Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-Istampa

Brussell, il-25 ta’ Lulju 2014

L-Ewrobarometru Standard tar-Rebbiegħa 2014: L-elezzjonijiet Ewropej għamlu differenza

Illum, ġew ippubblikati l-aħħar riżultati tal-istħarriġ tal-Ewrobarometru Standard — l-ewwel stħarriġ tal-opinjoni minn madwar l-UE kollha mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew 'l hawn li saru f’Mejju u li kienu organizzati taħt is-slogan “Din id-darba differenti”. L-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru juri li din id-darba kien hemm fil-fatt differenza, bi żviluppi pożittivi f’diversi oqsma.

1. Dan kien l-ogħla rekord f'għaxar snin fin-numru ta’ ċittadini li jaħsbu li l-vuċi tagħhom tgħodd

Wara l-elezzjonijiet Ewropej, in-numru ta’ ċittadini li jaħsbu li l-vuċi tagħhom fl-UE tgħodd żdiedet minn 29 % f’Novembru 2013 sa 42 %. Dan huwa l-ogħla livell minn mindu din il-mistoqsija saret għall-ewwel darba fl-Eurobarometru Standard għaxar snin ilu (ara l-Annessi 1 u 2). Barra minn hekk, 65 % tal-Ewropej iħossuhom ċittadin tal-UE, żieda mid-59 % tal-Ewrobarometru tal-Ħarifa.

Il-Viċi President Maroš Šefčovič, responsabbli għar-relazzjonijiet interistituzzjonali u l-amministrazzjoni, qal: "Għaddejn minn żminijiet diffiċli iżda l-Ewropa issa qed tieħu żvolta. L-isforzi konġunti fil-livell Ewropew biex iqiegħdu lill-Ewropa fuq il-perkors tal-irkupru ekonomiku qed jibdew jagħtu riżultati pożittivi. Mhux l-indikaturi ekonomiċi biss qed jitjiebu, iżda wkoll l-atteġġament taċ-ċittadini lejn is-sitwazzjoni ekonomika. U, ovvjament, il-ħafna dibattiti dwar l-Elezzjonijiet Ewropej - mhux l-inqas id-Djalogi maċ-Ċittadini u n-nomina ta' ‘Spitzenkandidaten‘ - qarrbu lill-Ewropa lejn iċ-ċittadini tagħha.

2. Qed jikber l-Ottimiżmu fuq is-Sitwazzjoni Ekonomika u l-Futur tal-UE

Għall-ewwel darba sa mill-bidu tal-kriżi finanzjarja seba’ snin ilu, aktar Ewropej jaħsbu li s-sitwazzjoni ekonomika se titjieb fit-12-il xahar li ġejjin. (ara l-Anness 3) u kważi tlieta minn kull erba’ persuni ma jistennewx tendenza negattiva. U għall-ewwel darba f’diversi sena, il-perċentwal tal-Ewropej li jaħsbu li l-impatt tal-kriżi fuq is-suq tax-xogħol diġà laħaq il-quċċata tiegħu huwa akbar mill-perċentwal ta’ dawk li jaħsbu li l-agħar għadu ġej (ara l-Anness 4).

L-Appoġġ għall-Euro qed jikber. U filwaqt li l-Litwanja qed tħejji biex tadotta l-munita unika tal-Ewropa, qed naraw żieda ta’ 10 punti perċentwali (mill-ħarifa li għaddiet) fin-numru tal-Litwani li jgħidu li huma favur l-euro (ara l-Anness 5). Qed naraw ukoll xejriet simili madwar l-Ewropa: + 10 punti perċentwali fil-Latvja u Ċipru; + 5 punti perċentwali fil-Portugall u l-Greċja.

Fl-aħħar nett, in-nies huma aktar ottimisti dwar il-futur tal-UE. Minn Novembru li għadda, kien hemm żieda ta’ ħames punti perċentwali f’dawk li jgħidu li huma ottimisti filwaqt li n-numru ta’ dawk li jgħidu li huma pessimisti naqas b’ħames punti perċentwali (ara l-Anness 6). Aktar minn nofs in-nies issa jħarsu lejn il-futur b'atteġġament ottimista filwaqt li tnejn biss minn kull ħamsa ma jaqblux għal kollox ma dan is-sentiment.

Kuntest

L-Ewrobarometru Standard tar-Rebbiegħa 2014 sar permezz ta' intervisti wiċċ imb'wiċċ bejn il-31  ta' Mejju u l-14 ta’ Ġunju 2014. Ġew intervistati b'kollox 32,689 persuna madwar l-Istati Membri tal-UE u fil-pajjiżi kandidati.

Aktar informazzjoni

Ir-rapport tal-Ewwel Riżultati ppubblikat illum jispjega l-perċezzjoni tal-Ewropej fuq is-sitwazzjoni ekonomika attwali, it-tħassib ewlieni tagħhom u l-fiduċja tagħhom fl-istituzzjonijiet politiċi.

Ir-rapport tal-Ewwel Riżultati huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/eb/eb81/eb81_en.htm

Anness

1. "Il-vuċi tiegħi fl-UE" – L-aħjar riżultati f'10 snin

2. "Il-vuċi tiegħi fl-UE" – Riżultati Nazzjonali

3. L-Ekonomija: L-aspettattivi għas-sena li ġejja qed isiru aktar pożittivi

4. Il-kriżi tal-impjiegi: L-Ewropa qed tieħu żvolta

5. L-appoġġ għall-Euro qed jikber – kambjamenti minn Novembru 2013

6. Qed jikber l-Ottimiżmu fuq il-Futur tal-UE

Kuntatti:

Antonio Gravili (+ 32 2 295 43 17)

Joshua Salsby (+ 32 2 297 24 59)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew bl-e­mail


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website