Navigation path

Left navigation

Additional tools

Is-Saħħa-e (eHealth) fl-UE: x'inhi d-dijanjożi?

European Commission - IP/14/302   24/03/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, l-24 ta’ Marzu 2014

Is-Saħħa-e (eHealth) fl-UE: x'inhi d-dijanjożi?

"L-Ewropa qed tħabbat wiċċha ma' kriżi fil-kura tas-saħħa minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni tagħna. Jekk nagħmlu l-aħjar użu mit-teknoloġija diġitali, nistgħu nnaqqsu l-ispejjeż, inpoġġu lill-pazjent lura fil-kontroll, nagħmlu s-settur tal-kura tas-saħħa aktar effiċjenti u ngħinu liċ-ċittadini Ewropej jieħdu sehem attiv fis-soċjetà għal aktar żmien. Jeħtieġ li nżommu ruħna aġġornati!" - Neelie Kroes

X’inhi d-dijanjożi?

Skont żewġ stħarriġiet fl-Ewropa fost l-isptarijiet għall-kura akuta (dawk maħsuba għal kura jew trattamenti mediċi jew kirurġiċi fil-qosor) u fost it-tobba tal-familja, l-użu tas-Saħħa-e qed jibda jiżdied, b’60 % tat-tobba tal-familja li użaw l-għodod tas-Saħħa-e fl-2013 - żieda ta’ 50 % mill-2007. Iżda jeħtieġ li jsir ħafna aktar.

Ir-riżultati ewlenin tal-istħarriġ jinkludu:

Il-pajjiżi bl-ogħla #użu tas-Saħħa-e fl-isptarijiet huma d-Danimarka (66 %), l-Estonja (63 %), l-Iżvezja u l-Finlandja (62 % għat-tnejn li huma). Il-profili sħaħ tal-pajjiżi jistgħu jinsabu hawn.

Is-servizzi tas-Saħħa-e għadhom jintużaw l-aktar għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar tradizzjonali u mhux għal għanijiet kliniċi, bħall-konsultazzjonijiet onlajn (10 % biss tat-tobba tal-familja jagħmlu l-konsultazzjonijiet onlajn)

Fir-rigward tad-diġitizzazzjoni tar-rekords tas-saħħa tal-pazjenti, l-Olanda tinsab fuq quddiem nett bi 83.2 % ta' diġitizzazzjoni; fit-tieni post hemm id-Danimarka (80.6 %) u r-Renju Unit fit-tielet post (80.5 %);

Madankollu, 9 % biss tal-isptarijiet fl-Ewropa jippermettu li l-pazjenti jkollhom aċċess għar-rekords mediċi tagħhom stess onlajn, u ħafna minnhom dawn jagħtu biss aċċess parzjali;

Meta jippruvaw jadottaw is-Saħħa-e, l-isptarijiet u t-tobba tal-familja jħabbtu wiċċhom ma' ħafna ostakli li jvarjaw minn nuqqas ta’ interoperabilità għal nuqqas ta’ qafas regolatorju u riżorsi.

Fil-kumment tagħha dwar l-istħarriġ, il-Viċi President tal-Kummissjoni, @NeelieKroesEU, qalet:

Għandna bżonn nibdlu l-mentalità fis-settur tal-kura tas-saħħa malajr. Il-fatt li sitta minn kull 10 tobba tal-familja qed jużaw is-Saħħa-e juri li t-tobba huma konxji minnha, iżda issa wasal iż-żmien biex jidħlu għaliha kif jixraq! U 9 % biss tal-isptarijiet jippermettu li l-pazjenti jkollhom aċċess għar-rekords diġitali tagħhom stess? U ejja! Jiena rrid li l-gvernijiet, l-innovaturi tat-teknoloġija avvanzata, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-kumpaniji farmaċewtiċi u l-isptarijiet jingħaqdu biex joħolqu sistema innovattiva u kosteffiċjenti għall-kura tas-saħħa - b’aktar kontroll u trasparenza għall-pazjent.”

Il-Kummissarju għas-Saħħa, Tonio Borg, żied jgħid: “Is-soluzzjonijiet tas-Saħħa-e jistgħu jwasslu għal kura aħjar għall-pazjenti u aktar effiċjenza fis-sistemi tas-saħħa. L-istħarriġiet juru biċ-ċar li xi Stati Membri jinsabu minn ta’ quddiem fl-użu tal-preskrizzjonijiet elettroniċi u r-rekords elettroniċi għall-benefiċċju tal-pazjenti, u dawn jistgħu jkunu sors ta’ ispirazzjoni għall-oħrajn. Jiena nistenna li l-Istati Membri kollha jaħtfu l-potenzjal tas-soluzzjonijiet tas-Saħħa-e u li jikkooperaw f’dan ir-rigward fi ħdan in-Netwerk tas-Saħħa-e tal-UE tagħna.”

