Navigation path

Left navigation

Additional tools

Nagħmlu l-elezzjonijiet Ewropej aktar demokratiċi u nqawwu l-parteċipazzjoni - Il-bażi tħejjiet, jgħidu żewġ rapporti tal-Kummissjoni

European Commission - IP/14/321   27/03/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-27 ta’ Marzu 2014

Nagħmlu l-elezzjonijiet Ewropej aktar demokratiċi u nqawwu l-parteċipazzjoni - Il-bażi tħejjiet, jgħidu żewġ rapporti tal-Kummissjoni

Xahrejn qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew żewġ rapporti ġodda ppubblikati mill-Kummissjoni jipprovdu ħarsa ġenerali tad-diversi passi li ttieħdu sabiex dawn l-elezzjonijiet isiru aktar demokratiċi u biex il-politika Ewropea titqarreb lejn iċ-ċittadini. Rapport wieħed janalizza kif l-Istati Membri u l-partiti politiċi implimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għal aktar trasparenza u leġittimità demokratika tal-elezzjonijiet Ewropej, li saru s-sena l-oħra (IP/13/215). B'mod notevoli, waħda mir-rakkomandazzjoni kruċjali li saru kienet dik li l-partiti politiċi Ewropej jinnominaw kandidati prinċipali għall-kariga ta' President tal-Kummissjoni. It-tieni rapport jagħti ħarsa lejn l-għodda komunikattiva l-ġdida tad-Djalogu taċ-Ċittadini, żviluppata mill-Kummissjoni matul dawn l-aħħar 18-il xahar bħala strument biex in-nies jiġu infurmati, tiġi restawrata l-fiduċja fl-istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali u biex iċ-ċittadini jsiru aktar konxji li l-vuċi tagħhom tabilħaqq tiswa fl-UE. Il-pubblikazzjoni ta' dawn iż-żewġ rapporti tikkoinċidi ma' Djalogu Pan-Ewropew taċ-Ċittadini li qiegħed isir fi Brussell illum ma' aktar minn 150 ċittadin ġejjin minn madwar l-Ewropa kollha (IP/14/295).

"Jeħtieġ li l-elezzjonijiet Ewropej ikunu tassew Ewropej. Iċ-ċittadini jeħtieġ li jkunu jafu x'sehem għandha l-għażla tagħhom fl-istampa sħiħa Ewropea. Għall-ewwel darba fl-istorja tal-integrazzjoni Ewropea, beda dibattitu dwar kandidati maħtura b'mod ċar għall-presidenza tal-Kummissjoni. Dan hu t-twelid ta' demokrazija tabilħaqq Ewropea," qalet il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza. "Iżda d-demokrazija ma tikkonsistix biss minn Jum l-Elezzjoni Tikkonsisti wkoll mid-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, man-nies, fil-livell lokali, matul is-sena kollha. Kellna aktar minn 50 Djalogu taċ-Ċittadin f'kull Stat Membru tal-UE u rajna li ċ-ċittadini għandhom tassew għatx għal diskussjonijiet dwar il-kwistjonijiet Ewropej wiċċ imb wiċċ mal-politiċi. Fl-Ewropa jeħtieġ li nitkellmu ma' xulxin, aktar minn dwar xulxin."

It-tħejjija tal-bażi għall-elezzjonijiet Ewropej

Saru aktar minn 50 Djalogu fl-Istati Membri kollha (ara l-Anness 2), bil-parteċipazzjoni ta' 22 Kummissarju Ewropew, normalment biswit Membri tal-Parlament Ewropew, u politiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Aktar minn 16,000 ċittadin ħadu parti fid-Djalogi taċ-Ċittadini, m'aktar minn 105,000 persuna jipparteċipaw permezz ta' webstream diretta u tal-medja soċjali. Id-Djalogi kienu attivitajiet bil-bieb miftuħ u għalhekk kull min kien interessat seta' jingħaqad fid-dibattitu. Illum qed isir l-aħħar Djalogu pan-Ewropew taċ-Ċittadini, matul il-ġurnata kollha, fi Brussell, mal-President José Manuel Barroso u għaxar Kummissarji Ewropej li qiegħed jiġbor flimkien parteċipanti tad-Djalogi preċedenti minn madwar l-Ewropa (ara d-Djalogu onlajn hawnhekk).

