Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

Il-Kummissjoni taħdem ma’ awtoritajiet tal-konsumatur Ewropej biex ikunu infurzati aħjar id-drittijiet tal-konsumatur fis-settur tal-kiri tal-karozzi

Brussell, 13 Lulju 2015

Illum, ħames kumpaniji tal-kiri tal-karozzi ewlenin qablu li jirrevedu b'mod sinifikanti l-mod kif huma jittrattaw lill-konsumaturi bis-saħħa ta’ azzjoni konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u mill-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tal-infurzar. Iċ-ċittadini se jibbenefikaw minn aktar ċarezza fuq il-poloz tal-assigurazzjoni u l-għażliet ta' riforniment tat-tank tal-fjuwil, aktar ġustizzja meta jiġu ttrattati ħsarat, u aktar trasparenza fil-prezzijiet. Ilmenti relatati ma’ kiri ta’ karozzi riċevuti miċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur żdiedu drastikament matul l-aħħar sentejn.

Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri laqgħat il-ftehim tal-lum: "Il-prenotazzjoni ta' karozza onlajn, il-kiri ta' tali karozza f'pajjiż u r-ritorn tagħha f'ieħor huwa faċli ħafna illum. Sfortunatament, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kiri tal-karozzi huma xi drabi wisq vagi jew neqsin miċ-ċarezza. Il-konsumaturi ħafna drabi jispiċċaw jiffaċċaw spejjeż żejda mhux ippjanati. Ħames kumpaniji ewlenin tal-kiri tal-karozzi issa wiegħdu li jtejbu l-politiki ta' informazzjoni tagħhom u jagħmlu t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom aktar ġusti għall-konsumaturi. Nilqa’ l-impenn tagħhom u l-ħidma eċċellenti mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur biex jiġi żgurat trattament aħjar għall-konsumaturi Ewropej.”

Il-kumpaniji wiegħdu li jallinjaw aħjar il-prattiki attwali tal-kiri tal-karozzi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-konsumatur, stabbiliti mir-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-konsumatur, il-prattiċi kummerċjali żleali u l-klawżoli inġusti.

Xi titjib prinċipali mwiegħda jinkludu:

  • Trasparenza mtejba meta ssir prenotazzjoni onlajn:

-          Informazzjoni aktar ċara dwar it-tariffi mandatorji kollha u extras fakultattivi;

-      Informazzjoni aktar ċara dwar it-termini tal-kirja prinċipali u r-rekwiżiti, inklużi depożiti imposti fuq il-kard tal-konsumatur;

  • Informazzjoni aħjar fil-fażi tal-prenotazzjoni dwar eżenzjoni fakultattiva u prodotti ta’ assigurazzjoni, inklużi l-prezzijiet tagħhom, l-esklużjonijiet u l-eċċessi applikabbli.
  • Politiki tal-fjuwil imtejba u aktar trasparenti
  • Proċessi ta’ spezzjoni tal-vetturi aktar ċari u aktar ġusti
  • Prattika mtejba għat-teħid ta’ ħlas addizzjonali mingħand il-klijenti: Il-konsumaturi jingħataw opportunità raġonevoli sabiex jikkontestaw xi ħsara qabel jittieħed kwalunkwe ħlas.

Pereżempju: Konsumatur kera karozza u ħallas depożitu ta' EUR 600. Waqt il-kirja xi ħadd baraxx il-karozza u kkawża biss ħsara żgħira stmata inqas minn Eur 100. Meta rritorna l-karozza, kien mġiegħel iħallas l-ammont totali tad-depożitu, l-aġent tal-kiri spjega li dan kien previst mit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Il-kumpaniji tal-kiri tal-karozzi wiegħdu li l-ebda spejjeż sproporzjonati mhuma se jiġu mgħoddija lill-konsumatur.

Il-proposti qegħdin ikunu implimentati gradwalment mill-kumpaniji u ħafna minnhom għandhom jitlestew sal-aħħar tal-2015. Skont l-awtoritajiet tal-konsumaturi, xi kwistjonijiet pendenti għandhom jibqgħu jiġu osservati, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

  • Ir-responsabbiltà tal-konsumaturi għal danni magħmula minn nies oħra;
  • Prattiki ta’ brokers u intermedjarji;
  • Il-lingwa li fiha termini u kundizzjonijiet għandhom ikunu ppreżentati għal kiri ta' karozzi fi Stat Membru ieħor.
  • X’kopertura tal-assigurazzjoni hija offruta f’pakketti ta' kiri ta’ karozzi , u x'offerti alternattivi hemm fis-suq.

 

Sfond

Id-deċiżjoni li tittieħed azzjoni ttieħdet wara żieda kostanti ta’ lmenti tal-konsumaturi dwar servizzi ta’ kiri ta’ karozzi rreġistrati f’pajjiż ieħor — minn madwar 1,050 każ fl-2012 għal aktar minn 1,750 fl-2014 — kif irrappurtat miċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur. Ġie stabbilit djalogu bejn l-awtoritajiet dwar il-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC) nazzjonali, immexxija mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u s-swieq (CMA) tar-Renju Unit, u l-ikbar ħames kumpaniji tal-kiri ta’ karozzi, li joperaw fl-UE: Avis-Budget, Enterprise, Europcar, Hertz u Sixt. L-assoċjazzjoni tal-kummerċ tal-UE Leaseurope, li għenet biex twaqqaf l-azzjoni mill-industrija, qablet ukoll li tkompli tiżviluppa linji gwida prattiċi għas-settur kollu tan-negozju tal-kiri tal-karozzi.

Twettqet azzjoni simili rigward il-kummerċjakizzazzjoni qarrieqa ta’ logħob onlajn meta jkun fihom offerti waqt l-użu tal-app (ara IP/14/847) u biex ittejjeb il-konformità mad-Drittijiet tal-Konsumatur fuq il-websajts tal-ivvjaġġar (IP/14/436).

It-titjib tal-informazzjoni u tal-fiduċja tal-konsumatur fis-settur tal-kiri tal-karozzi jista' jikkontribwixxi għal rata ta’ tkabbir annwali ta’ 3 sa 4% tas-settur tal-kiri tal-karozzi matul is-sentejn li ġejjin fl-Ewropa (ara l-istudju estern). Fl-2013, kien hemm aktar minn 21 miljun kuntratt individwali ta’ kiri fl-UE. Il-ħames kumpaniji, li huma parti mid-djalogu, jirrappreżentaw aktar minn 65 % ta’ dawn il-kirjiet skont l-assoċjazzjoni tal-kummerċ, Leaseurope.

Il-ħames kumpaniji ppreżentaw proposti finali għal azzjoni, li kienu mbagħad valutati mill-awtoritajiet nazzjonali. Illum, il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali ħabbru l-valutazzjoni tagħhom dwar dawn il-proposti għal azzjoni.

 

Għal aktar tagħrif

Stqarrija għall-istampa mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tas-swieq tar-Renju Unit (CMA)

Il-politika tal-konsumatur tal-UE — infurzar

Rapport annwali taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur

IP/15/5334

Kuntatti mal-istampa

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku:


Side Bar