Navigation path

Left navigation

Additional tools

It-tbassir tar-Rebbiegħa 2014: Tkabbir ekonomiku li qed jibbaża fuq firxa iktar wiesa'

European Commission - IP/14/513   05/05/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-5 ta’ Mejju 2014

It-tbassir tar-Rebbiegħa 2014: Tkabbir ekonomiku li qed jibbaża fuq firxa iktar wiesa'

It-tbassir tar-Rebbiegħa tal-Kummissjoni Ewropea juri li hemm irkupru ekonomiku kontinwu fl-Unjoni Ewropea, minn mindu ħarġet mir-riċessjoni sena ilu. It-tkabbir reali tal-PDG huwa mistenni li jilħaq 1,6 % fl-UE u 1,2 % fiż-żona tal-euro fl-2014, u b'titjib ulterjuri fl-2015 għal 2,0 % u 1,7% rispettivament. It-tbassir hu bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-miżuri politiċi miftiehma se jiġu implimentati mill-Istati Membri u l-UE, filwaqt li jsir l-aġġustament meħtieġ.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Siim Kallas, qal: "L-irkupru issa qabad it-triq it-tajba. L-iżbilanċi naqsu, l-investiment qed jerġa' jirkupra u, iktar importanti minn hekk, is-sitwazzjoni tal-impjiegi bdiet titjieb. Sforzi kontinwi ta' riforma mill-Istati Membri u l-UE nnifisha qed jagħtu riżultati pożittivi. Din il-bidla strutturali li għaddejja tfakkarni fl-aġġustament profond li l-ekonomiji Ewropej ċentrali u tal-lvant għamlu fis-snin 90 u fis-snin sussegwenti, marbuta mal-adeżjoni tagħhom fl-UE eżattament 10 snin ilu. L-esperjenza tagħhom turi kemm hu importanti t-tħaddin ta' riformi strutturali f'fażi bikrija kif ukoll il-perseveranza, ikunu xi jkunu l-isfidi li jistgħu jiġu ffaċċjati matul il-proċess. F’dan l-ispirtu, m’għandhomx jonqsu l-isforzi tagħna biex noħolqu aktar impjiegi għall-Ewropej u għat-tisħiħ tal-potenzjal ta’ tkabbir.”

Titjib gradwali fit-tkabbir ekonomiku

B’mod ġenerali, id-domanda domestika hija mistennija li ssir il-mutur prinċipali tat-tkabbir matul l-orizzont imbassar. L-infiq tal-konsumatur għandu b’mod progressiv iżid għat-tkabbir bħala dħul reali li jibbenefika minn inflazzjoni iktar baxxa u minn suq tax-xogħol li qed jistabbilizza. L-irkupru fl-investiment għandu jkompli jappoġġa t-tkabbir, b'kisbiet kemm fl-investiment tat-tagħmir kif ukoll tal-kostruzzjoni. Il-kontribut tal-esportazzjonijiet netti huwa mistenni li jonqos fil-perjodu tat-tbassir.

In-natura gradwali ta’ dan l-irkupru hija skont irkupri preċedenti wara kriżijiet finanzjarji profondi. Minkejja li l-kundizzjonijiet finanzjarji huma favorevoli bħala medja, xorta waħda jippersistu differenzi sostanzjali mal-Istati Membri u f'impriżi ta' daqs differenti.

Bdew jitjiebu l-kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol matul l-2013 u għadu qed iseħħ aktar ħolqien ta’ impjiegi kif ukoll aktar tnaqqis fir-rati tal-qgħad (għal 10,1% fl-UE u 11,4% fiż-żona tal-euro fl-2015).

L-inflazzjoni mistennija tibqa’ baxxa, kemm fl-UE (1,0% fl-2014, 1,5y% fl-2015) u fiż-żona tal-euro (0,8% u 1,2%).

Defiċits fil-kontijiet kurrenti fi Stati Membri vulnerabbli tnaqqsu fl-aħħar snin wara gwadanji kontinwi fil-kompetittività tal-prezz. F’għadd ta’ dawn l-ekonomiji bilanċi pożittivi huma mistennija fl-2014 u l-2015.

It-tnaqqis fid-defiċits ġenerali tal-gvern huwa mistenni li jissokta. Fl-2014, huwa previst tnaqqis ta' madwar 2½% tal-PDG kemm fl-UE u wkoll fiż-żona tal-euro. Il-proporzjon tad-dejn mal-PDG se jilħaq l-ogħla punt meta jasal għal kważi 90 % fl-UE u 96 % fiż-żona tal-euro, qabel ma jonqos is-sena d-dieħla.

L-akbar riskju ta’ ċaqliq ‘l isfel għall-perspettiva tat-tkabbir jibqa’ telf mill-ġdid fil-fiduċja minn waqfien ta’ riformi. Żdiedet ukoll, l-inċertezza dwar l-ambjent estern. Min-naħa l-oħra, aktar riformi strutturali kuraġġużi jistgħu jwasslu għall-irkupru iktar b'saħħtu milli mistenni.

Filwaqt li żviluppi fil-prezzijiet attwali jirriflettu kemm fatturi esterni u l-proċess tal-aġġustament li għadu għaddej, perjodu mtawwal wisq ta' inflazzjoni baxxa fih ir-riskji tiegħu. Madankollu, it-tisħiħ gradwali tal-ikupru ekonomiku bbażat fuq firxa iktar wiesa' għandu jnaqqas dawn ir-riskji.

http://ec.europa.eu/economy_finance/eu/forecasts/2014_spring_forecast_en.htm

Kuntatti :

Simon O'Connor (+32 2 296 73 59)

Vandna Kalia (+32 2 299 58 24)

Audrey Augier (+32 2 297 16 07)

Għall-pubbliku: Europe Direct permezz tan-numru tat-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew posta elettronika


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website