Rapport dwar id-Djalogi taċ-Ċittadini, ippubblikat illum, juri li dawn id-Djalogi kienu ta' siwi kbir biex il-politika tal-UE tingħata bixra umana. Il-format beda jaqbad l-għeruq fl-Istati Membri, b'politiċi nazzjonali f'pajjiżi bħall-Ġermanja, il-Bulgarija u l-Irlanda jniedu Djalogi tagħhom stess.

Dawn id-dibattiti miftuħa ma' politiċi Ewropej, nazzjonali u lokali taw prova li huma mod uniku ta' kif jiġu inklużi ċ-ċittadini, u huma parti mit-tħejjija tal-Kummissjoni Ewropea għall-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju. Huma bdew dibattitu li fih iċ-ċittadini jistgħu jindirizzaw b'mod dirett il-mistoqsijiet tagħhom dwar il-futur tal-Unjoni u tal-politiki tal-UE lil politiċi Ewropej u nazzjonali. Dan kien ta' għajnuna biex id-Djalogi jsiru tassew avvenimenti Ewropej, u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' Spazju Pubbliku Ewropew.

Il-ħtieġa għal djalogi bħal dawn hija kkonfermata miċ-ċittadini: Illum, tnejn minn kull tliet Ewropej iħossu li leħinhom mhux qed jinstema' (ara l-Anness 4) u kważi 9 minn kull 10 parteċipanti (88%) esprimew matul id-Djalogi taċ-Ċittadini x-xewqa qawwija tagħhom li jkollhom aktar Djalogi bħal dawn (ara l-Anness 5)

Biex dawn l-isforzi jkunu kompluti, din il-ġimgħa se jiġi ppubblikat manwal dwar id-drittijiet ewlenin taċ-ċittadini tal-UE "Kont taf: 10 drittijiet tal-UE mad-daqqa t'għajn", kif imħabbar fir-Rapport taċ-Ċittadinanza tal-2013. Il-manwal jinkludi informazzjoni dwar id-dritt li wieħed jipparteċipa fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, inkluż fl-elezzjonijiet Ewropej.

Din id-darba l-affarijiet se jsiru mod ieħor

Fit-12 ta' Marzu 2013, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni li tappella lill-partiti politiċi Ewropej biex jinnominaw il-kandidat tagħhom għal President tal-Kummissjoni u saritilhom ir-rakkomandazzjoni li juru l-affiljazzjoni tagħhom fejn jidħol partit politiku Ewropew. Sena wara, sitt partiti politiċi Ewropej ħabbru l-kandidat tagħhom u qed jippjanaw li jqajmu għarfien dwar il-programm tal-kandidati tagħhom. L-ippolitiċizzar tal-elezzjonijiet b'kandidati ewlenin ingħata appoġġ mifrux anki fost iċ-ċittadini - l-istħarriġ tal-Ewrobarometru l-aktar reċenti "Il-Futur tal-Ewropa" ippubblikat din il-ġimgħa juri li seba' minn kull għaxar Ewropew saħansitra jmorru lil hinn u jgħidu li l-president tal-Kummissjoni għandu jkun elett direttament miċ-ċittadini tal-UE (ara l-Anness 3)

Bis-saħħa tal-azzjoni tal-Kummissjoni, l-Istati Membri ukoll ittrasponew malajr ir-regoli tal-UE (id-Direttiva 2013/1/UE) li se jagħmluha aktar faċli li kandidati joħorġu fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom (IP/14/87). L-Istati Membri kollha adottaw il-liġijiet ta' traspożizzjoni u kollha ħlief wieħed (ir-Repubblika Ċeka, ara MEMO/14/241) diġà nnotifikaw tali liġijiet lill-Kummissjoni.

