Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-31 ta’ Marzu 2014

Is-sikurezza fit-toroq: Ir-riżultati tajba għat-tieni sena konsekuttiva jqiegħdu lill-Ewropa fit-triq lejn il-mira

L-2013 hija t-tieni sena konsekuttiva li rat tnaqqis impressjonanti fl-għadd ta’ nies li mietu fit-toroq Ewropej. Skont ċifri preliminari, l-għadd ta' mwiet fit-toroq naqas bi 8% meta mqabbel mal-2012, wara t-tnaqqis ta’ 9% bejn l-2011 u l-2012. Dan ifisser li l-UE issa qiegħda f’pożizzjoni tajba biex tilħaq il-mira strateġika li tnaqqas l-imwiet fit-toroq bin-nofs bejn l-2010 u l-2020. Is-sikurezza fit-toroq hija waħda mill-akbar stejjer ta’ suċċess għall-Ewropa. It-tnaqqis ta’ 17% mill-2010 lil hawn ifisser li ġew salvati madwar 9000 ħajja.

Il-Viċi President u l-Kummissarju tal-UE responsabbli mill-mobilità u t-trasport, Siim Kallas, qal: "Is-sikurezza tat-trasport hija trejdmark tal-Ewropa. Din hija r-raġuni għala huwa daqstant importanti li r-riżultati tal-2012 ma kinux ta' darba. Jien kburi li l-UE reġgħet qabdet it-triq it-tajba biex tilħaq il-mira għall-2020 tas-sikurezza fit-toroq. Madankollu, għad hemm 70 persuna li kuljum jitilfu ħajjithom fit-toroq Ewropej, u għalhekk ma nistgħux inkunu sodisfatti. Irridu nissoktaw bl-isforzi konġunti tagħna fil-livelli kollha biex intejbu aktar is-sikurezza fit-toroq Ewropej.”

L-istatistika tal-pajjiżi (ara t-tabella ta' hawn taħt) turi li l-għadd ta’ mwiet madwar l-UE għadu jvarja ħafna. Bħala medja, kien hemm 52 mewta minn aċċidenti tat-traffiku għal kull miljun abitant fl-UE. Ir-Renju Unit, l-Iżvezja, il-Pajjiżi l-Baxxi u d-Danimarka għadhom il-pajjiżi bl-inqas ammont ta’ mwiet fit-toroq - madwar 30 mewta għal kull miljun abitant. B’mod partikolari Spanja, il-Ġermanja u s-Slovakkja tejbu l-pożizzjonijiet tagħhom fuq il-lista, u laħqu lill-pajjiżi li tradizzjonalment ikollhom l-aħjar prestazzjoni.

Ftit snin ilu biss, fl-2011, il-progress fit-tnaqqis tal-imwiet fit-toroq naqas għall-persentaġġ diżappuntanti ta' 2%. Madankollu, it-tnaqqis ta’ 9% fl-2012 u ta’ 8% fl-2013 ifisser li l-Istati Membri jinsabu lura fit-triq it-tajba lejn il-mira strateġika.

Dawk l-Istati Membri li għamlu progress iżda li ċ-ċifri tal-imwiet fit-toroq tagħhom għadhom ħafna ogħla mill-medja tal-UE (il-Polonja, il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Greċja) huma mħeġġa jsaħħu l-isforzi tagħhom. Is-sitwazzjoni fil-Latvja, fejn is-sikurezza fit-toroq sfortunatament ma tjiebet xejn matul is-sena li għaddiet, jistħoqqilha attenzjoni partikolari; l-għadd ta’ mwiet mill-inċidenti fit-toroq żdied ukoll f’Malta u fil-Lussemburgu għalkemm l-għadd totali f’dawn il-pajjiżi tant huwa żgħir li l-varjazzjonijiet kbar minn sena għall-oħra mhumiex statistikament sinifikanti.

Fattur ieħor tal-istatistika li joħloq tħassib huwa s-sitwazzjoni tal-utenti vulnerabbli tat-triq: l-għadd ta’ persuni maqtula huma u mexjin fit-triq qed jonqos b'rata iżgħar minn dik mistennija u l-għadd ta' ċiklisti li tilfu ħajjithom riċentement saħansitra żdied. Dan huwa parzjalment minħabba l-fatt li l-għadd ta' ċiklisti qed jiżdied; l-isfida għall-Istati Membri hija li jinkoraġġixxu lin-nies jużaw ir-rota minflok il-karozza aktar spiss, iżda li jkunu żgur li din l-għażla ma tkunx perikoluża.

