Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-Istampa

Brussell, it-28 ta' Mejju 2014

It-Tabella ta' Valutazzjoni Diġitali 2014 tal-UE: inti kif mort?

Id-dejta ġdida turi li l-Kummissjoni tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq 95 mill-101 miri diġitali sal-2015, u dan juri progress tajjeb.Iċ-ċittadini u n-negozji tal-UE qegħdin jużaw aktar l-Internet, qegħdin jixtru aktar u għandhom ħiliet u fiduċja akbar fl-ICT. Madankollu, ħafna drabi dawn ma jkollhomx broadband b'veloċità għolja speċjalment f'żoni rurali - sabiex jissodisfaw dan il-bżonn għas-servizzi diġitali; u d-distakk imminenti fil-ħiliet diġitali għadu problema kbira (ara MEMO/14/383).

Fi kliem il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, @NeelieKroesEU: “Illum il-ġurnata l-biċċa l-kbira tal-Ewropej jgħixu ħajja diġitali u għandhom għatx għal aktar servizzi diġitali. Aħna solvejna l-problema tal-aċċess għall-Internet. Iżda d-distakk fil-ħiliet diġitali għadu qed jippersisti. Jekk kollha kemm aħna ma nagħmlux aktar, se jkollna nħabbtu wiċċna ma' sottoklassi diġitalment illitterata fl-Ewropa."

Iċċekkja r-riżultati ta' pajjiżek hawnhekk!

Watch video here!

L-aħbar it-tajba:

  1. L-użu regolari tal-Internet: l-għadd ta' persuni li jużaw l-Internet mill-inqas darba fil-ġimgħa żdied minn 60 % għal 72 % mill-2010. Il-pajjiżi bl-akbar titjib: Il-Greċja, ir-Rumanija, l-Irlanda, ir-Repubblika Ċeka u l-Kroazja.

    Il-pajjiżi bl-aħjar prestazzjoni (b'aktar minn 90 % jużaw l-Internet) huma d-Danimarka, l-Isvezja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Lussemburgu; 87 % tal-adulti fl-Istati Uniti jużaw l-Internet.

  2. Progress kbir fost il-gruppi żvantaġġati: l-użu minn persuni qiegħda, dawk b’livell baxx ta’ edukazzjoni u persuni anzjani, żdied għal 57 % minn 41 % erba’ snin ilu. Jekk jissoktaw ix-xejriet attwali, il-mira ta’ 60 % se tintlaħaq qabel l-2015.

  3. Dawk li ma jużawx l-Internet naqsu b'terz: 20 % tal-persuni fl-UE qatt ma użaw l-Internet (li naqsu b'terz meta mqabbla ma' erba' snin ilu). Jekk ix-xejriet attwali jippersistu, il-mira tad-DAE biex din iċ-ċifra tonqos għal 15 % sal-2015, se tintlaħaq.

  4. Ħafna aktar persuni qegħdin jixtru onlajn: 47 % taċ-ċittadini tal-UE issa qegħdin jixtru onlajn, b'żieda ta’ 10 punti, li jfisser li l-mira ta’ 50 % sal-2015 x’aktarx li se tintlaħaq.

  5. Aċċess żgurat: 100 % taċ-ċittadini Ewropej issa għandhom aċċess għall-broadband, u dan normalment jinkludi diversi għażliet (fibra, kejbil, ADSL jew aċċess mobbli 3G/4G), iżda l-Ewropej kollha issa għandhom, tal-inqas, aċċess affordabbli għal broadband bis-satellita.

  6. Teknoloġiji tal-broadband rapidu: Id-disponibbiltà tal-broadband mobbli 4G żdied drastikament minn 59 %,’il fuq minn 26 % sena ilu. L-Internet b'linja fissa ta' mill-inqas 30 Mbps huwa disponibbli għal 62 % tal-popolazzjoni tal-UE, li tfisser żieda minn 54 % sena ilu u 29 % fl-2010. Il-broadband rapidu huwa diġà disponibbli għal 90 % tad-djar jew aktar fil-Belġju, id-Danimarka, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit.

L-isfidi li għad fadal:

  1. In-negozji żgħar qegħdin jitilfu l-opportunitajiet: 14 % biss tan-negozji b'anqas minn 250 impjegat qegħdin ibiegħu onlajn. Madwar l-UE, lanqas pajjiż wieħed ma joqrob lejn il-ksib tal-mira medja tal-UE ta’ 33 % sal-2015.

