Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrijiet għall-istampa

Brussell, is-24 ta’ Ġunju 2014

Se tixtri xi mediċini minn fuq l-internet? Il-Kummissjoni tintroduċi logo biex tiżgura s-sikurezza tal-konsumatur

Issa li l-Ewropej qegħdin dejjem iktar jixtru l-mediċini minn fuq l-internet, kif nistgħu nkunu ċerti li spiżerija onlajn hija awtentika u sikura? Illum, il-Kummissjoni tadotta Regolament ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva dwar il-Mediċini Ffalsifikati (2011/62/UE) li tistabbilixxi d-disinn għal logo komuni għall-ispiżeriji onlajn, u r-rekwiżiti tekniċi għall-iżgurar tal-awtentiċità tiegħu. Il-logo se jkun disponibbli fit-tieni nofs tal-2015.

Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa, qal li: "Meta l-konsumaturi jixtru l-mediċini minn fuq l-internet għandhom ikunu konxji li sakemm ma jixtrux mingħand fornituri tal-mediċini onlajn li joperaw b'mod legali, ikunu qed jissugraw li jixtru mediċini ffalsifikati. Il-mediċini ffalsifikati għandhom mnejn ikunu ineffettivi, ta' ħsara u saħansitra jistgħu anki jikkaġunaw mewt. Il-Kummissjoni stabbilixiet logo komuni għall-ispiżeriji onlajn biex il-konsumaturi jkunu sikuri."

Kif inhu l-logo?

Dan huwa l-logo li wieħed għandu jfittex meta jidħol fil-paġna ewlenija ta' spiżerija onlajn. Ir-rettangolu fuq ix-xellug nofsani se jkollu l-bandiera tal-pajjiż tal-UE fejn tkun tinsab l-ispiżerija onlajn, u t-test se jkun tradott fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' dak il-pajjiż. Kif għandek tuża l-logo?

L-ewwel nett, fittex il-logo fuq is-sit li minnu beħsiebek tixtri l-mediċini, u klikkja fuqu. Wara li tagħmel dan, għandek issib ruħek fis-sit tal-awtorità regolatorja nazzjonali, li telenka l-ispiżeriji onlajn kollha li joperaw b'mod legali u bejjiegħa bl-imnut oħrajn tal-mediċini li awtorizzati b'mod legali. Ara li l-ispiżerija hija elenkata. Kompli bix-xirja tiegħek. Jekk is-sit ma jidhirx fl-elenku, tixtrix minn fuqu. Ixtri mingħand wieħed mill-bejjiegħa bl-imnut tal-mediċini u li huma leġittimi, elenkati fis-sit tal-awtorità regolatorja ta' pajjiżek.

Minn meta se jibda jidher dan il-logo?

Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bejn erba' u sitt ġimgħat oħra. L-Istati Membri għandhom sena biex iħejju għall-applikazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni Ewropea qed toffri Ġabra ta' Għodod tal-Komunikazzjoni biex tgħinhom iħejju kampanji nazzjonali ta' sensibilizzazzjoni li huma meħtieġa skont id-Direttiva dwar il-Mediċini Ffalsifikati.

Tista' ssib il-ġabra ta' għodod u aktar tagħrif dwar il-mediċini ffalsifikati fuq:

http://ec.europa.eu/health/human-use/falsified_medicines/index_en.htm

Is-sit tal-Kummissarju Borg:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/borg/index_en.htm

Segwina fuq Twitter: @EU_Health

Kuntatti:

Frédéric Vincent (+32 2 298 71 66)

Aikaterini Apostola (+32 2 298 76 24)

Għall-pubbliku: Europe Direct permezz tat-telefon 00 800 6 7 8 9 10 11 jew permezz tal-posta elettronika


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website