Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-16 ta’ Lulju 2014

Il-Kummissjoni Ewropea tħabbar ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni bil-miktub: "Xi tfisser għalik UE estiża?"

Jan Getek, ta' 15-il sena, mill-Polonja, u Anastasia Liopetriti, ta' 21 sena, minn Ċipru, huma r-rebbieħa tal-kompetizzjoni bil-miktub imsemmija "Xi tfisser għalik UE estiża?", organizzata mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kuntest immarka l-10 anniversarju tal-proċess ta' tkabbir tal-UE tal-2004, bl-adeżjoni ta' 10 pajjiżi mal-UE. Illum, il-perspettiva tal-UE hija miftuħa għall-Albanija, il-Bosnja u l-Ħerzegovina, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Islanda, il-Kosovo, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija.

Żgħażagħ fl-età ta’ bejn il-15 u l-25 sena minn madwar l-Ewropa intalbu jissottomettu artikolu jew blog dwar x'tista' titgħallem l-Unjoni Ewropea attwali ta' 28 Stat Membru mill-passat tagħha biex tgħin ittejjeb il-futur tagħha, kif ukoll biex jirriflettu dwar xi tfisser għalihom UE estiża.

Aktar minn 450 applikazzjoni ntbagħtu mit-28 Stat Membru tal-UE u minn seba' pajjiżi kandidati u oħrajn kandidati potenzjali tal-Ewropa tax-Xlokk. Il-parteċipanti ġew iġġudikati, inter alia, dwar iċ-ċarezza tal-argument tagħhom, il-kwalità tal-kitba tagħhom u fuq l-oriġinalità tal-ideat tagħhom.

Ġuriji minn kull pajjiż parteċipanti għażlu applikazzjoni waħda minn kull grupp ta' età (15-18-il sena u 19-25 sena) għal aktar evalwazzjoni minn ġurija Ewropea, li tikkonsisti minn:

  • Jacki Davis, Direttur Amministrattiv f'Meade Davis Communications u editur li nieda European Voice;

  • Claus Giering, Kap ta' Unità għall-Komunikazzjoni fid-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir tal-Kummissjoni Ewropea;

  • Domagoj Kovacic, Direttur Eżekuttiv tan-Netwerk Ewropew għaż-Żgħażagħ tax-Xlokk;

  • Jacques Rupnik, Professur fis-Sciences Po Paris.

Il-Ġurija Ewropea kkummentat fuq l-applikazzjonijiet rebbieħa kif ġej:

Rebbieħ għall-kategorija bejn l-età ta' 15-18: Jan Getek mill-Polonja

Din l-applikazzjoni ġiet magħżula mill-membri tal-ġurija għall-bilanċ eċċellenti tagħha ta' esperjenza personali ta' UE estiża, appoġġata b'argumenti u fatti b'saħħithom u minn standard għoli ta' kitba. Il-ġurija kienet sodisfatta li tinnota l-istandard għoli u l-maturità ġenerali tal-applikazzjonijiet għal din il-kategorija ta' età.

Rebbieħa għall-kategorija bejn l-età ta' 19-25: Anastasia Liopetriti minn Ċipru

Il-ġurija ddeċidiet li din kienet biċċa xogħol miktuba sew li ġabret il-prinċipji u l-valuri tal-UE u ġiet imżewqa b'punti personali bħal pereżempju vjaġġ bil-karozza tal-linja. B'mod partikolari, il-ġurija ħadet pjaċir bid-deskrizzjoni tal-fruntieri, kemm fruntieri immaġinati tal-moħħ, kif ukoll dawk fiżiċi, u l-proċess ta' kif dawn jistgħu jingħelbu, u ħasset li l-awtriċi wrietu sew dan. 

L-applikazzjonijiet rebbieħa jistgħu jinqraw hawnhekk

Ir-rebbieħa se jivvjaġġaw lejn Brussell biex jirċievu l-premji tagħhom u se jkollhom l-opportunità jaraw ix-xogħol tal-Kummissjoni Ewropea u jżuru istituzzjonijiet oħra tal-UE matul żjara ta' jumejn.

Għal informazzjoni dwar il-kompetizzjoni bil-kitba, ikkuntattja lil:

media consulta International Holding AG

Rachel Harding, r.harding@media-consulta.com, +49 (0)30 65 000 476

Għal mistoqsijiet dwar UE estiża, ikkuntattja lil:

Mr Peter Stano, Peter.Stano@ec.europa.eu, +32 2 295 74 84

Ms Anca Paduraru, Anca.Paduraru@ec.europa.eu, +32 2 296 64 30

Għal aktar informazzjoni dwar il-politika ta' UE estiża, ara: http://ec.europa.eu/enlargement

Kuntatti:

Peter Stano (+32 2 295 74 84)

Anca Paduraru (+32 2 296 64 30)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew bil-posta elettronika


Side Bar