Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-Istampa

Brussell, 24 Gunju 2014

Tnaqqis enormi fil-limiti tal-prezz tar-roaming tad-dejta mobbli mill-1 ta’ Lulju — aktar minn 50% mis-sajf li għadda!

Sale kbir tas-sajf korteżija tal-Kummissjoni Ewropea! Mill-1 ta' Lulju 2014, l-UE se tnaqqas il-limiti tal-prezz tat-tniżżil tad-dejta b'aktar min-nofs, minn 45 ċenteżmu għal kull megabyte għal 20 ċenteżmu l-megabyte. Dak li jkun se jħallas saħansitra anqas biex juża l-mapep, jara filmati, jiċċekkja l-posta u jaġġorna n-netwerks soċjali waqt li jkun qed jivvjaġġa fl-UE.

Biex inpoġġu dan f'perspettiva: meta partitarju tal-futbol ikun qed jivvjaġġa fl-UE waqt it-Tazza tad-Dinja, se jħallas 25 darba anqas għar-roaming tad-dejta meta mqabbel mat-Tazza tad-Dinja tal-2010!

Mindu l-UE introduċiet limiti għar-roaming tad-dejta, il-konsum tad-dejta żdied b’mod drammatiku.

It-telefonati u l-messaġġi se jorħsu wkoll. Din aħbar tajba, peress li tista' tivvjaġġa madwar l-Ewropa u tibqa' f’kuntatt mal-familja u ma' ħbiebek id-dar.

Tip ta’ attività mobbli fl-UE

Limiti tal-2013 (qabel il-VAT)

Limiti tal-2014 (qabel il-VAT)

Tnaqqis

Meta tagħmel telefonata

24 ċenteżmi l-minuta

19-il ċenteżmu l-minuta

21 %

Meta tirċievi telefonata

7 ċenteżmi l-minuta

5 ċenteżmi l-minuta

28.5 %

Meta tibgħat messaġġ

8 ċenteżmi

6 ċenteżmi

25 %

Tniżżil tad-dejta /browsing

45 ċenteżmu l-MB

20 ċenteżmu l-MB

55.5 %

Barra minn hekk, mill-1 ta’ Lulju 2014 xi fornituri tat-telefonija mobbli fl-Ewropa jistgħu joffrulek kuntratt tar-roaming speċifiku qabel ma tivvjaġġa u, fejn ikun disponibbli, jippermettulek tagħżel fornitur lokali għas-servizzi tad-dejta bħall-posta elettronika, l-aħbarijiet onlajn, biex ittella' r-ritratti u biex tara vidjows onlajn, fil-pajjiż li tkun qed iżżur. Għaldaqstant tkun tista’ tqabbel l-offerti tar-roaming, u tgawdi minn offerti u prezzijiet aktar attraenti waqt li tkun fuq btala! 

Iżda dan mhux kollox: l-UE qed taħdem fuq regoli ġodda biex telimina għal kollox it-tariffi tar-roaming. Ir-Regolament tal-Kummissjoni dwar il-Kontinent Konness se jwassal għat-tmiem tat-tariffi tar-roaming, u se jkun garanzija ta’ internet miftuħ u newtrali, u protezzjoni aħjar tal-konsumatur għall-utenti tas-servizzi mobbli u broadband.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea @NeelieKroesEU, responsabbli mill-Aġenda Diġitali, qalet: Dan it-tnaqqis enormi fil-prezzijiet tar-roaming tad-dejta se jagħmel differenza kbira għalina lkoll dan is-sajf. Iżda dan mhux biżżejjed. Għalfejn għandu jkollna tariffi tar-roaming f’suq uniku? Sal-aħħar ta’ din is-sena nittama li t-tariffi tar-roaming mifthiema jkunu spiċċaw għal kollox— il-Parlament għamel il-parti tiegħu, issa f’idejn l-Istati Membri biex jissiġillaw il-ftehim!”

Sfond

It-tariffi tar-roaming kienu fl-aqwa tagħhom snin ilu meta l-UE bdiet tieħu azzjoni fl-2007. Ir-riżultat huwa tnaqqis ta' 80-90% fit-tariffi tas-servizzi tar-roaming fl-2014 meta mqabbla mal-2007.

Ħoloq Utli

Aktar tagħrif dwar ir-Roaming

Hashtag: #Roaming #ConnectedContinent

Is-sit elettroniku ta' Neelie Kroes

Segwi lil Neelie Kroes fuq Twitter

Kuntatti :

Ryan Heath (+32 2 296 17 16) Siobhan Bright (32 2 295 73 61)

Posta elettronika: comm-kroes@ec.europa.eu Tel: +32.229.57361 Twitter: @RyanHeathEU

For the public Ikkuntattja lil Europe Direct bit-telefown — 00 800 6 7 8 9 10 11 jew ibgħat e­mail

Anness I

Iffrankar fuq id-dejta

Partitarju tal-futbol fuq btala f’pajjiż tal-UE għal ġimgħa (Prezzijiet f’EUR):

Ġunju 2014

Lulju 2014

Tfaddil

1MB

45 ċenteżmu VAT mhux inkluża

20 ċenteżmu VAT mhux inkluża

25 ċenteżmu

Juża mappa ħames darbiet (1 MB għal kull mappa)

EUR 2.25

EUR 1

EUR 1.25

Jiċċekkja n-netwerks soċjali kuljum għal nofs siegħa (+/- 5 MB kuljum, total ta' 35 MB)

EUR 15.75

EUR 7

EUR 8.75

Itella' ritratt wieħed kuljum (+/- 2MB għal kull ritratt, total 14MB)

EUR 6.30

EUR 2.80

EUR 3.50

Vidjow ta’ 10 minuti kuljum tal-aħjar gowls fuq YouTube (+/-5 MB għal kull vidjow, total ta’ 35 MB)

EUR 15.75

EUR 7

EUR 8.75

Iniżżel app waħda tat-Tazza tad-Dinja (+/- 30 MB)

EUR 13.50

EUR 6

EUR 7.50

Jara l-aħbarijiet onlajn għal 10 minuti kuljum (+/-5MB, total 35 MB)

EUR 15.75

EUR 7

EUR 8.75

Jiċċekkja t-tbassir tat-temp kuljum fuq l-app tiegħek (+/- 28 KB, total 0.20 MB)

EUR 0.09

EUR 0.04

EUR 0.05

Total, EUR

69.39

30.84

38.55*

*Waqt it-Tazza tad-Dinja tal-2010 dan kien jiswa 25 darba aktar (jekk il-prezz medju kien ta’ EUR 5/MB) = EUR 983.75


Side Bar