Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Kummissjoni tirreġistra Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej dwar id-definizzjoni ta' żwieġ u familja jekk din tintuża fil-liġi tal-UE

Brussell, il-11ta' dicembru 2015

Il-Kummissjoni tirreġistra Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej dwar id-definizzjoni ta' żwieġ u familja jekk din tintuża fil-liġi tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea llum irreġistrat Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) li tistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni li tagħti definizzjoni tat-tifsira taż-żwieġ bħala unjoni bejn raġel u mara, u tal-familja bħala bbażata fuq iż-żwieġ u/jew id-dixxendenza, għall-iskopijiet tal-liġi tal-UE. Din ir-reġistrazzjoni tagħti bidu għal sena ta' proċess tal-ġbir ta’ firem b’appoġġ tal-ECI proposta mill-organizzaturi tagħha.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirreġistra tirrigwarda biss l-ammissibbiltà legali tal-proposta. Il-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà, kif previsti permezz tar-Regolament dwar l-ECI, huma li l-azzjoni proposta ma tkunx taqa’ manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali, li ma tkunx manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja u li ma tmurx manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni.

Il-Kulleġġ tal-Kummissarji ddiskuta l-ammissibbiltà legali tal-proposta tal-ECI fid-9 ta’ Diċembru u kkonkluda li l-kundizzjonijiet ġuridiċi għar-reġistrazzjoni tal-ECI kienu ssodisfati. Il-Kulleġġ ma analizzax il-kontenut tal-inizjattiva f’dan l-istadju.

Jekk l-ECI tirċievi miljun dikjarazzjoni ta’ appoġġ fi żmien sena, minn tal-anqas seba’ Stati Membri differenti, il-Kummissjoni jkollha tirreaġixxi fi żmien tliet xhur. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi jew li ssegwi t-talba jew li ma ssegwix it-talba u fiż-żewġ każi jkun jeħtiġilha li tispjega r-raġunament tagħha.

Sfond

L-ECIs ġew introdotti permezz tat-Trattat ta’ Lisbona u tnedew bħala għodda li tistabbilixxi aġenda f’idejn iċ-ċittadini f’April tal-2012, mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-ECI, li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

Ġaladarba tiġi rreġistrata formalment, l-ECI tippermetti li miljun ċittadin minn mill-inqas kwart tal-Istati Membri tal-UE jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tipproponi att legali f’oqsma fejn il-Kummissjoni għandha l-poter li tagħmel dan.

Jekk - u biss jekk - l-ECI irreġistrata tirċievi l-firem ta’ miljun dikjarazzjoniji validata ta’ appoġġ minn tal-inqas seba’ Stati Membri, il-Kummissjoni jkollha tiddeċiedi taġixxix jekk jew le, u tispjega r-raġunijiet għal dik l-għażla.

Għal aktar tagħrif

It-test sħiħ tal-ECI propsta "Mamà, Papà u l-Ulied"

ECIs oħra li bħalissa qed jiġbru l-firem

Is-sit web tal-ECI

Ir-Regolament dwar l-ECI

 

IP/15/6304

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar