Navigation path

Left navigation

Additional tools

Rapport dwar is-suq tal-ħalib u l-"Pakkett dwar il-Ħalib"

European Commission - IP/14/674   13/06/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2014

Rapport dwar is-suq tal-ħalib u l-"Pakkett dwar il-Ħalib"

Il-Kummissjoni Ewropea llum ippubblikat rapport dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq tal-ħalib u t-tħaddim tal-"Pakkett dwar il-Ħalib" tal-2012. Hi tiddeskrivi l-kwadru pjuttost pożittiv għas-suq tal-ħalib, tqis l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet u l-possibbiltajiet tal-"Pakkett dwar il-Ħalib" u telenka aktar kunsiderazzjonijiet fid-dawl tat-tmiem tas-sistema tal-kwoti fl-2015.

L-hekk imsejjaħ "Pakkett dwar il-Ħalib", adottat b’kodeċiżjoni fl-2012, għandu l-għan li jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-produtturi tal-ħalib fil-katina tal-provvista tal-ħalib u jħejji s-settur għal ġejjieni aktar sostenibbli u orjentat lejn is-suq, filwaqt li jfittex b’mod partikolari li jislet tagħlimiet mill-kriżi tas-suq tal-ħalib tal-2009. L-Istati Membri għandhom l-għażla li jagħmlu obbligatorji l-kuntratti bil-miktub bejn il-produtturi tal-ħalib u l-proċessuri. Il-bdiewa għandhom il-possibbiltà li jinnegozjaw it-termini tal-kuntratti, inkluż il-prezz tal-ħalib mhux ipproċessat b'mod kollettiv, permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi. Ir-regoli speċifiċi tal-UE għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali jawtorizzaw l-atturi fil-katina tal-provvista tal-ħalib biex jiddjalogaw u jwettqu għadd ta’ attivitajiet, filwaqt li l-Istati Membri jitħallew, b'ċerti kundizzjonijiet, japplikaw regoli biex jirregolaw il-provvista ta’ ġobnijiet DPO/IĠP.

Ir-rapport jikkonferma li l-kuntratti bejn il-bdiewa u l-proċessuri saru obbligatorji fi 12-il Stat Membru (Ċipru, Franza, il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Latvja, il-Portugall, is-Slovakkja, il-Litwanja, l-Italja, l-Ungerija, r-Rumanija u Spanja), filwaqt li f'xi oħrajn (il-Belġju, ir-Renju Unit) l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa u tal-proċessuri laħqu ftehim dwar il-kodiċijiet ta' prassi tajba. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali għar-rikonoxximent tal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (OP) wasslu biex jiġu formalment rikonoxxuti 228 OP f’sitt Stati Membri (Franza, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Ġermanja, l-Italja u Spanja). F’erbgħa minn dawn l-Istati Membri (Franza, il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, Spanja), l-OP mexxew negozjati kollettivi li jkopru bejn 4 % u 33 % tat-total ta’ kunsinni. Żewġ Stati Membri (Franza u l-Italja) applikaw regoli biex jirregolaw il-provvista ta’ ċerti ġobnijiet DPO/IĠP.

Il-Kummissjoni tqis li huwa kmieni wisq biex wieħed jara effetti sinifikanti tal-Pakkett dwar il-Ħalib fuq is-settur tal-ħalib, speċjalment f’reġjuni żvantaġġati. L-arranġamenti meħtieġa biex jiġu applikati effettivament il-possibbiltajiet tal-Pakkett dwar il-Ħalib, bħall-ħolqien ta’ OP u l-organizzazzjoni ta’ negozjati kollettivi, jirrikjedu ż-żmien kif ukoll dinamika qawwija mill-bdiewa nfushom.

Bħala miżura ulterjuri għas-suq post-quota, il-Kummissjoni dan l-aħħar nediet l-Osservatorju tas-Suq Ewropew tal-Ħalib (MMO), bl-għan li jżid it-trasparenza u jgħin lill-operaturi ekonomiċi jkollhom għarfien aħjar tas-suq fit-teħid tad-deċiżjonijiet kummerċjali. L-MMO se jgħin lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-iżviluppi tas-suq, biex tiżviluppa "dispożizzjonijiet dwar xibka ta’ sikurezza" b’mod proattiv u biex tirreaġixxi għal ċirkostanzi eċċezzjonali.

Minkejja l-prospetti ġeneralment pożittivi għas-swieq dinjija tal-ħalib, b’opportunitajiet sinifikanti ta’ tkabbir fis-snin li ġejjin, ir-rapport jirrifletti fuq id-dubji li ġew espressi dwar il-kapaċità tal-qafas regolatorju tal-UE li jindirizza l-volatilità estrema tas-suq jew is-sitwazzjoni ta’ kriżi wara tmiem is-sistema tal-kwoti, speċjalment bl-għan li jiġi żgurat l-iżvilupp ibbilanċjat tal-produzzjoni tal-ħalib madwar l-Unjoni Ewropea u li tiġi evitata l-konċentrazzjoni estrema fl-aktar żoni produttivi. Ir-Rapport jikkonferma li l-Kummissjoni se ssegwi d-dibattitu biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet u se tesplora l-ħtieġa u l-ambitu ta' għodod addizzjonali.

Għal iżjed informazzjoni:

Il-Websajt tal-"Pakkett dwar il-Ħalib:

http://ec.europa.eu/agriculture/milk/milk-package/index_en.htm

Kuntatti:

Roger Waite (+32 2 296 14 04)

Fanny Dabertrand (+32 2 299 06 25)

Għall-pubbliku: Europe Direct permezz tat-telefown 0080067891011 jew b' e­mail


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website