Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrijiet għall-istampa

Brussell, l-10 ta’ April 2014

Il-Kummissjoni tippubblika l-ewwel Tabella ta' Valutazzjoni tat-Trasport tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea llum ippubblikat għall-ewwel darba tabella ta' valutazzjoni dwar it-trasport fl-UE. Din tqabbel il-prestazzjoni tal-Istati Membri fi 22 kategorija relatati mat-trasport u titfa' l-attenzjoni, għall-biċċa l-kbira ta' dawn il-kategoriji, fuq dawk li ġew fl-ewwel ħames postijiet u dawk li ġew fl-aħħar ħames postijiet. Il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Ġermanja ġew minn ta' quddiem b'punti għoljin fi 11-il kategorija. L-Isvezja, ir-Renju Unit u d-Danimarka ġew warajhom.

L-għan ta' din l-ewwel Tabella ta' Valutazzjoni tat-Trasport tal-UE huwa li tagħti stampa tad-diversità tal-prestazzjoni tal-Istati Membri fi kwistjonijiet tat-trasport madwar l-Ewropa u biex tgħin lill-Istati Membri meta jiġu biex jidentifikaw nuqqasijiet u jiddefinixxu l-prijoritajiet għall-investiment u l-politika. Din tiġbor dejta minn għadd ta' sorsi (bħall-Eurostat, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Bank Dinji u l-OECD). L-intenzjoni tal-Kummissjoni hija li fis-snin li ġejjin tirfina l-indikaturi, fi djalogu mal-Istati Membri, l-industrija u partijiet interessati oħra, u li ssegwi l-progress tal-Istati Membri fuq tul ta' żmien.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni, Siim Kallas, responsabbli mill-mobilità u t-trasport, saħaq li: "It-tabella ta' valutazzjoni l-ġdida hija għodda tajba ħafna li turi b'mod viżwali fejn wasalna biex nagħmlu s-sistemi tat-trasport tagħna iktar effiċjenti, sikuri, nodfa u li jaqdu iktar lil konsumatur. Naturalment, din tista' biss tagħti stampa tal-mument. Madanakollu t-tabella tagħti lilna u lill-Istati Membri punt ta' referenza u sservi biex tispirana fix-xogħol li nwettqu flimkien.

It-tabella ta' valutazzjoni tista' tiġi kkonsultata kemm skont il-mezz ta' trasport (triq, ferrovija, fuq l-ilma, bl-ajru) jew skont waħda mill-kategoriji li ġejjin:

Suq uniku (aċċess għas-suq, regolazzjoni)

Infrastruttura

L-impatt ambjentali

Is-sikurezza

It-traspożizzjoni tal-liġi tal-UE

Il-Ksur tal-liġi tal-UE

L-innovazzjoni u r-riċerka, u

Il-loġistika.

Fil-biċċa l-kbira tat-tabelli li jirriżultaw, dawk li ġew fl-ewwel ħames postijiet huma mmarkati bl-aħdar filwaqt li dawk li ġew fl-aħħar ħames postijiet huma mmarkati bl-aħmar.

It-tabella ta' valutazzjoni hija akkumpanjata minn statistiki speċifiċi għall-pajjiżi mingħajr gradazzjoni (nefqa għat-trasport, sehem tal-mezzi differenti tat-trasport, nefqa ta' finanzjament tal-UE fil-qasam tat-trasport).

Jekk jogħġbok ara MEMO/14/277 għal iktar tagħrif dwarr kull pajjiż.

It-tabella segwenti turi kemm-il darba kull pajjiż jidher fost dawk li ġew minn ta' quddiem u dawk li ġew minn tal-aħħar. Il-marka ġenerali hija kkalkulata billi l-marki negattivi jitnaqqsu minn dawk pożittivi:

Fost l-ewwel ħamsa

Fost l-aħħar ħamsa

B'mod ġenerali

NL

11

0

11

DE

11

1

10

SE

9

1

8

UK

9

2

7

DK

5

0

5

FI

6

3

3

LU

5

2

3

MT

4

2

2

AT

3

2

1

FR

5

4

1

IE

5

5

0

SI

4

4

0

ES

4

4

0

BE

4

4

0

EE

4

5

-1

SK

4

5

-1

LV

4

5

-1

CZ

2

3

-1

HU

3

5

-2

IT

3

5

-2

HR

1

4

-3

CY

2

5

-3

PT

3

6

-3

RO

4

7

-3

LT

2

6

-4

EL

2

8

-6

BG

3

9

-6

PL

3

9

-6

Segwi lill-Viċi-President Kallas fuq Twitter

Kuntatti:

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)

Għall-pubbliku: Europe Direct permezz tat-telefon 00 800 6 7 8 9 10 11 jew permezz tal-posta elettronika


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website