Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Moviment Liberu: Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lis-Sindki biex jiddiskutu l-isfidi u jiskambjaw l-aħjar prattiki

European Commission - IP/14/98   04/02/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, l-4 ta’ Frar 2014

Il-Moviment Liberu: Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lis-Sindki biex jiddiskutu l-isfidi u jiskambjaw l-aħjar prattiki

Iktar minn 100 sindku u rappreżentant ta’ awtoritajiet lokali minn madwar l-Ewropa se jiltaqgħu fi Brussell fil-11 ta' Frar biex jiddiskutu l-isfidi attwali u l-opportunitajiet li jippreżenta l-moviment liberu taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea. Il-Konferenza tas-Sindki, organizzata b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tar-Reġjuni, għandha l-għan li tgħin l-awtoritajiet lokali jiġbru l-ideat u jiskambjaw l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-moviment liberu. Is-sindki se jindirizzaw ukoll l-isfidi li toffri l-inklużjoni soċjali, li jitfaċċaw fil-livell lokali u li huma relatati mal-moviment liberu. Il-laqgħa hija waħda minn ħames azzjonijiet ippreżentati mill-Kummissjoni Ewropea fil-25 ta' Novembru 2013 biex jissaħħaħ id-dritt tal-moviment liberu fl-UE, filwaqt li tingħata għajnuna lill-Istati Membri biex jiksbu l-benefiċċji pożittivi li dan iġib miegħu (IP/13/1151) L-avveniment huwa miftuħ għall-istampa: dawk il-ġurnalisti li jixtiequ jattendu jistgħu jew jirreġistraw fil-websajt jew inkella jikkuntatjaw lil Joshua.SALSBY@ec.europa.eu.

“Id-dritt tal-moviment liberu huwa dritt fundamentali u dan jolqot il-qalba taċ-ċittadinanza tal-UE. Aktar minn żewġ terzi tal-Ewropej jgħidu li l-moviment liberu huwa ta’ benefiċċju għal pajjiżhom. Jeħtieġ li nsaħħuh u nibżgħu għalih," qalet Viviane Reding, il-Viċi President u l-Kummissarju għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza. “L-awtoritajiet lokali huma fuq quddiem nett fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-moviment liberu u fit-tħaddim tagħhom. Din il-konferenza se tkun opportunità għalina biex nisimgħu lir-rappreżentanti lokali, naraw xi sfidi qed jiffaċċjaw fil-konkret u niddiskutu kif l-aħjar naraw li l-iffinanzjar tal-UE għall-iskopijiet tal-integrazzjoni soċjali imur fejn ikun hemm bżonnu."

László Andor, il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni żied: "Hemm ħafna x'juri li l-mobilità hija ta' ġid għall-ħaddiema nfushom, għall-pajjiż li jospitahom u għall-pajjiż minn fejn joriġinaw. In-nies tmur fejn hemm l-impjiegi. Madankollu, fil-każ ta’ wasliet kbar u f’daqqa ta’ ċittadini minn Stati Membri oħra tal-UE, jista' jiġri li servizzi bħalma huma l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa f’ċerti bliet jiġu taħt pressjoni. Jeħtieġ li naħdmu flimkien biex nindirizzaw dawn l-isfidi speċifiċi, aktar milli nirrestrinġu l-moviment liberu. L-Istati Membri bħalissa qegħdin jippjanaw kif se jonfqu l-allokazzjonijiet tagħhom mill-Fond Soċjali Ewropew matul is-seba’ snin li ġejjin. Meta wieħed iqis li mill-anqas 20 % tal-fondi se jkollhom jiġu allokati għall-inklużjoni soċjali u għall-ġlieda kontra l-faqar, ninsabu lesti biex ngħinu u biex nagħtu parir lill-Istati Membri jużaw dawn il-fondi bl-aħjar mod possibbli.”

Fi tmiem l-2013, il-Kummissjoni ppreżentat ħames azzjonijiet biex jagħmlu differenza dwar il-moviment liberu tal-persuni, għall-benefiċċju taċ-ċittadini, it-tkabbir u l-impjiegi fl-UE.

Waħda mill-ħames azzjonijiet tindirizza l-bżonnijiet tal-awtoritajiet lokali, inkluż li tingħatalhom għajnuna biex jiskambjaw bejniethom l-aħjar prattiki madwar l-Ewropa fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-moviment liberu u biex jindirizzaw sfidi relatati ta' inklużjoni soċjali. Il-konferenza konġunta għas-sindki se tlaqqa’ flimkien sindki u rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali biex jiddiskutu l-impatt fil-livell lokali tal-mobilità interna fl-UE.