  2. Iż-żoni rurali tal-Ewropa jinsabu f’riskju: 18 % biss tad-djar rurali għandhom aċċess għal broadband b'veloċità għolja.

  3. Fl-2013 is-servizzi tal-Gvern elettroniku staġnaw. Dawn intużaw biss minn 42 % tal-popolazzjoni tal-UE. Jekk tissokta din ir-rata, l-Istati Membri mhux se jirnexxielhom jiksbu l-mira ta' 50 % sal-2015.

Il-medja tal-UE

Broadband

2014

Mira

Kopertura tal-broadband bażika għal kulħadd

100 %

100 % (2013)

Suq uniku diġitali

Popolazzjoni li tixtri onlajn

47 %

50 % (2015)

Kummerċ elettroniku transfruntier

12 %

20 % (2015)

SMEs li jbigħu onlajn

14 %

33 % (2015)

Inklużjoni diġitali

Użu regolari tal-Internet.

72 %

75 % (2015)

Użu regolari tal-internet minn persuni żvantaġġati

57 %

60 % (2015)

Popolazzjoni li qatt ma użat l-Internet

20 %

15 % (2015)

Servizzi pubbliċi

Ċittadini li jinteraġixxu onlajn mal-awtoritajiet pubbliċi

42 %

50 % (2015)

Ċittadini li jirritornaw b'mod elettroniku l-formoli mimlija lill-awtoritajiet pubbliċi mill-2015

21 %

25 % (2015)

Illum il-Kummissjoni ppubblikat ukoll il-11-il edizzjoni tal-Valutazzjoni Komparattiva tal-Gvern Elettroniku. Ir-rapport juri li ċ-ċittadini għadhom sostanzjalment aktar sodisfatti bis-servizzi privati onlajn (bħas-servizzi bankarji elettroniċi) milli bis-servizzi pubbliċi onlajn (bħall-informazzjoni dwar l-impjiegi). Hemm aktar servizzi tal-Gvern elettroniku onlajn, iżda mhumiex dejjem faċli biex jintużaw, u mhumiex rapidi jew trasparenti. Dawn l-ostakli jżommu lin-nies milli jużaw aktar is-servizzi tal-Gvern elettroniku.

Sfond

Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li toħloqambjent regolatorju u kummerċjali lijrawwemil-kompetizzjoni ul-investiment fis-swieq tat-teknoloġija diġitali tal-Ewropa.

Fl-2013 il-Kummissjoni pproponiet miżuri konkreti biex toħloq Suq Uniku tat-Telekomunikazzjoni, sabiex tindirizza ħafna mill-problemi li ġew ikkonfermati fid-dejta tal-lum.

It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali tal-2014 tanalizzal-progress fil-livelltal-UE u f'dak nazzjonali fil-ksib ta' din il-mira, kif imaqbbel mat-13-il indikatur ta’ prestazzjoni ewlieni. Ir-rapport jissejjes fuq id-dejta tal-2013.

S'issa l-Kummissjoni wettqet 72 mill-101 azzjonijiet fi ħdan l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. 23 azzjoni oħra huma previsti li jitwettqu sal-iskadenza tagħhom. Sitta ġew ittardjati jew jinsabu f'riksju li jiġu ttardjati.

Ħoloq utli

It-Tabella tal-Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali

Il-profili tal-pajjiżi fit-tabella tal-valutazzjoni: ara l-broadband, l-użu tal-Internet, il-Gvern elettroniku, kif ukoll ix-xejriet regolatorji u ta' riċerka fil-qasam tat-telekomunikazzjoni għal kull pajjiż tal-UE

MEMO/14/383 It-teknoloġija diġitali toħloq jew teqred l-impjiegi? L-Ewropej għandhom il-ħiliet diġitali meħtieġa biex isibu impjieg jew iżommu impjieg?

Scoreboard infographic

Aġenda Diġitali

Neelie Kroes

Segwi lil Neelie fuq Twitter

Hashtags: #DAEscoreboard #connectedcontinent

Kuntatti

Email: comm-kroes@ec.europa.eu Tel: +32.229.57361 Twitter: @RyanHeathEU


Side Bar