Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-abbuż tas-suq: L-UE tippromulga s-sanzjonijiet kriminali biex tiddefendi l-integrità tas-suq

European Commission - IP/14/424   14/04/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussel, l-14 ta’ April 2014

L-abbuż tas-suq: L-UE tippromulga s-sanzjonijiet kriminali biex tiddefendi l-integrità tas-suq

Illum, il-Kummissjoni Ewropea tilqa’ l-adozzjoni formali mill-Kunsill tal-proposta tagħha għal Regolament dwar l-abbuż tas-suq (IP/11/1217) u l-proposta tagħha għal Direttiva dwar sanzjonijiet kriminali għall-abbuż tas-suq (IP/11/1218). Dan jirriżulta mill-voti tal-plenarji tal-Parlament Ewropew li appoġġjaw ir-Regolament fl-10 ta’ Settembru 2013 (MEMO/13/774) u d-Direttiva tal-4 ta’ Frar 2014 (MEMO/14/77).

Il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE, u l-Kummissarju għas-Suq Intern u s-Servizzi Michel Barnier, qalu: “L-adozzjoni tal-lum tibgħat twissija bsaħħitha ta’ tolleranza żero għal dawk involuti f’abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Din turi l-impenn tal-Ewropa biex tipproteġi l-integrità tas-swieq finanzjarji tagħha u tbiex tiskoraġġixxi lilll-kriminali li jridu jagħmlu l-flus bl-immanipular deliberat tal-informazzjoni. L-awtoritajiet amministrattivi issa se jkollhom setgħat akbar biex jinvestigaw abbuż tas-suq u biex jimponu multi li jistgħu jkunu ta' miljuni ta’ euro, filwaqt li l-prospett li wieħed jaffaċċja l-ħabs madwar l-Unjoni se jkun ta' deterrent għal dawk li jinstabu ħatja. Issa jeħtieġ li ngħaddu mill-liġijiet għall-azzjoni: L-Istati Membri jimplimentaw malajr dawn ir-regoli l-ġodda biex il-kriminali ma jkollhomx post fejn ifittxu kenn fl-Ewropa."

Il-passi li jmiss: Wara l-iffirmar tar-Regolament u d-Direttiva mill-Presidenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali, mistennija f’Ġunju, se jkun hemm perjodu ta' 24 xahar żmien għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-Regolament u għall-Istati Membri biex jimplimentaw id-Direttiva fil-liġi nazzjonali.

L-adozzjoni tar-Regolament tfisser li:

Ir-regoli eżistenti dwar l-abbuż tas-suq se jitwessgħu biex jinkludu l-abbuż fuqpjattaforma ta’ negozjar elettroniċi li pproliferaw f’dawn l-aħħar snin;

l-istrateġiji abbużivi ppromulgati permezz tan-negozjar ta’ frekwenza għolja se jkunu pprojbiti b’mod ċar;

dawk li jimmanipulaw il-punti ta’ riferiment bħal LIBOR se jkunu ħatja ta’ abbuż tas-suq u jiffaċċjaw multi ebsin;

l-abbuż tas-suq li jseħħ fis-swieq tal-komoditajiet kif ukoll fis-swieq tad-derivati relatati, se jkun ipprojbit, u se tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn ir-regolaturi finanzjarji u r-regolaturi tal-komoditajiet;

l-effett dissważiv tal-leġiżlazzjoni se jkunu ferm akbar milli huwa llum il-ġurnata, bil-possibbiltà ta’ multi ta’ mill-inqas tliet darbiet il-profitt magħmul minn abbuż mis-suq, jew mill-inqas 15 % tal-fatturat għall-kumpaniji. l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jmorru lil hinn minn dan il-minimu.

L-adozzjoni tad-direttiva tfisser li:

Se jkun hemm definizzjonijiet komuni tal-UE ta’ reati ta’ abbuż tas-suq bħall-abbuż minn informazzjoni privileġġata, żvelar illegali ta’ informazzjoni u manipulazzjoni tas-suq;

se jkun hemm sett komuni ta’ sanzjonijiet kriminali inklużi multi u priġunerija ta’ mill-anqas erba’ snin għal abbuż minn informazzjoni privileġġata/manipulazzjoni tas-suq u sentejn għal żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata;

persuni ġuridiċi (kumpaniji) se jinżammu responsabbli għal abbużi fis-suq;

Jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni għal dawn ir-reati jekk iseħħu f’pajjiżhom jew jekk min iwettaq ir-reat ikollu n-nazzjonalità ta' pajjiżhom;

Jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji u dawk tal-infurzar tal-liġi li jittrattaw dawn il-każijiet kumplessi ħafna jkunu mħarrġa sew.

Aktar tagħrif

Ir-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq – Mistoqsijiet Frekwenti: MEMO/14/78; MEMO/13/774

Il-Kummissjoni Ewropea - Abbuż mis-Suq http://ec.europa.eu/internal_market/securities/abuse/index_en.htm

Il-politika tal-liġi kriminali – tal-Kummissjoni Ewropea:http://ec.europa.eu/justice/criminal/criminal-law-policy

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:http://ec.europa.eu/reding

Il-paġna ewlenija tal-Kummissarju Michel Barnier, il-Kummissarju għas-Suq Intern u s-Servizzi tal-UE http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/barnier/index_en.htm

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Segwi EU Justice fuq Twitter @EU_Justice

Segwi lill-Kummissarju Barnier fuq Twitter: @MBarnierEU

Segwi s-Suq Intern tal-UE fuq Twitter: @EU_Markt

Kuntatti :

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Joshua Salsby (+32 2 297 24 59)

Chantal Hughes (+32 2 296 44 50)

Audrey Augier (+32 2 297 16 07)

Carmel Dunne (+32 2 299 88 94)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown00 800 6 7 8 9 10 11 jew bil-posta elettronika


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website