Għaliex din l-istennija twila?

Meta ġew mistoqsijin għalfejn ma kinux qegħdin jużaw is-servizzi tas-saħħa-e aktar, ir-raġunijiet li taw it-tobba tal-familja kienu: nuqqas ta’ remunerazzjoni (79 %); mhux biżżejjed għarfien tal-informatika (72%); nuqqas ta' interoperabbiltà bejn is-sistemi (73%); u nuqqas ta' qafas regolatorju dwar il-kunfidenzjalità u l-privatezza għall-komunikazzjoni bil-posta elettronika bejn it-tabib u l-pazjent (71%).

Sfond

L-istudji kejlu l-użu tal-għodod u s-servizzi diġitali fis-saħħa: l-użu tar-rekords tas-saħħa elettroniċi u l-aċċess għalihom, it-telesaħħa, l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-professjonisti eċċ. Jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, dawn is-servizzi jistgħu jagħtu lill-pazjenti iktar informazjoni, u iktar involviment fil-kura tas-saħħa tagħhom, aċċess imtejjeb għall-pariri u t-trattament fil-qasam u jistgħu jagħmlu s-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa iktar effiċjenti.

L-għodod tas-Saħħa-e jinkludu (a) ir-Rekords Elettroniċi tas-Saħħa (EHR - Electronic Health Records), (b) l-Iskambju tal-Informazzjoni dwar is-Saħħa (HIE - Health Information Exchange), (c) it-Telesaħħa, u (d) ir-Rekords tas-Saħħa Personali).

Skambju tal-Informazzjoni dwar is-Saħħa:

48 % tal-sptarijiet tal-UE jaqsmu xi informazzjoni medika mat-tobba tal-familja esterni b’mod elettroniku u 70 % tal-isptarijiet tal-UE jaqsmuha ma' fornituri esterni tal-kura. L-aħjar pajjiżi f'dan l-aspett huma d-Danimarka, l-Estonja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Iżvezja (100 % tal-isptarijiet akuti tagħhom iwettqu xi livell ta’ skambju tal-informazzjoni dwar is-saħħa);

it-tobba tal-familja jagħmlu biss użu limitat mill-preskrizzjonijiet elettroniċi u mill-interazzjoni bejn it-tabib u l-pazjent permezz tal-posta elettronika (32 % u 35 % rispettivament). L-aqwa tliet pajjiżi għall-preskrizzjoni elettronika huma l-Estonja (100 %), il-Kroazja (99 %) u l-Iżvezja (97 %), filwaqt li għall-użu tal-posta elettronika hemm fuq quddiem id-Danimarka (100 %), l-Estonja (70 %) u l-Italja (62 %);

Inqas minn 8 % tal-isptarijiet tal-UE jaqsmu l-informazzjoni medika b’mod elettroniku mal-fornituri tal-kura tas-saħħa f’pajjiżi oħra tal-UE.

Telesaħħa

Disgħa fil-mija biss tal-isptarijiet jagħtu lill-pazjenti tagħhom l-opportunità li jiġu mmonitorjati mill-bogħod biex jitnaqqas il-bżonn li jinżammu l-isptar u, b’hekk, tiżdied is-sikurezza tal-għajxien b’mod indipendenti. Inqas minn 10 % tat-tobba tal-familja jwettqu konsultazzjonijiet onlajn mal-pazjenti u anqas minn 16 % iwettquhom ma’ speċjalisti mediċi oħrajn.

Links utli

Valutazzjoni komparattiva tal-użu tas-servizzi tas-Saħħa-e fl-Isptarijiet (2012-2013)

Valutazzjoni komparattiva tal-użu tas-Saħħa-e mit-Tobba tal-Familja (2013)

Saħħa-e fl-Aġenda Diġitali

Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu

Il-blogg ta’ Neelie Kroes dwar it-trasformazzjoni tas-sistema l-kura tas-saħħa minn Jannar 2014

Saħħa-e fuq Twitter

Kuntatti

Posta elettronika: comm-kroes@ec.europa.eu Tel: +32.229.57361 Twitter: @RyanHeathEU


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website