Din hija t-tieni mill-ħames azzjonijiet li qed titwettaq, wara l-pubblikazzjoni, fit-13 ta’ Jannar 2014, tal-gwida prattika dwar “it-test tar-residenza abitwali”, użat fir-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni fis-sigurtà soċjali (ara IP/14/13). Il-kriterji stretti ta’ dan it-test jiżguraw li ċ-ċittadini li ma jkunux qed jaħdmu jista’ jkollhom aċċess għas-sigurtà soċjali fi Stat Membru ieħor biss wara li jkunu ġenwinament ittrasferew iċ-ċentru ta’ interess tagħhom lejn dak l-Istat (pereżempju jkun hemm il-familja tagħhom).

Il-Kummissjoni għamlet ukoll studju dwar l-impatt tal-moviment liberu taċ-ċittadini fil-livell lokali, li għandu jiġi ppreżentat u mxandar fil-11 ta’ Frar waqt il-konferenza. L-istudju jeżamina s-sitwazzjoni f’sitt ibliet tal-UE (Barċellona, Dublin, Hamburg, Lille, Praga u Turin) u jidentifika eżempji tal-aħjar prattika minn kull belt dwar kif dawn jittrattaw l-isfidi potenzjali li jippreżenta l-moviment liberu.

Sfond

B'aktar minn 14-il miljun ċittadin tal-UE resident fi Stat Membru ieħor, il-moviment liberu - jew il-possibbiltà li wieħed jgħix, jaħdem u jistudja fejn irid fl-Unjoni - huwa d-dritt tal-UE l-aktar għal qalb l-Ewropej. Il-ħaddiema tal-UE ilhom jibbenefikaw minn dan id-dritt sa minn mindu nħolqot l-Unjoni Ewropea u dan il-prinċipju tnaqqax fl-ewwel Trattat Ewropew ta’ Ruma fl-1957 (ara MEMO/13/1041).

Il-moviment liberu taċ-ċittadini huwa wkoll element integrali tas-Suq Uniku kif ukoll element ċentrali tas-suċċess tiegħu: dan jistimola t-tkabbir ekonomiku billi jippermetti lin-nies jivvjaġġaw, jixtru u jaħdmu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u l-kumpaniji jistgħu jimpjegaw minn fost riżerva akbar ta' talent. Il-mobilità tal-ħaddiema bejn l-Istati Membri tikkontribwixxi biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ bejn il-ħiliet u l-impjiegi fuq sfond ta’ żbilanċi sinifikanti fis-swieq tax-xogħol tal-UE u ta' popolazzjoni li qed tixjieħ. Minkejja l-kriżi ekonomika, illum, fl-UE għad hemm madwar 2 miljun post tax-xogħol battal.

Fl-aħħar nett, ir-regoli dwar il-moviment liberu jinkludu serje ta' salvagwardji li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu jipprevjenu l-abbużi.

Sabiex tindirizza l-preokkupazzjonijiet li qamu f’xi Stati Membri tal-UE dwar l-implimentazzjoni fil-konkret tar-regoli dwar il-moviment liberu, il-Kummissjoni nediet ħames azzjonijiet biex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali:

Jipprevjenu ż-żwiġijiet ta' konvenjenza: Il-Kummissjoni qed tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jimplimentaw ir-regoli tal-UE li jippermettulhom jiġġieldu kontra l-abbużi mid-dritt tal-moviment liberu permezz ta' Manwal li qed tħejji dwar kif jistgħu jindirizzaw iż-żwiġijiet ta' konvenjenza.

Japplikaw ir-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali: Il-Kummissjoni ħadmet mill-qrib mal-Istati Membri biex tispjega b'mod ċar "it-test tar-residenza abitwali" li jintuża fir-regoli tal-UE fil-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali (ir-Regolament 883/2004/KE) fi gwida prattika ppubblikata fit-13 ta' Jannar 2014 (IP/14/13).

Jindirizzaw l-isfidi li ġġib magħha l-inklużjoni soċjali: Għajnuna lill-Istati Membri biex ikomplu jużaw il-Fond Soċjali Ewropew fejn tidħol l-inklużjoni soċjali: Mill-1 ta' Jannar 2014, mill-inqas 20% tal-fondi tal-FSE għandhom jintefqu biex titħeġġeġ l-inklużjoni soċjali u jiġi miġġieled il-faqar f'kull Stat Membru.

Jiżguraw l-applikazzjoni fil-konkret tar-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu: Sa tmiem l-2014, il-Kummissjoni se tistabbilixxi wkoll, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, modulu ta' taħriġ onlajn biex tgħin lill-persunal tal-awtoritajiet lokali jifhem bis-sħiħ u japplika d-drittijiet għall-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE.

