Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Dikjarazzjoni

Brussell, 3 ta’ April 2014

Il-Parlament Ewropew jivvota biex jitneħħew il-miżati tar-roaming, jiżdiedu d-drittijiet tal-konsumaturi u jsir iżjed faċli biex jinħolqu telecoms aħjar.

Illum il-Parlament Ewropew ivvota biex jitneħħew il-miżati tar-roaming sal-Milied tal-2015, bħala parti minn vot usa' li jappoġġa r-Regolament propost tal-Kummissjoni għal 'Kontinent Konness' (suq ewlieni tat-telecoms)*.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Neelie Kroes, qalet:

'Dan il-vot ifisser li l-UE li qed twassal ir-riżultati għaċ-ċittadini. Din hija l-UE: – it-tneħħija tal-ostakli biex il-ħajja ssir iżjed faċli u orħos.'

'Kważi lkoll kemm aħna niddependu fuq il-konnessjonijiet tat-telefon ċellulari u l-internet bħala parti mill-ħajja ta' kuljum tagħna. Għandna nkunu nafu x'qed nixtru, ma għandniex ninsterqu, u għandu jkollna l-opportunità li jerġa' jibdilna dwar dak li xtrajna. Il-kumpaniji għandu jkollhom l-opportunità li jaqdu lilna lkoll, u dan ir-regolament jagħmilha iktar faċli biex huma jagħmlu dan. Hija soluzzjoni fejn kulħadd rebbieħ.'

'Fl-2010 jiena wegħdt li se nneħħi l-miżati tar-roaming sal-aħħar tal-2015, u issa ninsabu pass il-bogħod milli niksbu dak ir-riżultat.'

'Lil hinn mill-ostaklu evidenti ħafna tar-roaming issa ninsabu viċin li nneħħu diversi ostakli oħrajn sabiex iċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jgawdu komunikazzjonijiet miftuħin u mingħajr xkiel kull fejn ikunu.'

L-Istati Membri tal-UE issa se jkomplu jirrevedu r-regolament u l-Kummissjoni qed tistenna ftehim finali dwar ir-Regolament sal-aħħar tal-2014.

*Ir-Regolament tat-telecoms 'Kontinent Konness' kien propost mill-Kummissjoni f'Settembru 2013. Jimmira li jqarribna aktar lejn suq verament uniku għat-telecoms fl-UE, billi jneħħi l-miżati tar-roaming, jiggarantixxi internet miftuħ għal kulħadd billi jipprojbixxi l-imblukkar u t-tnaqqis tal-kontenut, jikkoordina l-liċenzjar spectrum għall-broadband mingħajr fili, fejn jagħti lill-konsumaturi tal-internet u l-broadband iktar trasparenza fil-kuntratti tagħhom, u jagħmilha iktar faċli għall-konsumaturi biex jibdlu l-fornituri tas-servizzi.

Sfond

Tweets minn @NeelieKroesEU illum inkluż:

"Today EU Parliament voted to end roaming charges by Christmas 2015 !! #roaming"

"We need a digital Europe – today we are another step closer with EU Parl vote for #ConnectedContinent"

"Find out more about the EU plan that is set to end #roaming + guarantee #NetNeutrality"

Kuntatti

Posta elettronika: comm-kroes@ec.europa.eu Tel: +32.229.57361 Twitter: @RyanHeathEU


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website