Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Viċinat f’salib it-toroq — ħarsa lejn sena ta’ sfidi

European Commission - IP/14/315   27/03/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-27 ta’ Marzu 2014

Il-Viċinat f’salib it-toroq — ħarsa lejn sena ta’ sfidi

Ir-rapport annwali tal-UE dwar l-implimentazzjoni tal-politika tagħha tal-Viċinat (PEV) jagħti stampa varjata. Minkejja li l-2013 kienet sena ta' kriżijiet f'uħud mill-imsieħba, li tirrefleti instabbilità politika u kundizzjonijiet soċjo ekonomiċi diffiċli, l-UE kompliet issostni l-isforzi biex ittejjeb il-governanza ekonomika, tibni s-sigurtà u ssostni l-iżvilupp sostenibbli u inklussiv. Riformi politiċi u ekonomiċi kruċjali kineu implimentati f'bosta pajiżi tal-Viċinat waqt li f'pajjiżi oħrajn, r-riformi demokratiċi u l-irkupru ekonomiku miksuba fis-snin preċedenti kienu mhedda minn sfidi nazzjonali u reġjonali.

L-UE żammet l-impenn tagħha mal-imsieħba tagħha

Il-PEV, bl-istrumenti kollha ta' politika tagħha, tibqa qafas li fih l-UE taħdem mal-imsieħba tagħha lejn l-istabbiliment tad-demokrazija, it-tisħiħ ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli u inklussiv, u l-bini tas-sigurtà.

Il-"pakkett annwali tal-PEV" ippreżentat minn Catherine Ashton, ir-Rappreżentat Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika Soċjali/ il-Viċi President tal-Kummissjoni u Štefan Füle, il-Kummissarju tal-UE għat-Tkabbir u l-Politika tal-Viċinat, jissottolinja li s-suċċess tal-politika huwa dipendenti fuq l-abilità u l-impenji tal-gvernijiet li jwettqu r-riformi.

"Impenn mal-ġirien tagħna huwa prijorità assoluta għall-UE. Il-Politika Ewropea tal-Viċinat tippremettilna li nirreaġixxu għall-isfidi li jiffaċċaw l-imsieħba tagħna waqt li nissalvagwardaw l-interessi tal-UE. Hija għandha l-għan li tiprevjeni u ssolvi l-kunflitti u tipprovdi inċentivi għall-ġirien tagħna biex jimxu lejn riformi politiċi u ekonomiċi," qalet Catherine Ashton mal-pubblikazzjoni tal-pakkett.

Ir-Rapporti juri li l-isfidi ffaċċati mill-pajjiżi msieħba qed isiru iktar u iktar diversi. Dan jirrikjedi li l-politika tirreaġixxi aħjar għall-aspettattivi u l-ħtiġijiet attwali ta' kull imsieħeb u, fl-istess waqt, toffri viżjoni għall-integrazzjoni ekonomika u l-assoċjazzjoni politika tagħhom mal-UE fuq mhedda twila taż-żmien.

Il-Kummissarju tal-UE Štefan Füle żied jgħid li: "L-avvenimenti matul ix-xhur riċenti wrew li l-viċinat tagħna għadu reġjun fejn l-UE teħtieġ li tiffoka l-attenzjoni u r-riżorsi tagħha. Aspirazzjonijiet popolari għal ħajja aħjar u għat-tgawdija tad-drittijiet umani bażiċi u għal-libertajiet fundamentali għadhom b'saħħithom. U waqt li r-rieda għar-riforma ma tistax tkun imposta minn barra, l-UE għandha responsabilità speċjali biex tappoġġa dawk l-imsieħba li huma impenjati fit-triq diffiċli u impenjattiva tat-tranżizzjoni lejn id-demokrazija u soċjetajiet iktar inklussivi". Permezz ta' interazzjoni diretta man-nies, il-ftuħ ta' opportunitajiet ta' vvjaġġar u studju għaċ-ċittadini, u l-promozzjoni tan-netwerking bejn il-komunitajiet (negozju, riċerka, universitajiet, arti, kultura, eċċ.), flimkien mal-appoġġ tas-soċjetà ċivili, il-politika tal-UE tista' taġixxi bħala katalist fil-proċess."

Il-progress fl-implimentazzjoni tal-impenji għar-riforma ma kienx uniformi

Meta wieħed iħares lejn in-Nofsinhar, fit-Tuneżija, it-tranżizzjoni demokratika mxiet 'il quddiem permezz tad-djalogu inklussiv u minkejja theddid maġġuri għas-sigurtà. L-adozzjoni konsenswali tal-kostituzzjoni 'l ġdida f'Jannar tal-2014 kien pass demokratiku ewlieni. Fil-Marokk, il-progress fl-implimentazzjoni tal-impenji mnaqqxa fir-riforma kostituzzjonali tal-2011, baqgħet kajmana, minkejja li r-riformi tal-politika ta' migrazzjoni u tal-ġustizzja militari kienu passi pożittivi. Fl-Eġittu, jibqa' t-tħassib dwar il-polarizzazzjoni politika, l-libertà ta' assemblea u l-libertà tal-istampa. Il-Libja qed tiffaċċa sfidi ta' sigurtà serji u li sejrin għall-agħar, li qed jipprevjenu r-rikonċiljazzjoni nazzjonali u l-istabbilità politika. Il-Lebanon u l-Ġordan qed ibgħatu biex jiffaċċaw l-impatt tal-gwerra ċivili fis-Sirja fuq is-sitemi politiċi, ekonomiċi u soċjali tagħhom, li qed jikkompromettu l-kapaċità tagħhom li jwettqu riformi politiċi u strutturali. L-Iżraeljani u l-Palestinjai varaw mill-ġdid in-negozjati għall-paċi iżda għadhom qed jiffaċċaw ostakoli serji.

