Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissarju Hahn iħeġġeġ lill-Ewropej biex jgħinu fit-tfassil ta’ Aġenda Urbana futura tal-UE

European Commission - IP/14/858   22/07/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrijiet għall-istampa

Brussell, it-22 ta’ Lulju 2014

Il-Kummissarju Hahn iħeġġeġ lill-Ewropej biex jgħinu fit-tfassil ta’ Aġenda Urbana futura tal-UE

Johannes Hahn, il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali tal-UE qed jitlob liċ-ċittadini tal-UE biex jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar l-Aġenda Urbana tal-UE - x’forma għandha tieħu u kif għandha tiġi implimentata. Il-Kummissarju qed isejjaħ għal involviment wiesa’ mill-partijiet konċernati u dawk li jgħixu fl-ibliet f’konsultazzjoni pubblika flimkien ma’ Komunikazzjoni formali li għadha kif ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea. Minn dan isegwi għadd dejjem jikber ta’ sejħiet għal aktar involviment tal-ibliet fit-tfassil tal-politiki tal-UE u aktar koerenza fil-mod kif l-istituzzjonijiet tal-Ewropa jindirizzaw l-isfidi urbani.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE"tiddeskrivi s-sitwazzjoni ta’ bliet madwar l-UE u l-politiki urbani fl-Istati Membri kif ukoll id-dimensjoni globali tal- urbanizzazzjoni. Hija tenfasizza li l-Aġenda Urbana tal-UE għandha tirrifletti l-objettivi ġenerali tal-UE u għandha tikkumplimenta wkoll il-politiki nazzjonali fl-Istati Membri. Il-Kummissarju Johannes Hahn li huwa responsabbli għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-UE qal: "Mit-tniġġis sal-faqar, mill-qgħad sal-enerġija, ma nistgħux naffaċċaw l-isfidi tal-Ewropa jew nilħqu l-miri tagħha jekk ma nindirizzawx dawn il-kwistjonijiet fl-ibliet Ewropej. L-Aġenda Urbana tal-UE trid tirrispetta s-sussidjarjetà – iżda fejn nistgħu ntejbu l-politika tal-UE, billi nsaħħu d-dimensjoni urbana, għandna nagħmlu dan, kif ukoll nagħtu rwol ikbar lill-ibliet Ewropej bħala msieħba tal-UE. Il-konsultazzjoni tal-lum hija pass importanti fil-kisba ta’ din il-mira.”

Huwa żied jgħid: "Iktar minn żewġ terzi tan-nies jgħixu fl-ibliet Ewropej, għalhekk huwa ġust li r-riforma tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE diġà qed tpoġġi l-ibliet u l-iżvilupp urban fuq quddiem fl-aġenda politika. Aġenda Urbana tal-UE tmur lil hinn - issa nixtiequ nisimgħu l-fehmiet tal-partijiet interessati ewlenin u ta' dawk li jgħixu fl-ibliet infushom. Aħna nemmnu li jekk ngħollu l-profil ta’ bliet u rħula fit-tfassil tal-politika tagħna, l-UE tirreaġixxi b’mod aktar effettiv għall-bżonnijiet li jinbidlu mhux biss ta’ dawk li jgħixu f’żoni urbani, iżda ta' dik il-kotra li jgħixu barra l-ibliet iżda jiddependu fuq is-servizzi tagħhom.”

Filwaqt li 72% tal-popolazzjoni totali tal-UE tgħix fl-ibliet, l-irħula u s-subborgi, dan il-proporzjon huwa probabbli li jilħaq aktar minn 80% sal-2050. Il-Komunikazzjoni tgħid li aktar minn żewġ terzi tal-politiki kollha tal-UE jaffettwaw direttament jew indirettament l-irħula u l-ibliet – bħal fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, u l-ambjent. Aġenda Urbana timmira għal approċċ aktar integrat fl-iżvilupp ta’ politika, biex tiġi żgurata l-konsistenza u jiġu evitati l-kontradizzjonijiet.

Il-konsultazzjoni pubblika hija miftuħa sas-26 ta' Settembru 2014 għal konsultazzjoni) Hija tpoġġi mistoqsijiet ewlenin bħal: Għalfejn hemm bżonn ta' Aġenda Urbana għall-UE? Kemm għandha tkun iffukata? L-azzjoni tal-UE fejn tista' tagħti l-ikbar valur miżjud? L-ibliet għandhom jiġu involuti fit-tfassil tal-politika? U jekk iva, kif?

Tagħrif eżistenti

Fost il-ħafna li talbu għal Aġenda Urbana tal-UE, huma l-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew kif ukoll l-assoċjazzjonijiet infushom tal-belt. Il-Kummissjoni organizzat Forum dwar l-Ibliet fi Frar ta’ din is-sena biex issegwi din l-idea.

F'April ta' din is-sena, taħt il-Presidenza Griega, il-Ministri tal-UE responsabbli għall-Politika ta’ Koeżjoni għamlu appell sabiex din l-aġenda titkompla b’kontribut mil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u dak tal-UE.

Għal aktar tagħrif:

Memo: Mistoqsija u tweġiba dwar Aġenda Urbana u d-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE

Forum “L-Ibliet ta’ Għada: Ninvestu fl-Ewropa"

Portal ta’ Politika Urbana tal-UE

Twitter @EU_Regional @JHahnEU #eucities

Kuntatti:

Shirin Wheeler +32 2 296 65 65, Mowbajl: +32 460 766565

Annemarie Huber +32 2 299 33 10, Mowbajl: +32 460 793310


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website