Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2014

Klima: €44 miljun disponibbli taħt l-ewwel sejħa għal proġetti ta’ azzjoni klimatika

Il-Kummissjoni Ewropea llum nediet l-ewwel sejħa għal proposti taħt programm ġdid ta’ finanzjament għal proġetti ddedikati għall-azzjoni klimatika. Is-sottoprogramm ta' azzjoni klimatika LIFE se jipprovdi €44.26 miljun fl-2014 biex jiġu żviluppati u implimentati metodi innovattivi biex iwieġbu għall-isfida tal-bidla fil-klima madwar l-Ewropa.

Il-Kummissarju għall-Azzjoni Klimatika, Connie Hedegaard, qalet: “Il-programm il-ġdid għall-Azzjoni Klimatika LIFE qed jagħmel disponibbli aktar fondi minn qatt qabel għal proġetti klimatiċi madwar l-Ewropa. Dan se jgħin biex teknoloġiji moderni b'livell baxx ta' karbonju jingħataw il-ħajja filwaqt li jittejbu soluzzjonijiet klimatiċi diġà eżistenti. Dawn il-fondi ddedikati se jgħinu fil-kisba tal-għanijiet tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-UE dwar il-klima. . Is-sejħa għall-proposti tal-lum tindirizza proġetti pilota, dimostrattivi u tal-aħjar prattiki.”

Is-sottoprogramm huwa parti mill-programm tal-UE LIFE 2014-2020 u se jipprovdi €864 miljun għall-azzjoni klimatika tul is-seba’ snin li ġejjin. Dan se jappoġġa wkoll il-komunikazzjoni, il-koperazzjoni u d-disseminazzjoni aħjar dwar il-mitigazzjoni tal-klima u azzjonijiet ta' addattament.

L-organizzazzjonijiet interessati huma mħeġġa jibdew iħejju ruħhom minn kmieni billi jfasslu l-ideat tal-proġetti tagħhom, jingħaqdu fi sħab ma' partijiet interessati rilevanti u jidentifikaw appoġġ finanzjarju kumplimentari. Proġetti transnazzjonali huma partikolarment milqugha peress li l-kooperazzjoni transkonfinali hija essenzjali biex jiġu ggarantiti l-għanijiet klimatiċi tal-UE.

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu sas-16 ta’ Ottubru 2014. Is-sejħa li jmiss għall-proposti LIFE se timmira lejn għotjiet operattivi għal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ attivi fuq livell fil-livell Ewropew fi kwistjonijiet ambjentali u klimatiċi se titnieda fil-ħarifa li ġejja.

Sfond

LIFE huwa programm ta’ finanzjament tal-UE li ilu għaddej mill-1992 u li kkofinanzja aktar minn 4,000 proġett. Il-Programm LIFE tal-UE għall-Azzjoni Ambjentali u Klimatika 2014-2020 huwa maqsum f'żewġ perjodi ta' programmazzjoni: 2014-2017 u 2018-2020. Għall-ewwel perjodu, baġit ta’ €449.2 miljun huwa allokat għall-azzjoni klimatika, li minnhom €44.26 miljun huma disponibbli taħt is-sejħa għall-proposti tal-2014.

Dan il-finanzjament huwa parti mill-appoġġ għal attivitajiet klimatiċi bħala parti mill-baġit tal-UE għall-2014-2020. L-Azzjoni Klimatika LIFE se jkollha wkoll l-opportunità li tiffinanzja aktar proġetti billi tħeġġeġ il-finanzjament privat permezz ta’ self u garanziji permezz ta’ banek lokali.

Aktar tagħrif

Dettalji dwar is-sejħa għall-proposti

http://ec.europa.eu/clima/policies/budget/life/index_en.htmAzzjoni klimatika Life

Il-paġna ewlenija ta' LIFE

Kuntatti:

Għall-istampa:

Isaac Valero Ladron (+32 2 296 49 71)

Mirna Bratoz (+32 2 298 72 78)

Għall-pubbliku: Europe Direct permezz tat-telefon 00 800 6 7 8 9 10 11 jew permezz tal-posta elettronika


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website