Għad hemm xi sfidi: L-appelli tal-Kummissjoni għal ġurnata waħda unika ta' votazzjoni madwar l-Ewropa u biex il-partiti politiċi juru l-affiljazzjoni tagħhom ma' partit politiku Ewropew fuq il-poloz tal-vot għadhom ma ntlaqgħux b'mod wiesa'. Fl-aħħar każ, dan huma minħabba l-fatt li l-leġiżlazzjoni elettorali f'diversi Stati Membri ma tippermettix li fuq il-poloz tal-vot jidhru l-ismijiet u logos tal-partiti politiċi Ewropej (ara l-Anness 1).

Il-Kummissjoni se tipproduċi rapport sħiħ li jinkludi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha wara l-elezzjonijiet Ewropej.

Aktar tagħrif

Rapport dwar ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-elezzjonijiet Ewropej

http://ec.europa.eu/justice/newsroom/citizen/news/140327_en.htm

Rapport dwar id-Djalogi taċ-Ċittadini

http://ec.europa.eu/debate-future-europe/citizens-dialogues/belgium/brussels3/index_en.htm

Tabella onlajn rigward l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-elezzjonijiet Ewropej.

http://ec.europa.eu/justice/citizen/voting-rights/index_en.htm

Aktar dwar id-Djalogi taċ-Ċittadini u d-Dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa.

ec.europa.eu/debate-future-europe

L-Ewrobarometru "Il-Futur tal-Ewropa"

http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/eb_special_419_400_en.htm#413

Il-websajt tal-Viċi President Viviane Reding: ec.europa.eu/reding

Segwi lill-Viċi President Reding fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew permezz tal-posta elettronika

ANNESS

Anness 1. X'tgħid il-liġi nazzjonali dwar dak li jista' jidher fuq il-poloz tal-vot

NB: The online version of this table will be updated regularly based on further input from the Member States and will be accessible under: http://ec.europa.eu/justice/citizen/voting-rights/index_en.htm

Anness 2. Id-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa jkompli...

Member State

City

Date

Commissioner

EU, national, regional and local politicians

Spain

Cadiz

27/09/2012

Reding

Mayor Martinez Saiz

Austria

Graz

05/11/2012

Reding

Vice-Chancellor Spindelegger

Germany

Berlin

10/11/2012

Reding

MEP Roth-Behrendt

France

Paris

23/11/2012

Reding

Italy

Naples

30/11/2012

Andor

Mayor de Magistris

Ireland

Dublin

10/01/2013

Barroso, Reding

Prime Minister Kenny, Deputy Prime Minister Gilmore, Minister of State for European Affairs Creighton

Sweden

Gothenburg

18/02/2013

Malmström

Italy

Turin

21/02/2013

Malmström

Mayor Fassino

Portugal

Coimbra

22/02/2013

Reding

Italy

Rome

18/03/2013

Tajani

Mayor Alemanno

Greece

Thessaloniki

22/03/2013

Reding

Mayor Boutaris

Italy

Pisa

05/04/2013

Potočnik

Mayor Filippeschi

Belgium

Ghent

12/04/2013

De Gucht

Mayor Termont

Belgium

Eupen

23/04/2013

Hahn

MEP Grosch, Minister-President (German Community) Lambertz

Belgium

Brussels

04/05/2013

Reding

(former) Minister-President of the Brussels region Picqué

Germany

Dusseldorf

08/05/2013

Oettinger

MEP Klute

Slovenia

Ljubljana

09/05/2013

Potočnik

Poland

Warsaw

11/05/2013

Lewandowski

Czech Republic

Prague

13/05/2013

Füle

Minister of State for Small Business (Ireland) Perry, Chairman of the Czech Parliament’s EU Affairs Committee Bauer

