Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2014

Is-sikurezza fit-toroq: App ġdida tal-ismartphone tipprovdi informazzjoni dwar ir-regoli tat-traffiku fit-toroq tal-UE

X’inhu l-limitu tal-veloċità fuq l-awtostradi Spanjoli? Għandi bżonn nilbes elmu meta nsuq ir-rota fl-Iżvezja? Liema tagħmir tas-sikurezza għandu jkolli dejjem fil-karozza meta nsuq fis-Slovakkja? Minn issa ‘l quddiem, it-turisti m’għandhomx għalfejn jaħlu ħafna ħin ifittxu din l-informazzjoni. Jistgħu jiksbuha kull fejn ikunu permezz tal-app il-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea għall-ismartphone “Going Abroad”.

L-app hija disponibbli fi 22 lingwa fuq l-iPhone u l-iPad, u t-telefowns li jużaw Google Android u Microsoft Windows. Minbarra l-informazzjoni importanti kollha dwar is-sikurezza fit-toroq għall-pajjiżi kollha tal-UE, l-app fiha wkoll kwiżż fuq is-sikurezza fit-toroq u logħba tal-memorja biex il-passiġġieri jgħaddu ż-żmien waqt il-vjaġġi twal bil-karozza. Naturalment l-app m’għandha qatt tiġi ċċekkjata waqt is-sewqan: – is-sewwieqa għandhom iħallu lill-passiġġieri jagħmlu dan jew inkella jieqfu għal ftit mis-sewqan ħalli jistrieħu xi ftit kif ukoll iżommu ruħhom informati.

Il-Viċi President tal-Kummisjoni Ewropea inkarigat mit-trasport, Siim Kallas, qal: "Il-perjodu tal-vakanzi tas-sajf huwa l-iktar perjodu intensiv fit-toroq Ewropej. Veru faċli ssiefer bil-karozza tiegħek, iżda ħafna ma jirrealizzawx li madwar l-UE hemm regoli u sinjali tat-toroq differenti. L-app “Going Abroad" tipprovdi informazzjoni konvenjenti u faċli għall-utenti biex jitnaqqas dan ir-riskju.”

L-app tkopri informazzjoni dwar is-suġġetti kollha li jġorru l-akbar riskju ta’ aċċident, inklużi l-limiti tal-veloċità u l-alkoħol, id-dwal tat-traffiku, u l-użu tat-telefowns ċellulari. Tinforma wkoll lill-utenti dwar l-obbligi li jilbsu ċ-ċinturini tas-sikurezza fil-karozzi u l-elmi tas-sikurezza fuq ir-roti u l-muturi.

Il-ħruġ ta' din l-app eżatt qabel ma jibdew il-vakanzi tas-sajf huwa f’waqtu għax Lulju u Awwissu huma x-xahrejn l-iktar fatali għat-traffiku fit-toroq b’medja ta’ madwar 50% aktar imwiet minn Frar, l-“iktar xahar sikur”. .

Il-ħidma għas-sikurezza fit-toroq fl-UE għamlet progress kbir fl-aħħar snin. Bejn l-2001 u l-2010, l-għadd ta’ mwiet fit-toroq tal-UE naqas b’total ta’ 43%. Bejn l-2010 u l-2013, naqas bi 17% oħra.

Il-mira strateġika hija li l-imwiet fit-toroq jonqsu bin-nofs bejn l-2010 u l-2020 u biex anke nibdew niffokaw l-isforzi tal-UE fuq it-tnaqqis ta’ korrimenti serji. L-app tal-informazzjoni dwar is-sikurezza fit-toroq hija kontribuzzjoni waħda fost ħafna inizjattivi oħra għas-sikurezza fit-toroq fil-livell tal-UE.

Aktar informazzjoni

Niżżel l-app “Going Abroad

Vidjow : http://ec.europa.eu/avservices/video/player.cfm?ref=I090368

Għall-aħħar ċifri dwar l-imwiet fit-toroq f'kull Stat Membru ara IP 14/341

Is-sit tal-Kummissjoni dwar is-sikurezza fit-toroq

Segwi lil @SiimKallasEU

AppStore

Google Play

Windows Phone

Kuntatti:

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)

Għall-pubbliku: Europe Direct permezz tat-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew bl-e­mail


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website