Iħajru l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet lokali: Il-Kummissjoni se tgħin lill-awtoritajiet lokali jiskambjaw l-għarfien li jiġi żviluppat madwar l-Ewropa kollha, biex jindirizzaw aħjar l-isfidi marbuta mal-inklużjoni soċjali, dan jinkludi l-konferenza tas-sindki.

Il-konferenza tas-sindki se ssir fil-11 ta’ Frar mid-09.00 sas-18.00 fil-Kumitat tar-Reġjuni, Kamra JDE 52, Rue Belliard/Belliardstraat 99-1040, 1040 Brussell. Id-dettalji kollha jinsabu fil-paġna dwar l-avveniment u fl-abbozz tal-programm fl-anness.

Aktar tagħrif

Mistoqsijiet frekwenti — Il-Moviment Liberu spjegat:

http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-9_mt.htm

Il-Kummissjoni Ewropea - Il-Moviment Liberu

http://ec.europa.eu/justice/citizen/move-live/index_en.htm

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:

http://ec.europa.eu/reding (EN, FR, DE)

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter:@VivianeRedingEU

Segwi l-UE Ġustizzja fuq Twitter: @EU_Justice

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew permezz tal-posta elettroni­ka

ANNEX: DRAFT AGENDA

9:30: OPENING WORDS

  1. László ANDOR, Member of the European Commission responsible for employment, social affairs and inclusion (video message)

  2. Dimitrios KAFANTARIS, Mayor of Pylos

  3. Mercedes BRESSO, 1st Vice-President of the Committee of the Regions

  4. Françoise LE BAIL, Director-General for Justice, European Commission

10 :00 - 10:40: INFORMATION SESSION: EU POLICIES ON FREE MOVEMENT AND INCLUSION FOR THE LOCAL LEVEL

  1. Claudia GALLO, Ernst & Young,

  2. Chiara ADAMO, European Commission, DG Justice, Head of Unit for Union Citizenship and Free Movement

  3. Armindo SILVA, Director, European Commission, DG Employment, Social Affairs and Inclusion,

  4. Director for Employment and Social legislation, Social Dialogue Charlina VITCHEVA, Director for Inclusive Growth, Urban and Territorial Development and Northern Europe at DG Regional Policies

11:00 - 12:45: PANEL I: EXPERIENCES OF CITIES: IMPLEMENTING LOCAL POLICIES ON FREE MOVEMENT AND INCLUSION

Chair: Agnieszka KUDLINSKA, Director for Consultative Work at the Committee of the Regions

11:00-11:45 Panel interventions

  1. Anna KÖNIG JERLMYR, Vice-Mayor of Stockholm for Social Affairs

  2. Antonio Luis DOS SANTOS DA COSTA, Mayor of Lisbon and chair of the Committee of the Regions CIVEX commission

  3. Jan PÖRKSEN, Hamburg State Secretary for work, social affairs, family and integration

11:45-12:45 General discussion

12:45 Press conference in Committee of the Regions, room JDE53

  1. Viviane REDING, Vice-President of the European Commission

  2. Antonio Luis DOS SANTOS DA COSTA, Mayor of Lisbon and chair of the Committee of the Regions CIVEX commission

14:15 - 15:45: PANEL II: IMPLEMENTING LOCAL POLICIES ON FREE MOVEMENT AND INCLUSION

Chair: Chiara ADAMO, European Commission, DG Justice, Head of Unit for Union Citizenship and Free Movement

14:15-15:00 Panel interventions

  1. Richard BLAKEWAY, Deputy Mayor of London for housing

• Ovidiu PORTARIUC, Mayor of Botosani Municipality, Romania

  1. Gilles PARGNEAUX, Vice-President of Eurometropolis Lille-Kortrijk-Tournai

15:00-16:00 General discussion

16:15 - 17:45: PANEL III: IMPLEMENTING LOCAL POLICIES ON FREE MOVEMENT AND INCLUSION

Chair: Lieve FRANSEN, Director European Commission, DG EMPLOYMENT Europe2020: Social policies

16:00-16:45 Panel interventions

  1. Marnix NORDER, Deputy Mayor of The Hague for urban development, public housing and integration

  2. Vladimir KISSIOV, Municipal Councillor of Sofia, Vice-Chair of Committee of the Regions CIVEX Commission (Commission for Citizenship, Governance, Institutional and External Affairs)

16:45-17:45 General discussion

17:45: CONCLUDING SPEECHES

  1. Ramón Luis VALCÁRCEL SISO, President of the Committee of the Regions

  2. Viviane REDING, Vice-President of the European Commission


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website