Programm ta' azzjoni tal-UE għas-sikurezza fit-toroq 2011-2020:

Il-Programm Ewropew ta’ Azzjoni għas-Sikurezza fit-Toroq 2011-2020 (ara MEMO/10/343) jistabbilixxi pjanijiet ambizzjużi biex l-għadd ta' mwiet fit-toroq Ewropej jitnaqqas bin-nofs fl-10 snin li ġejjin. Il-programm fih proposti ambizzjużi li jiffukaw fuq it-titjib tal-vetturi, l-infrastruttura u l-imġiba tal-utenti tat-triq.

Pereżempju, l-inizjattivi ewlenin riċenti jinkludu l-liċenzja tas-sewqan Ewropea l-ġdida (IP 13/25) u d-dħul fis-seħħ tad-direttiva tal-infurzar transkonfinali, għas-segwiment ta' offiżi tat-traffiku lil hinn mill-fruntieri (1). Il-Parlament Ewropew adotta proposta għal titjib fit-testijiet tekniċi tal-karozzi (MEMO 14/637), u ttieħed pass kbir lejn l-istrateġija għat-tnaqqis ta' persuni li jweġġgħu serjament f'aċċidenti tat-traffiku (IP 13/236).

Wara l-iżvilupp tas-sena l-oħra permezz ta' definizzjoni komuni ġdida għall-UE għal korrimenti serji minn aċċidenti tat-traffiku, l-Istati Membri tal-UE issa bdew jiġbru l-ewwel dejta bid-definizzjoni l-ġdida. Id-dejta miġbura matul l-2014 għandha tkun disponibbli fil-bidu tal-2015 u mbagħad jistgħu jibdew il-preparazzjonijiet għall-mira biex jitnaqqas l-għadd ta’ persuni li jkorru serjament f'aċċidenti tat-traffiku.

Mill-2015, huwa mistenni li jiġi adottat pjan ta' mira għat-tnaqqis ta’ korrimenti serji minn aċċidenti tat-traffiku.

Għal aktar tagħrif:

MEMO/14/245

Vademecum tal-UE dwar is-Sikurezza fit-Toroq

http://ec.europa.eu/roadsafety

Segwi lill-Viċi-President Kallas fuq Twitter

Kuntatti:

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew e­mail

L-istatistika tal-imwiet fit-toroq pajjiż b’pajjiż għall-20132

 

Fatalitajiet għal kull miljun abitant (ir-rata ta’ fatalitajiet tat-triq)

Evoluzzjoni tal-għadd totali ta’ mwiet

2001

2010

2012

2013

2010 - 2013

2011 - 2012

2012 - 2013

Belgique/België

145

77

70

65

-15%

-11%

-7%

България(Bulgaria)

124

105

82

82

-22%

-8%

0%

Česká republika

130

77

71

63

-19%

-4%

-12%

Danmark

81

46

30

32

-30%

-24%

8%

Deutschland

85

45

44

41

-9%

-10%

-7%

Eesti

146

59

65

61

3%

-14%

-7%

Éire/Ireland

107

47

35

42

-11%

-13%

19%

Ελλάδα (Elláda)

172

112

92

81

-28%

-10%

-12%

España

136

53

41

37

-30%

-8%

-10%

France

134

62

56

50

-19%

-8%

-11%

Hrvatska

146

99

91

86

-14%

-7%

-6%

Italia

125

70

62

58

-17%

-5%

-6%

Κύπρος (Kypros)

140

73

61

53

-28%

-28%

-14%

Latvija

236

103

85

86

-17%

-1%

1%

Lietuva

202

95

99

85

-11%

2%

-15%

Luxembourg

159

64

66

87

36%

3%

32%

Magyarország

121

74

61

59

-20%

-5%

-2%

Malta

41

36

27

54

50%

-48%

100%

Nederland

62

32

34

-

6%

3%

-

Österreich

119

66

63

54

-19%

2%

-15%

Polska

145

102

93

87

-15%

-15%

-6%

Portugal

163

80

68

62

-23%

-19%

-9%

România

109

117

101

92

-21%

1%

-9%

Slovenija

140

67

63

61

-10%

-8%

-4%

Slovensko

114

69

55

42

-39%

-9%

-24%

Suomi/Finland

84

51

47

48

-5%

-13%

3%

Sverige

66

28

30

28

-1%

-11%

-7%

United Kingdom

61

30

29

29

-4%

-8%

-1%

UE

113

62

56

52

-17%

-9%

-8%

1 :

Id-Direttiva 2011/82/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinarju ta' informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, ĠU L 288/1, 5.11.2011, p. 1–15, http://eurlex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2011:288:0001:0015:EN:PDF

2 :

Iċ-ċifri tal-2013 huma bbażati fuq dejta provviżorja; jista’ jkun hemm bidliet żgħar fid-dejta finali għal xi pajjiżi individwali.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website