Fil-pajjiżi tal-PEV tal-Lvant, l-Ukraina rat bidla monumentali - xprunata mill-protesti ċivili massiċċi (hekk imsejħa "Euromaidan") b'appoġġ għall-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni politika mal-UE. L-UE tinsab lesta biex tapoġġa lill-Ukraina fil-ħidma tagħha lejn futur demokratiku u prosperuż. Fil-fatt, il-Kummissjoni fil-5 ta' Marzu 2014, ħabbret pakkett ta' miżuri, inkluż EUR 11-il biljun f'assistenza finanzjarja fuq ħafna snin. Fil-21 ta' Marzu 2014, il-kapitolu politiku tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina kien iffirmat fi Brussell. Il-Moldova u l-Ġeorġja għamlu progress fir-riformi politiċi u ġudizzjarji, u fir-riformi biex iħejju għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni. L-elezzjonijiet fil-Ġeorġja fil-ħarifa tal-2013 immarkaw it-tieni tranżizzjoni demokratika tal-poter. L-Armenja kompliet bir-riformi demokratiċi iżda ddeċidiet li twaqqaf għalissa l-preparazzjonijiet għall-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni inkluż iż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Profonda u Komprensiva (DCFTA) u ma tinizjalahx. L-Ażerbajġan kompla jitratta leġġerment sejħiet biex itejjeb ir-rispett għal-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Il-Belorussja ma għamlet l-ebda progress fir-riformi politiċi.

Kien hemm progress importanti fejn jidħlu l-mobilità u l-migrazzjoni mal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi msieħba tal-Lvant u l-ewwel sħubija ta' mobilità ma' msieħeb min-nofsinar kienet iffirmata mal-Marokk f'Ġunju 2013 u t-tieni waħda mat-Tuneżija kmieni f'Marzu tal-2004.

Bħala parti mis-sħubija mas-soċjetà fil-pajjiżi tal-PEV, l-UE saħħet l-involviment mas-soċjetà ċivili, li għad għandha rwol importanti, u l-appoġġ lejha.

L-assistenza għall-imsieħba tal-PEV laħqet l-ogħla livell annwali matul il-perjodu ta' seba' snin fl-2013 b'EUR 2,65 biljuni. Wara sentejn ta' negozjati, il-qafas finanzjarju għall-2014-2020 u l-istrumenti rilevanti, inkluż l-Istrument Ewropew ġdid ta’ Viċinat (European Neighbourhood Instrument - ENI), kienu maqbula f'Diċembru. Minkejja l-kriżi finanzjarja, il-livell ta' finanzjament riservat għall-viċinat huwa ta' EUR 15,4 biljun, li jikkonferma l-impenn tal-UE u l-prijorita mogħtija lill-Viċinat.

Għal aktar informazzjoni:

Il-websajt tal-Kummissarju għat-Tkabbir u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, Štefan Füle: http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/fule/index_en.htm

Il-Websajt tar-Rappreżentant Għoli u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Catherine Ashton: http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/ashton/index_en.htm

Il-Kummissjoni Ewropea: Politika Ewropea tal-Viċinat

http://ec.europa.eu/world/enp/index_en.htm

http://www.enpi-info.eu

Għall-Komunikazzjoni Konġunta ara l-websajt tas-SEAE fuq http://eeas.europa.eu/enp/index_en.htm

PEV — ir-rapporti tal-pajjiżi:

l-Algerija http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-219_en.htm

l-Armenja http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-220_en.htm

l-Azerbajġan http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-221_en.htm

il-Belorussja http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-222_en.htm

l-Eġittu http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-223_en.htm

il-Georgja http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-224_en.htm

l-Iżrael http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-225_en.htm

il-Ġordan http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-226_en.htm

il-Libanu http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-227_en.htm

il-Libja http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-228_en.htm

il-Moldova http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-229_en.htm

il-Marokk http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-230_fr.htm

OPT http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-231_en.htm

is-Sirja http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-232_en.htm

it-Tuneżija http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-233_fr.htm

l-Ukraina http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-234_en.htm

Kuntatti:

Maja Kocijancic (+32 2 298 65 70)

Michael Mann (+32 2 299 97 80)

Peter Stano (+32 2 295 74 84)

Anca Paduraru (+32 2 296 64 30)

Nabila Massrali (+32 2 296 92 18)

Eamonn Prendergast (+32 2 299 88 51)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefon 00 800 6 7 8 9 10 11 jew bl-e­mail


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website