Italy

Ventotene

27/05/2013

Tajani

Mayor Assenso

Italy

Milan

07/06/2013

Hedegaard

Mayor Pisapia

Luxembourg

Esch

30/06/2013

Reding

MEP Goerens, Minister for Labour Schmit, MP Braz, Minister of Public Works, Agriculture, Rural Affairs, Patrimony and Nature Policy (Wallonia) Lutgen

Poland

Warsaw

11/07/2013

Barroso, Reding

Prime Minister Tusk, MEP Thun, former Prime Minister Mazowiecki

Greece

Heraklion

12/07/2013

Damanaki

MEP Danellis, Governor Arnaoutakis

Germany

Heidelberg

16/07/2013

Reding

Minister-President (Baden-Wurttemberg) Kretschmann

Bulgaria

Sofia

23/07/2013

Reding

President Plevneliev

Belgium

Namur

13/09/2013

Reding

Minister-President Demotte

Estonia

Tallinn

14/09/2013

Kallas, Rehn

Italy

Trieste

16/09/2013

Reding

Minister of European Affairs Moavero Milanesi

Finland

Helsinki

24/09/2013

Reding

MEP Pietikäinen

Hungary

Györ

03/10/2013

Andor

State Secretary for European Affairs Győri, MEP Őry

Slovak Republic

Košice

05/10/2013

Šefčovic

Slovak Parliament President Paška

Sweden

Stockholm

15/10/2013

Reding

Minister for European Union Affairs Ohlsson, MEP Ludvigsson

Belgium

Liège

17/10/2013

Barroso

Deputy Prime Minister Reynders (Belgium), Minister for Economics (Wallonia) Marcourt

Latvia

Riga

18/10/2013

Piebalgs

Minister of Defence Pabriks

Malta

Valetta

07/11/2013

Borg

France

Marsilja

14/11/2013

Reding

Minister of Justice Taubira

Cyprus

Limassol

28/11/2013

Vassiliou

Austria

Eisenstadt

29/11/2013

Hahn

Minister-President (Burgenland) Niessl

Belgium

Brussels

05/12/2013

Vassiliou

MEP Durant

Lithuania

Vilnius

13/12/2013

Reding

Online

Virtual dialogue

16/01/2014

Reding

Denmark

Copenhagen

06/02/2014

Hedegaard

UK

Londra

10/02/2014

Reding

Minister of State for Europe Lidington

Spain

Barcelona

23/02/2014

Reding

France

Paris-Banlieue

27/02/2014

Barnier

Minister Delegate for European Affairs Repentin

Croatia

Zagreb

03/03/2014

Mimica

Germany

Koblenz

10/03/2014

Oettinger

Minister-President (Rhineland-Palatinate) Dreyer, State Minister for Europe (Rhineland-Palatinate) Conrad

Netherlands

Amsterdam

14/03/2014

Reding

Mayor van der Laan

Romania

Bucharest

17/03/2014

Ciolos

EU

Pan-European Dialogue Brussels

27/03/2014

Barroso, Reding, Rehn, Potočnik, Vassiliou, De Gucht, Damanaki, Hahn, Hedegaard, Andor, Mimica

MEP Roth-Behrendt, Mayor of Cadiz, Martinez Saiz

Anness 3. Sebgħa minn kull għaxar Ewropew irid president tal-Kummissjoni elett b'mod dirett

Anness 4: Tnejn minn kull tliet Ewropej iħossu li leħinhom mhux qed jinstema'

Sors: Standard Eurobarometer 80, Autumn 2013, p.8

Anness 5: Riżultati ta' Stħarriġ li sar matul id-Djalogi taċ-Ċittadini

Sors: Commisison Report on Citizens' Dialogues, p.10


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website