Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-UE tappoġġa l-konsumaturi fil-ħajja ta' kuljum – għal 5 ċenteżmi biss

European Commission - IP/14/351   31/03/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 31 ta’ Marzu 2014

L-UE tappoġġa l-konsumaturi fil-ħajja ta' kuljum – għal 5 ċenteżmi biss

Għal 5 ċenteżmi fis-sena għal kull ċittadin, il-Programm tal-Konsumaturi tal-Unjoni Ewropea għandu l-għan li jgħin liċ-ċittadini jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi u jipparteċipaw b’mod attiv fis-Suq Uniku. Il-baġit totali tal-programm huwa ta’ €188.8 miljuni għall-2014-2020.

Il-Programm tal-Konsumaturi għandu impatt kbir fuq il-konsumaturi minkejja l-baġit modest tiegħu. Se jagħti servizzi lill-konsumaturi fl-Istati Membri kollha bi proġetti varji bħall-koordinazzjoni ta' azzjonijiet ta' infurzar, il-kofinanzjament taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi u assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex isolvu l-ksur ta’ liġijiet tal-konsumatur. "Dan huwa element essenzjali biex jiġi żgurat li s-suq uniku jaħdem favur il-konsumaturi kullimkien madwar l-Ewropa" qal Neven Mimica, il-Kummissarju tal-UE għall-Politika tal-Konsumatur.

L-ewwel Programm tal-Konsumaturi (2007-2013) kiseb ħafna riżultati. Fost il-proġetti ffinanzjati f’dak il-perjodu kien hemm azzjonijiet ta’ koperazzjoni fl-infurzar madwar l-UE, proġetti edukattivi bħall-'Klassi tal-Konsumatur' u l-iżvilupp tal-Pjattaforma Onlajn tas-Soluzzjoni għat-Tilwim.

Il-Programm tal-Konsumaturi l-ġdid se jkompli jibni fuq dawn is-suċċessi u se jiffoka fuq erba’ oqsma ewlenin:

  • suq uniku ta’ prodotti sikuri għall-benefiċċju taċ-ċittadini u fl-interess ta’ negozji u negozjanti kompetittivi;

  • suq uniku fejn iċ-ċittadini huma rappreżentati tajjeb minn għaqdiet tal-konsumaturi effettivi li jkunu kapaċi jilqgħu l-isfidi tal-ambjent ekonomiku tal-lum;

  • aċċess iktar faċli għal mekkaniżmi ta’ rimedju f’każ ta’ problemi mingħajr il-bżonn li wieħed jirrikorri għal proċeduri fil-qrati li huma twal u għalja kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-fondi pubbliċi. Rimedju aktar faċli se jagħti aktar fiduċja lill-konsumaturi biex jipparteċipaw fis-suq u jikkontribwixxu għat-tkabbir;

  • kollaborazzjoni konkreta u effikaċi bejn l-entitajiet nazzjonali biex jappoġġjaw l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur u jagħtu pariri lill-konsumaturi.

Entitajiet tal-gvern, entitajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet tal-konsumaturi fuq livell nazzjonali u tal-UE wkoll jistgħu japplikaw għall-appoġġ permezz ta’ dawn il-fondi.

Għal aktar informazzjoni:

http://ec.europa.eu/consumers/strategy-programme/financial-programme/index_en.htm

Ħolqa għall- MEMO/14/250

Segwina fuq Twitter @EU_Consumer

Kuntatti:

David Hudson (+32 2 296 83 35)

Madalina Chiriac (+32 2 297 44 13)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website