Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2014

L-abbozz ta' baġit għall-2015 tal-UE biex jgħin it-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa minkejja l-limitazzjonijiet finanzjarji

"L-amalgamazzjoni tal-wirt tal-passat mal-għajnuna lill-Ewropa biex din tirkupra mill-kriżi, u dan b’anqas riżorsi.” Dan huwa l-mod kif il-Kummissarju tal-UE għall-Baġit, Janusz Lewandowski jiddeskrivi l-abbozz tal-baġit tal-UE għall-2015 kif adottat mill-Kummissjoni llum (impenji: EUR 145.6 biljun; pagamenti: EUR 142.1 biljun). Il-parti l-kbira tal-impenji huwa fuq proġetti futuri li jagħtu aktar saħħa ekonomika lill-Ewropa filwaqt li madwar 40 % tal-pagamenti għadhom ikopru proġetti ffinanzjati mill-UE fil-perjodu finanzjarju 2007-2013. Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li tagħmel tnaqqis ieħor ta’ 1 % fil-membri tal-persunal tagħha, it-tielet tnaqqis bħal dan fi tliet snin.

“Il-baġit tal-UE huwa 28 pajjiż li jiġbru r-riżorsi tagħhom flimkien għall-akbar benefiċċju ta’ aktar minn 500 miljun Ewropew," kompla jgħid Janusz Lewandowski. Huwa jgħin biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi fil-livell nazzjonali u b'hekk kull wieħed mill-Istati Membri tagħna jkun aktar b’saħħtu hekk kif l-isforzi magħquda jiksbu riżultati aħjar milli kieku tittieħed azzjoni frammentata. L-abbozz tal-baġit tal-2015 jammonta għal 1 % tal-ING amalgamat tal-Istati Membri kollha u jirnexxilu jqis kwistjonijiet ewlenin preżenti u futuri, bħall-kriżi tal-Ukraina jew il-ħtieġa li tissaħħaħ iis-sigurtà tal-enerġija tal-UE billi jiġu ffokati b'mod differenti r-riżorsi limitat tagħha.”

Iż-żieda proposta ta’ 2.1 % f’impenji u ta’ 1.4 % f’pagamenti hija prattikament assorbita bir-rata ta’ inflazzjoni stmata għall-2015.

L-Approprjazzjonijiet ta' impenn jiffukaw fuq il-programmi l-ġodda (2014-2020 QFP) u kważi 60 % tal-ammont propost huwa ddedikat għal programmi li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa, iż-żgħażagħ u n-negozju.

Il-parti l-kbira tal-approprjazzjonijiet ta' pagament tmur għal oqsma li jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa u lill-impjiegi (+29.5 % meta mqabbel mal-2014) bħalma huma r-riċerka (Orizzont 2020), in-netwerks trans-Ewropej għall-enerġija, it-trasport u l-ICT (il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) jew l-Inizjattiva favur l-Impjieg għaż-Żgħażagħ.

Oqsma oħra fejn hemm żieda fil-pagamenti huma l-fond għall-ażil, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni (+140 %), il-protezzjoni tas-saħħa tal-Ewropej u tal-konsumaturi (+20 %).

Il-kost tal-funzjonament tal-UE għadu stabbli, fil-livell ta' madwar 4.8 % tal-baġit totali. Din iż-żieda (+ +1.6 %) hija madwar ir-rata mistennija tal-inflazzjoni, u għaldaqstant f’termini reali mhix żieda. L-abbozz tal-baġit jinkludi wkoll it-tielet tnaqqis tal-persunal ta’ 1 % fi tliet snin. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni naqqset it-talbiet ta' nefqa u ta' persunal li jiġu minn istituzzjonijiet oħrajn tal-UE biex dawn jiġu allinjati aħjar mal-mira ta’ tnaqqis tal-persunal ta' 5 % fuq ħames snin u applikat trażżin fejn jidħlu kosti amministrattivi oħrajn.

Xi jmiss?

Wara l-adozzjoni tal-lum mill-Kummissjoni tal-abbozz ta’ baġit tal-2015, il-Kunsill (l-Istati Membri) jadottaw pożizzjoni dwaru, segwit mill-Parlament Ewropew. Wara dan ikun hemm perjodu ta’ konċiljazzjoni ta’ 21 jum sabiex jinstab ftehim ta’ kompromess bejn il-Kunsill u l-Parlament.

(Tabelli u grafiċi fil-paġni li jmiss)

Sehem tal-infiq

Impenji EUR 145.6 biljun

Pagamenti EUR 142.1 biljun

ABBOZZ TAL-BAĠIT 2015

f’miljuni ta’ EUR, ċifri mqarrba (Δ 2014 f'%)

Impenji

Pagamenti

1. Tkabbir intelliġenti u inklussiv

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

66,674.0 (+4.2)

17,447.2 (+5.8)

49,226.8 (+3.6)

67,184.5 (+1.2)

15,582.6 (+29.5)

51,601.9 (-5.0)

2. Tkabbir sostenibbli: ir-riżorsi naturali

Nefqa relatata mas-suq u għajnuniet diretti

Żvilupp rurali, ambjent u sajd

59,253.7 (+0.0)

43,903.8 (+0.3)

15,349.9 (-0.9)

56,907.3 (+0.6)

43,897.0 (+0.3)

13,010,3 (+0.2)

3. Sigurtà u Ċittadinanza

2,130.7 (-1.9)

1,879.4 (+12.2)

4. Ewropa Globali

8,413.1 (+1.1)

7,327.0 (+7.1)

5. Amministrazzjoni

Li minnhom il-Kummissjoni

Li minnhom istituzzjonijiet oħra

8,612.2 (+2.5)

3,297.2 (+1.1)

3,595.9 (+2.1)

8,602.2 (+2.5)

3,297.2 (+1.1)

3,587.7 (+2.1)

Strumenti speċjali (barra mill-QFP)

515.4 (+13.0)

225.0 (-35.7)

Total tal-approprjazzjonijiet

145,599.3 (+2.1)

142,125.3 (+1.4)

% tal-ING tal-UE-28

1.04

1.02

Strumenti speċjali jinkludu r-“Riżerva ta' Għajnuna f’ Emerġenza (EAR)”, il-“Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)” u l-“Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF)”. L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu magħhom huma kkunsidrati barra mill-QFP għall-iskop tal-kalkolu tal-marġini taħt il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta' pagament. L-istess japplika fil-każ tal-approprjazzjonijiet relatati mal-istrument ta’ flessibilità.

Aktar tagħrif

Il-websajt tal-BAĠIT TAL-UE: http://ec.europa.eu/budget/index_en.cfm

Kuntatti:

Patrizio Fiorilli (+32 2 295 81 32, +32 498 95 81 32, Twitter:@ECspokesbudget)

Olga Leszczynska-Vargin (+32 2 296 55 20)


Side Bar