Navigation path

Left navigation

Additional tools

Ambjent: Il-Kummissjoni ssaqsi liċ-ċittadini dwar l-ilma tax-xorb fl-Ewropa

European Commission - IP/14/710   23/06/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, l-23 ta’ Ġunju 2014

Ambjent: Il-Kummissjoni ssaqsi liċ-ċittadini dwar l-ilma tax-xorb fl-Ewropa

Il-Kummissjoni Ewropea llum nediet konsultazzjoni pubblika dwar il-politika dwar l-ilma tax-xorb fl-UE, biex tara fejn jista’ jsir aktar titjib. Il-konsultazzjoni hija risposta konkreta għar-Right2Water, l-ewwel Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) li kellha suċċess.

Il-Kummissarju għall-Ambjent, Janez Potočnik qal: “Il-provvista ta’ ilma tax-xorb sikur u ta’ kwalità tajba madwar l-UE hija l-frott tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Iżda rridu nħarsu lejn l-isfidi futuri u nindirizzaw il-kwsitjonijiet li tqajmu f’din l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Dan ifisser li għal-leġiżlazzjoni futura tal-UE dwar l-ilma tax-xorb irid jibqa' għaddej id-djalogu mmexxi miċ-ċittadini kif ukoll jingħata widen lill-aspettattivi tal-konsumaturi u ta' partijiet oħra interessati."

Il-Viċi President u Kummissarju għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Amministrazzjoni Maroš Šefčovič, responsabbli għall-ħolqien tal-qafas għall-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, qal: “Il-konklużjoni ta’ din l-ewwel ECI li kellha suċċess, meta l-Kummissjoni stabbilixxiet kif kienet beħsiebha tirreaġixxi, kienet biss il-bidu tal-proċess. Issa qed nibdew inwettqu dak li wegħedna. Dan ikompli jixhed l-impatt reali li l-ECI jista’ jkollha fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Ewropa.”

Il-konsultazzjoni għandha twassal biex ikunu iktar ċari l-opinjonijiet taċ-ċittadini u tal-partijiet interessati dwar il-ħtieġa u l-firxa ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu sabiex titjieb il-provvista tal-ilma tax-xorb ta’ kwalità għolja. Bħala parti mill-konsultazzjoni se jkun hemm mistoqsijiet dwar il-livell attwali tal-kwalità tal-ilma tax-xorb, it-theddid prinċipali għall-ilma tax-xorb, il-ħtiġijiet taċ-ċittadini għall-informazzjoni u azzjonijiet addizzjonali li jistgħu jittieħdu fil-livell tal-UE.

Il-konsultazzjoni tinsab hawnu tibqa' miftuħa sal-23 ta' Settembru 2014. Ir-riżultati se jikkontribwixxu għal proċess ta’ riflessjoni dwar jekk hemmx bżonn ta' iktar titjib fid-Direttiva tal-UE dwar l-Ilma tax-Xorb.

Minbarra l-konsultazzjoni, il-Kummissjoni dalwaqt se tniedi djalogu strutturat mal-partijiet interessati dwar it-trasparenza fis-settur tal-ilma. Din hija azzjoni oħra mnissla mill-lnizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Iktar informazzjoni tinsab f': http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/initiatives/finalised/answered.

Kuntest

L-obbjettiv tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb huwa li s-saħħa tal-bniedem tiġi mħarsa minn ħsara li tista' tirriżulta minn xi kontaminazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u dan billi tiżgura li l-ilma tax-xorb ikun sikur u nadif. B'mod ġenerali, il-kwalità tal-ilma tax-xorb fl-UE hija tajba u l-livell ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva huwa għoli ħafna. L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri biex jiżguraw li dawn l-objettivi jintlaħqu u m’għandhom jippermettu l-ebda deterjorament fil-kwalità tal-ilma tax-xorb.

Aċċess għall-Konsultazzjoni Pubblika

http://ec.europa.eu/environment/consultations/water_drink_en.htm

Għal aktar tagħrif

Aktar dettalji dwar il-livell ta’ implimentazzjoni u dwar l-oqsma li jeħtieġu attenzjoni, bħalma huma l-kwalità tal-ilma tax-xorb f’żoni fejn il-provvisti huma baxxi, jingħataw fil-qosor fir-Rapport ta’ Sinteżi dwar il-Kwalità tal-Ilma tax-Xorb fl-UE li jeżamina r-rapporti tal-Istati Membri għall-perjodu ta’ bejn l-2008 u l-2010:

http://ec.europa.eu/environment/water/water-drink/reporting_en.html

Kuntatti:

Għall-istampa:

Joe Hennon (+32 2 295 35 93)

Andreja Skerl (+32 2 295 14 45)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew bil- posta elettronika


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website