Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-28 ta’ Mejju 2014

Emendi fil-Baġit biex ikopri r-riċerka, l-edukazzjoni, l-appoġġ lin-negozji u l-Politika ta’ Koeżjoni

Il-Kummissjoni qed tipproponi żieda fil-livell ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet tal-2014 minn EUR 4,738 biljun biex tkopri obbligi legali fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-appoġġ għal intrapriżi żgħar u medji. It-talbiet ogħla ta' rimborż mill-Istati Membri fil-politika ta’ koeżjoni għandhom jiġu indirizzati flimkien mas-sitwazzjoni diffiċli fl-Ukraina. Il-Kummissjoni qed tipproponi li tuża marġini mhux allokati taħt il-limitu massimu għall-pagamenti u rikors għal strument speċjali, il-Marġni ta’ Kontinġenza1. Madankollu, l-ispiża netta tal-Istati Membri se tkun ħafna iżgħar, EUR 2.165 biljun, peress li l-Kummissjoni se ddaħħal aktar minn EUR 1.5 biljun fi dħul addizzjonali, l-aktar minn multi tal-kompetizzjoni kif ukoll aktar minn EUR 1 biljun li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-baġit tal-2013.

L-abbozz ta' baġit emendatorju 3 jindirizza l-ħtieġa għal pagamenti addizzjonali għal programmi tal-UE li ġew imsaħħa biex jappoġġaw l-irkupru ekonomiku tal-Ewropa, it-tkabbir u l-impjiegi: Orizzont 2020(riċerka), l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ Erasmus+ (edukazzjoni), COSME (appoġġ lin-negozji). Barra minn hekk, ġew konklużi diversi atti leġiżlattivi wara l-addozzjoni tal-baġit tal-2014 u jeħtieġu aktar approprjazzjonijiet ta’ pagamenti. Fl-aħħar nett, xi programmi oħra jeħtieġu żieda biex ikopru l-ħtiġijiet tas-sena li tkun għaddiet.

Il-proposta tal-lum tkopri wkoll il-Politika ta’ koeżjoni minħabba li madwar EUR 3.4 biljun huma meħtieġa biex jissodisfaw it-talbiet ta’ rimborż akbar mis-soltu mill-Istati Membri, kif ukoll il-Pakkett ta’ appoġġ għall-Ukraina(EUR 250 miljun biex ikopri l-ħlas tal-ewwel pagament f’Ġunju 2014.

l-abbozz ta' baġit emendatorju 3 fid-dettall (f’miljuni ta’ EUR)

Approprjazzjonijiet ta' pagamenti
skont l-Intestatura tal-QFP

Baġit finali tal-2013

Baġit ivvutat tal-2014

ABE 3

Iż-żieda proposta meta mqabbla mal-baġit tal-2014

L-użu ta’ Marġini mhux Allokat fl-2014

L-użu ta’ Marġini ta’ Kontinġenza

Ammont Totali

1a

Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

12 778

11 441

305

282

587

5.1 %

1b

Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali

56 350

50 951

3 395

3 395

6.7 %

2

Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

57 814

56 459

6

100

106

0.2 %

3

Sigurtà u Ċittadinanza

1 894

1 677

4

Ewropa Globali

6 967

6 191

401

250

651

10.5 %

5

Amministrazzjoni

8 418

8 406

6

Kumpens

75

29

Ammont Totali

144 295

135 155

711

4 027

4 738

3.5 %

Li minnhom l-intestaturi 1a, 2, u 4

77 559

74 091

711

632

1 343

1.8 %

NOTA:

Din hija t-tielet proposta biex temenda l-baġit tal-2014.

L-abbozz ta' baġit emendatorju 1 ġie adottat fi Frar 2014 u ma affettwax id-daqs ġenerali tal-baġit (tibdil mill-ġdid ta’ ammonti maqbula fil-baġit ivvotat).

L-abbozz ta' baġit emendatorju 2 ġie adottat f’Mejju 2014 u kopra l-bilanċ pożittiv mill-baġit tal-2013 (EUR 1 biljun)

AKTAR INFORMAZZJONI

Il-websajt tal-BAĠIT TAL-UE: http://ec.europa.eu/budget/index_en.cfm

Kuntatti:

Patrizio Fiorilli (+32 2 295 81 32) –@ECspokesbudget

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown00 800 6 7 8 9 10 11 jew bil-posta elettronika

1 :

Marġini ta' Kontinġenza: Mekkaniżmu ġdid miftiehem għall-perjodu 2014-2020 li jippermetti lill-Kummissjoni titlob għal finanzjament addizzjonali f’każ ta’ ċirkustanzi mhux previsti. Jista' jiżdied 0.03 % tal-ING tal-UE-28 (EUR 4,027 miljun fl-2014) ma’ baġit annwali. Il-limiti massimi ta’ ħlas futuri għandhom jitnaqqsu bl-istess ammont biex jiġi żgurat li l-limitu massimu globali għall-perjodu kollu jibqa’ l-istess.


Side Bar