Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Balkani tal-Punent u t-Turkija: il-proċess ta’ tkabbir hu essenzjali biex tissaħħaħ l-istabbiltà ekonomika u politika fir-reġjun

Brussell, I-10ta' novembru 2015

In a set of reports adopted today, the European Commission has assessed where the countries of the Western Balkans and Turkey stand in preparing to meet EU membership requirements.

F’sett ta’ rapporti annwali adottat illum, il-Kummissjoni Ewropea vvalutat f'liema stadju qegħdin il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija fit-tħejjija biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sħubija tal-UE, u tistabbilixxi x’għandu jsir sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li fadal.

Waqt li kien qed jippreżenta l-Pakkett tat-Tkabbir, il-Kummissarju Johannes Hahn qal: "Il-kriżi attwali tar-refuġjati turi kemm hi kruċjali l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa. Il-proċess ta' tkabbir tal-UE, li jkopri l-Balkani tal-Punent u t-Turkija, hu għodda b'saħħitha għat-tisħiħ tas-stat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem f'dawn il-pajjiżi. Jagħti wkoll spinta għal ekonomija aktar b'saħħitha u jippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali. Perspettiva Ewropea ċara gradwalment tittrasforma l-pajjiżi msieħba tagħna u ssaħħaħ l-istabbiltà madwar l-Unjoni tagħna. L-impenn sod tagħna għat-tkabbir tal-UE, u għall-kundizzjonijiet li dan jinvolvi, huwa għalhekk investiment fis-sigurtà u l-prosperità tal-Ewropa”.

 

Sfidi komuni

Ir-reġjun intlaqat serjament mill-kriżi tar-rifuġjati. It-Turkija qed tipprovdi appoġġ sostanzjali lil aktar minn 2 miljun refuġjat Sirjan fit-territorju tagħha. Fil-Balkani tal-Punent, b’mod partikolari dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Serbja, sa mill-bidu tas-sena mmaniġġaw ammont sostanzjali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fi tranżitu minn pajjiżhom. L-isfida tal-migrazzjoni tagħti prova aktar minn qatt qabel tal-ħtieġa għal aktar kooperazzjoni mal-pajjiżi tat-tkabbir, u l-UE qed tipprovdi appoġġ sostanzjali għal dan l-għan.

 

Sisien fundamentali għall-istabbiltà

Fl-istrateġija tat-tkabbir, il-Kummissjoni tafferma mill-ġdid l-enfasi qawwija fuq il-prinċipju ta’ “dak li hu fundamentali l-ewwel” fil-proċess ta’ adeżjoni. Kwistjonijiet ewlenin tal-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, inkluż ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku u l-kompetittività jibqgħu l-prijoritajiet ewlenin. Qed isir progress, b’mod partikolari bl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-istabbiliment ta’ strutturi amministrattivi meħtieġa. Madankollu, b’mod ġenerali l-implimentazzjoni effettiva ħafna drabi hija nieqsa. Il-Kummissjoni se tkompli tiffoka l-isforzi tagħha fuq li tiżgura li l-pajjiżi jagħtu prijorità għar-riformi f’dawn l-oqsma ewlenin u jiġi stabbilit rekord tajjeb.

 

Stat preżenti

Filwaqt li sar progress importanti matul l-aħħar sena, għad hemm sfidi ewlenin. Fir-rigward tal-istat tad-dritt, is-sistemi ġudizzjarji mhumiex suffiċjentement indipendenti, effiċjenti u responsabbli. Għadhom meħtieġa sforzi serji biex tiġi ttrattata l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, b’mod partikolari biex jiġi stabbilit rekord ta’ investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni finali. Filwaqt li d-drittijiet fundamentali huma sikwit fil-biċċa l-kbira minquxin fil-liġi, għad hemm nuqqasijiet fil-prattika. L-iżgurar tal-libertà tal-espressjoni hija sfida partikolari, flimkien ma’ żviluppi negattivi f’għadd ta’ pajjiżi. Ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika teħtieġ li ssir b’ħeġġa, sabiex tiġi żgurata l-kapaċità amministrattiva meħtieġa kif ukoll biex tiġi indirizzata r-rata għolja ta’ politiċizzazzjoni u nuqqas ta’ trasparenza. Il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi ukoll jirrikjedi attenzjoni. Hemm ħtieġa li jsir xogħol aktar mill-qrib mal-atturi tas-soċjetà ċivili lokali biex jankraw ir-riformi madwar is-soċjetà.

Il-parti l-kbira tal-pajjiżi jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi sinifikanti f’termini ta’ governanza ekonomika u kompetittività. L-iżvilupp ekonomiku huwa kruċjali għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir u jżid l-interess tal-investituri. Il-Kummissjoni poġġiet enfasi partikolari fuq il-kooperazzjoni reġjonali u tagħti spinta lill-iżvilupp ekonomiku reġjonali u l-konnettività. Sar progress importanti hawnhekk, b’mod partikolari permezz tal-“proċess ta’ Berlin” u tal-format tas-“Sitt Balkani tal-Punent”. Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll il-ħtieġa għal relazzjonijiet tajba mal-ġirien u biex jingħelbu t-tilwimiet bilaterali.

 

SFOND

 

Preżentazzjoni ġdida

Din is-sena l-Kummissjoni introduċiet approċċ imsaħħaħ għall-valutazzjonijiet tagħha tal-elementi fundamentali u l-kapitoli tal-acquis relatati. Issa hija l-istrateġija ta’ tkabbir globali multiannwali, li tkopri l-perjodu tal-mandat tal-Kummissjoni. Minbarra r-rapportar dwar il-progress, qed isir ħafna aktar enfasi fuq l-istat ta’ tħejjija sabiex tassumi l-obbligi tas-sħubija. Fl-istess ħin, ir-rapporti jagħtu wkoll gwida ċara għal dak li l-pajjiżi huma mistennija li jagħmlu kemm fi żmien qasir kif ukoll fit-tul. Jintużaw skali ta’ valutazzjoni armonizzati, komparabilità akbar bejn il-pajjiżi, u titjib fit-trasparenza tal-proċess ta’ adeżjoni. Dan għandu jiffaċilita skrutinju akbar tar-riformi mill-partijiet interessati kollha.

Iktar dwar l-approċċ il-ġdid:What's new in the 2015 enlargement package?

 

Proċess tat-tkabbir

L-aġenda attwali tat-tkabbir tkopri l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija. In-negozjati ta’ adeżjoni ilhom miftuħa mat-Turkija sa mill-2005 iżda qed javvanzaw biss bil-mod. In-negozjati tal-adeżjoni ilhom għaddejjin mill-2012 mal-Montenegro u mas-Serbja mill-2014. Il-proċess ta’ adeżjoni tal-UE ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja – pajjiż kandidat sa mill-2005 – għadu f’fażi ta’ staġnar. L-Albanija ngħatat status ta’ kandidat fl-2014 u qed tindirizza għadd ta’ prijoritajiet ewlenin qabel ma l-Kummissjoni tkun tista’ tirrakkomanda l-ftuħ ta’ negozjati ta’ adeżjoni. Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) mal-Bożnja-Ħerżegovina daħal fis-seħħ f’Ġunju. FSA mal-Kosovo ġie ffirmat f’Ottubr

Għal sejbiet u rakkomandazzjonijiet dettaljati dwar kull pajjiż ara:

Albania

Bosnia and Herzegovina

Kosovo

Montenegro

Serbia

The former Yugoslav Republic of Macedonia

Turkey


More information at:

http://ec.europa.eu/enlargement/countries/package/index_en.htm


IP/15/5976

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar