Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

Il-President Juncker jaħtar lil Michel Barnier bħala Konsulent Speċjali dwar il-Politika Ewropea ta' Difiża u Sigurtà

Brussell, 17 Frar 2015

Illum, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, ħatar lil Michel Barnier bħala Konsulent Speċjali dwar il-Politika ta' Siġurtà uta' Difiża Komuni.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal: "Meta din il-Kummissjoni bdiet il-mandat tagħha, għidna li rridu naħdmu għal Ewropa aktar b'saħħitha f'dawk li huma kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sigurtà u d-difiża. Iva, l-Ewropa hija primarjament 'setgħa ta' persważjoni'. Iżda anki l-aktar setgħat ta' persważjoni b'saħħithom ma jistgħux jgħaddu mingħajr mill-inqas xi kapaċità ta' difiża integrata fit-terminu twil. Michel Barnier għandu esperjenza vasta fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà u huwa l-persuna adatta biex tagħti pariri lili u lir-Rappreżentant Għoli / il-Viċi President Federica Mogherini fir-riflessjonijiet tagħna dwar dan."

Barnier serva bħala Kummissarju Ewropew fil-Kummissjonijiet Prodi (1999-2004) u Barroso II (2010-2014). Fl-2001 mexxa l-Grupp ta' Ħidma dwar id-Difiża Ewropea bħala membru tal-Praesidium tal-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa. Huwa kien Ministru tal-Affarijiet Barranin fil-Gvern Franċiż (2004-2005). Fl-2006 Barnier, bħala Konsulent Speċjali għal José Manuel Barroso, li dak iż-żmien kien President tal-Kummissjoni, ippreżenta rapport lill-Kunsill Ewropew li kien jipproponi l-ħolqien ta' forza Ewropea ta' protezzjoni ċivili. Fil-Kummissjoni Barroso II, kien wieħed minn dawk li mexxew it-Task Force tad-Difiża u ssorvelja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-swieq tad-difiża Ewropej li f'Diċembru 2013 ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew.

Fir-rwol il-ġdid tiegħu Michel Barnier, bħala l-ewwel kompitu tiegħu, se jħejji l-kontribuzzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea fil-Kunsill Ewropew li jmiss dwar il-politika ta' difiża Ewropea.

Sfond

Il-konsulenti speċjali jipprovdu assistenza diretta lill-Membri tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tqabbad Konsulenti Speċjali, abbażi tal-kwalifiki speċjali tagħhom u minkejja li jkollhom impjieg bi qligħ f'kapaċità oħra, sabiex jassistu lill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet, jew fuq bażi regolari jew għal perjodu speċifiku. Il-kariga li Michel Barnier qed jassumi għall-President Juncker hija fuq bażi part time u hija mingħajr ħlas.

Għal aktar informazzjoni

Il-Linji Gwida tal-Politika tal-President Juncker: Attur Globali b'Saħħtu

Rules on Special Advisers

IP/15/4437

Kuntatti mal-istampa

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku:


Side Bar