċess għad-dejta mill-awtoritajiet pubbliċi.

Il-Viċi-President Ansip qal: "Issa se nibdew inbiddlu l-Ħarsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE f'realtà. Iż-żewġ naħat tal-Atlantiku qed jaħdmu biex jiżguraw li d-dejta personali taċ-ċittadini tkun protetta bis-sħiħ u li aħna nkunu adatti għall-opportunitajiet tal-era diġitali. In-negozji huma dawk li se jimplimentaw il-qafas; issa qegħdin f'kuntatt kuljum biex niżguraw li t-tħejjija ssir bl-aħjar mod possibbli. Se nissoktaw l-isforżi tagħna, kemm fil-livell tal-UE u dak globali, biex insaħħu l-fiduċja fis-sinja diġitali. Il-fiduċja hija ċentrali, hija dik il-ħaġa li se tmexxi l-ġejjieni diġitali tagħna."

Il-Kummissarju Jourová qalet: "Il-protezzjoni tad-dejta personali hija l-prijorità tiegħi kemm fl-UE u internazzjonalment. Il-Ħarsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE huwa qafas ġdid b'saħħtu, ibbażat fuq infurzar u monitoraġġ b'saħħtu, rimedju aktar faċli għal individwi u, għall-ewwel darba, garanzija bil-miktub mis-sħab tagħna tal-Istati Uniti dwar il-limitazzjonijiet u salvagwardji dwar l-aċċess għad-dejta mill-awtoritajiet pubbliċi għall-finijiet tas-sigurtà nazzjonali. Kif ukoll, issa li l-President Obama ffirma l-Judicial Redress Act li jippermetti liċ-ċittadini tal-UE d-dritt li jinfurzaw d-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta fil-qrati tal-Istati Uniti, aħna dalwaqt se nipproponu l-iffirmar bejn l-Istati Uniti u l-UE li jiggarantixxi s-salvagwardji għat-trasferiment tad-dejta għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi. Dawn is-salvagwardji b'saħħithom jippermettu lill-Ewropa u lill-Istati Uniti biex jerġgħu jiksbu l-fiduċja fil-flussi transatlantiċi tad-dejta".

Ladarba tiġi adottata, ir-riżultat tal-adegwatezza tal-Kummissjoni tistabbilixxi li s-salvagwardji mogħtija meta d-dejta tiġi ttrasferita skont il-Protezzjoni l-ġdida tal-Privatezza tad-Dejta bejn l-UE u l-Istati Uniti jkunu ekwivalenti mal-istandards tal-protezzjoni tad-dejta fl-UE. Il-qafas il-ġdid jirrifletti r-rekwiżiti stabbiliti mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas-6 ta’ Ottubru 2015. L-awtoritajiet tal-Istati Uniti pprovdew impenji b'saħħithom li l-Ħarsien tal-Privatezza se jiġi infurzat b'mod strett u ggarantixxu li ma hemmx sorveljanza indiskriminata jew tal-massa mill-awtoritajiet tas-sigurtà nazzjonali.

Dan se jkun garantit permezz ta’:

-          obbligi qawwija fuq il-kumpaniji u infurzar strett: l-arranġament il-ġdid se jkun trasparenti u jkollu superviżjoni effettiva ta’ mekkaniżmi biex jiġi żgurat li l-kumpaniji jirrispettaw l-obbligi tagħhom, inklużi s-sanzjonijiet jew l-esklużjoni jekk ma jikkonformawx. Ir-regoli l-ġodda jinkludu wkoll kundizzjonijiet iktar stretti għal trasferimenti ulterjuri lil sħab oħra mill-kumpaniji li qed jipparteċipaw fl-iskema.

-          obbligi ċari ta' salvagwardja u trasparenza rigward l-aċċess tal-Gvern tal-Istati Uniti: għall-ewwel darba, il-gvern tal-Istati Uniti ta lill-UE garanzija bil-miktub mill-Uffiċċju tad-Direttur tal-Intelligence Nazzjonali li kwalunkwe aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi għall-finijiet tas-sigurtà nazzjonali jkun suġġett għal mekkaniżmi ċari ta' limitazzjonijiet, salvagwardji u sorveljanza li jipprevjenu aċċess ġeneralizzat tal-protezzjoni tad-dejta. Is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti John Kerry impenja ruħu li jistabbilixxi l-possibbiltà ta’ rimedju fil-qasam tal-intelligence nazzjonali taċ-ċittadini tal-UE permezz ta’ mekkaniżmu ta' Ombudsman fid-Dipartiment tal-Istat, li jkun indipendenti mis-servizzi tas-sigurtà nazzjonali. L-Ombudsman se jsegwi ilmenti u mistoqsijiet mingħand ċittadini individwali u jinformahom jekk il-liġijiet rilevanti jkunux ġew imħarsa. L-impenji kollha bil-miktub jiġu ppubblikati fir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti.

-          Protezzjoni effettiva tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE b'bosta possibbiltajiet ta' rimedju: L-ilmenti għandhom jiġu riżolti mill-kumpaniji f'45 jum. Se jkunu disponibbli Metodi ta’ Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim mingħajr ħlas. Iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jmorru għand l-Awtoritajiet nazzjonali tagħhom tal-Protezzjoni tad-Dejta, li se jaħdmu mal-Kummissjoni Federali tal-Kummerċ biex jiżguraw li l-ilmenti miċ-ċittadini tal-UE jkunu ġew investigati u solvuti . Jekk il-każ ma jissolviex b’xi mezz ieħor, bħala l-aħħar alternattiva, ikun hemm mekkaniżmu ta' arbitraġġ. Barra minn hekk, il-kumpaniji jistgħu jimpenjaw li jkunu konformi mal-parir tal-Awtoritajiet Ewropej dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Dan huwa obbligatorju għall-kumpaniji li jittrattaw mad-dejta tar-riżorsi umani.

-          Mekkaniżmi ta' rieżami konġunt annwali: Il-mekkaniżmu se jagħmel monitoraġġ tat-tħaddim tal-Ħarsien tal-Privatezza, inklużi l-impenji u l-garanziji rigward l-aċċess għad-dejta għall-infurzar tal-liġi u għall-finijiet tas-sigurtà nazzjonali. Il-Kummissjoni Ewropea u d-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti se jwettqu r-rieżami u jistiednu lill-esperti tal-intelligence nazzjonali mill-Istati Uniti u mill-Awtoritajiet Ewropej tal-Protezzjoni tad-Dejta biex ikunu parti minnu. Il-Kummissjoni se tibbaża fuq kwalunkwe sors ieħor ta’ informazzjoni disponibbli, inklużi rapporti ta' trasparenza mill-kumpaniji dwar il-livell ta’ talbiet għall-aċċess mill-gvern. Il-Kummissjoni se torganizza wkoll laqgħa ta' livell għoli dwar il-privatezza mal-NGOs u l-entitajiet interessati biex jiġu diskussi żviluppi usa' fil-qasam tal-liġi dwar il-privatezza tal-Istati Uniti u l-impatt tagħhom fuq l-Ewropej. Abbażi tar-rieżami annwali, il-Kummissjoni se toħroġ rapport pubbliku lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-passi li jmiss

Issa, kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Isati Membri se jiġu kkonsultati u Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29) se jagħtu l-opinjoni tagħhom, qabel deċiżjoni finali mill-Kulleġġ. Sadanittant, in-naħa tal-Istati Uniti se tagħmel it-tħejjijiet meħtieġa biex iddaħħal fis-seħħ il-qafas il-ġdid, il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u l-mekkaniżmu tal-Ombudsman il-ġdid.

Wara l-adozzjoni tal-Judicial Redress Act mill-Kungress Amerikan, iffirmat mill-President Obama fl-24 ta' Frar, il-Kummissjoni dalwaqt se tipproponi l-iffirmar tal-Ftehim Komprensiv. Id-deċiżjoni li tikkonkludi l-Ftehim għandha tiġi adottata mill-Kunsill wara li jinkiseb il-kunsens mill-Parlament Ewropew.

Għal aktar tagħrif

Komunikazzjoni

Q&A

Skeda informattiva

Abbozz ta' "deċiżjoni ta’ adegwatezza

Anness 1

Anness 2

Anness 3

Anness 4

Anness 5

Anness 6

Anness 7

 

 

 

 

Stqarrija għall-istampa rigward il-ftehim politiku dwar it-Tarka ta' Privatezza bejn l-UE u l-Istati Uniti

Stqarrija għall-istampa dwar ir-riforma tal-protezzjoni tad-dejta u Q&A

Stqarrija dwar il-Ftehim Komprensiv bejn l-Istati Uniti u l-UE u Q&A

L-aħbar fuq is-sit web tad-DĠ Impjiegi

 

IP/16/433

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar