Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Is-Sitwazzjoni Attwali: Miżuri biex Jindirizzaw il-Kriżi tar-Refuġjati

Brussell, id-29ta' jannar 2016

Is-Sitwazzjoni Attwali: Miżuri biex Jindirizzaw il-Kriżi tar-Refuġjati

L-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni adottata mill-Kummissjoni f'Mejju 2015 uriet il-ħtieġa għal approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Minn dak iż-żmien, ġew introdotti għadd ta' miżuri – fosthom l-adozzjoni ta' żewġ skemi ta' emerġenza biex jiġu rilokati 160,000 ruħ fi bżonn ċar ta' protezzjoni internazzjonali mill-Istati Membri l-aktar milquta għal Stati Membri oħra tal-UE, u l-approvazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Ritorn.

Fit-23 ta' Settembru, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat sett ta' azzjonijiet ta' prijorità biex timplimenta l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni li għandhom jittieħdu fis-sitt xhur li ġejjin. Dan kien jinkudi kemm azzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir biex jistabbilizzaw is-sitwazzjoni attwali kif ukoll miżuri fuq perjodu ta' żmien itwal biex tiġi stabbilita sistema robusta li tkun reżistenti tul iż-żmien.

Il-lista ta' azzjonijiet ta' prijorità tistabbilixxi l-miżuri ewlenin li huma meħtieġa immedjatament f'termini ta': (i) miżuri operattivi; (ii) appoġġ baġitarju u (iii) implimentazzjoni tal-liġi tal-UE.

Il-lista ġiet approvata mil-laqgħa informali tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tat-23 ta' Settembru 2015 u għal darba oħra fil-15 ta' Ottubru 2015.

Dawn il-miżuri issa jeħtieġ li jiġu implimentati malajr u b'mod effettiv fil-livelli kollha.

Għall-istat attwali tal-impenji magħmula fil-Laqgħa tal-Mexxejja tar-Rotta tal-Balkani tal-Punent, ara hawn.

Impenji finanzjarji

Fil-laqgħa informali tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tat-23 ta' Settembru, l-Istati Membri rrikonoxxew il-ħtieġa li jużaw finanzjament nazzjonali addizzjonali. Huma tennew l-impenn tagħhom fil-Kunsill Ewropew fil-15 ta' Ottubru. Il-Kummissjoni diġà pproponiet emendi fil-baġits tagħha tal-2015 u l-2016, li jsaħħu r-riżorsi ddedikati għall-kriżi tar-refuġjati b'EUR 1.7 biljun. Dan ifisser li l-Kummissjoni se tonfoq EUR 9.2 biljun b'kollox fuq il-kriżi tar-refuġjati fl-2015 u l-2016. L-Istati Membri impenjaw ruħhom li jużaw finanzjament nazzjonali ekwivalenti. Madankollu, għadd kbir ta' Stati Membri għad iridu jallokaw finanzjament ekwivalenti għal dak tal-UE għall-UNHCR, il-Programm Dinji tal-Ikel u organizzazzjonijiet rilevanti oħra (EUR 500 miljun), il-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE għas-Sirja (EUR 500 miljun) u l-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-Afrika (EUR 1.8 biljun).

Impenji finanzjarji tal-Istati Membri mit-23 ta' Settembru 2015, f'miljuni ta' EUR

http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/european-agenda-migration/press-material/docs/state_of_play_-_member_state_pledges_en.pdf

Skemi ta' Rilokazzjoni

Il-miżuri proposti mill-Kummissjoni u adottati mill-Kunsill fl-14 ta' Settembru u fit-22 ta' Settembru sabiex jiġu rilokati 160,000 persuna fi bżonn ċar ta' protezzjoni internazzjonali ser jippermettu tnaqqis sinifikanti, ukoll jekk parzjali, tal-pressjoni fuq l-Istati Membri l-aktar affettwati. Huwa ta' importanza kruċjali li dawn il-miżuri issa jiġu implimentati b'mod sħiħ. Biex dawn l-iskemi jiffunzjonaw b'mod effettiv, l-Istati Membri għandhom minnufih iwieġbu għas-sejħa għal esperti nazzjonali biex jappoġġaw il-ħidma fil-hotspots, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kapaċitajiet ta' akkoljenza tagħhom, u jidentifikaw il-punti ta' kuntatt nazzjonali li se jikkoordinaw rilokazzjonijiet mal-Greċja u l-Italja kif ukoll l-isforzi ta' risistemazzjoni nazzjonali.

L-Appoġġ tal-Istati Membri għall-Mekkaniżmu ta' Rilokazzjoni ta' Emerġenza

http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/european-agenda-migration/press-material/docs/state_of_play_-_relocation_en.pdf

L-Approċċ tal-Hotspots

Fil-qalba tal-istrateġija u l-kredibbiltà tal-UE hemm li jintwera li s-sistema tal-migrazzjoni tista' terġa' tibda tiffunzjona tajjeb, b'mod partikolari permezz tal-użu ta' Timijiet ta' Appoġġ għall-Ġestjoni tal-Migrazzjoni użati f'"hotspots" biex jgħinu lill-Istati Membri taħt l-aktar pressjoni intensa biex jissodisfaw l-obbligi u r-responsabbiltajiet tagħhom. Sabiex it-Timijiet ta' Appoġġ jaħdmu, jeħtieġu nukleu b'saħħtu ta' Aġenziji tal-UE, kooperazzjoni mill-eqreb mal-awtoritajiet fl-Italja u fil-Greċja, u l-appoġġ ta' Stati Membri oħrajn.

Sitwazzjoni Attwali tal-kapaċità tal-Hotspots

http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/european-agenda-migration/press-material/docs/state_of_play_-_hotspots_en.pdf

Ritorn

L-iżgurar ta' ritorni effettivi hija parti ewlenija mill-ħidma tat-Timijiet ta' Appoġġ għall-Ġestjoni tal-Migrazzjoni f'postijiet "hotspot". Dan jitlob ukoll li jiġu stabbiliti sistemi effiċjenti fl-UE għall-ħruġ u l-infurzar ta' deċiżjonijiet ta' ritorn. F'dan l-aħħar xahar ittieħdu passi konkreti biex tiġi żviluppata sistema ta' ġestjoni integrata tar-ritorn, u biex isir użu minn sistemi ta' skambju ta' informazzjoni tal-UE biex jiġu inklużi deċiżjonijiet ta' ritorn u projbizzjonijiet ta' dħul. L-aġenziji tar-ritorn tal-Istati Membri jridu jingħataw ukoll ir-riżorsi meħtieġa biex jaqdu r-rwol tagħhom. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw malajr il-pjan ta' azzjoni tal-UE dwar ir-ritorn propost mill-Kummissjoni u approvat mill-Istati Membri fil-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni ta' Ottubru 2015.

Dħul minn Settembru

http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/european-agenda-migration/press-material/docs/state_of_play_-_returns_en.pdf

Appoġġ għal Pajjiżi li Jiskattaw il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili

Il-Il-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE huwa mfassal biex joffri appoġġ prattiku lill-pajjiżi f'diffikultà minħabba sitwazzjoni ta' kriżi. Is-Serbja, is-Slovenja u l-Kroazja bħalissa qed jitolbu l-appoġġ tiegħu. Il-Mekkaniżmu jista' jimmobilizza tipi varji ta' assistenza in natura, inklużi timijiet u tagħmir, kenn, provvisti mediċi u oġġetti oħra mhux tal-ikel, kif ukoll kompetenzi. Tinħareġ sejħa mill-pajjiż li jattiva l-mekkaniżmu, u l-Istati parteċipanti jipprovdu l-assistenza b'rispons għall-ħtiġijiet identifikati. Il-Kummissjoni żiedet l-ammont ta' kofinanzjament li se tipprovdi għat-trasport ta' oġġetti ta' għajnuna u esperti matul il-kriżi preżenti tar-refuġjati. Sa issa, ftit wisq Stati Membri wieġbu għal dawn it-talbiet, u għadd kbir ta' riżorsi xorta jridu jiġu pprovduti għas-Serbja, is-Slovenja u l-Kroazja biex ilaħħqu mas-sitwazzjoni preżenti.

L-Appoġġ tal-Istati Membri għall-Mekkaniżmu ta' Protezzjoni Ċivili għas-Serbja, is-Slovenja u l-Kroazja

http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/european-agenda-migration/press-material/docs/state_of_play_-_ucpm_support_en.pdf

Sfond

Il-Kummissjoni Ewropea ilha taħdem fuq il-front dwar ir-rifuġjati u l-migrazzjoni b'mod konsistenti u kontinwament għal tweġiba Ewropea kkoordinata.

Minn meta beda l-mandat tiegħu, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker ta l-inkarigu lil Kummissarju b'responsabbiltà speċjali għall-Migrazzjoni - Dimitris Avramopoulos - sabiex jaħdem flimkien mal-Kummissarji l-oħra, ikkoordinati mill-Ewwel Viċi-President Frans Timmermans, dwar politika ġdida dwar il-migrazzjoni bħala waħda mill-10 prijoritajiet tal-Linji Gwida Politiċi.

Fit-13 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjonitagħha, li ppreżentat approċċ komprensiv biex tittejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni fl-aspetti kollha tagħha.

Żewġ pakketti ta' implimentazzjoni skont l-Aġenda, fis-27 ta' Mejju 2015 u fid-9 ta' Settembru 2015 diġà ġew adottati u l-miżuri li hemm fihom qed jibdew jiġu skjerati.

Għal aktar tagħrif

Stqarrija għall-istampa - Il-Kriżi tar-Refuġjati: Rapporti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' prijorità

Komunikazzjoni: Il-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati: Sitwazzjoni Attwali tal-Implimentazzjoni ta' Azzjonijiet ta' Prijorità skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

MEMO — Mistoqsija u Tweġiba dwar ir-Rilokazzjoni ta' Emerġenza:

Il-materjal kollu għall-istampa dwar l-Aġenda tal-UE dwar il-Migrazzjoni

Ittra mingħand il-President Tusk, il-President Juncker u l-Prim Ministru Bettel lill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern Ewropej kollha wara l-laqgħa tal-Mexxejja dwar flussi ta' refuġjati tul ir-rotta tal-Balkani tal-Punent 

 

IP/15/6134

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar