Navigation path

Left navigation

Additional tools

Restrizzjonijiet Ċiniżi għall-aċċess għal elementi terrestri rari u materja prima oħra - Ir-regoli tad-WTO għal darb'oħra favur l-UE

European Commission - IP/14/293   26/03/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-26 ta' Marzu 2014

Restrizzjonijiet Ċiniżi għall-aċċess għal elementi terrestri rari u materja prima oħra - Ir-regoli tad-WTO għal darb'oħra favur l-UE

L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) illum ippubblikat deċiżjoni kontra r-restrizzjonijiet li imponiet iċ-Ċina fuq l-esportazzjoni ta' elementi terrestri rari kif ukoll tat-tungstenu u l-molibdenu li jintużaw bħala elementi essenzjali f'firxa wiesgħa ta' industriji Ewropej. F'konformità mad-deċiżjoni preċedenti dwar materja prima oħra, id-WTO qieset li t-tariff u l-kwoti tal-esportazzjoni taċ-Ċina kienu bi ksur tal-impenji tad-WTO taċ-Ċina u ma kinux ġustifikati għal raġunijiet ta' protezzjoni ambjentali jew ta' politika ta' konservazzjoni.

Iżda d-deċiżjoni tal-kummissjoni tad-WHO tal-lum issostni l-pożizzjoni tal-UE u ta' dawk li ressqu l-ilment magħha, l-Istati Uniti u l-Ġappun. Il-verdett huwa ċar: ir-restrizzjonijiet fl-esportazzjoni ma jistgħux jiġu imposti biex fid-deher jiġu mħarsa riżorsi materjali li jispiċċaw jekk kemm-il darba l-użu domestiku tal-istess materja prima ma jkunx limitat għall-istess skop.

La dawk li ressqu l-ilment u lanqas il-kummissjoni ma jikkontestaw li ċ-Ċina għandha dritt li jkollha linji ta' politika ambjentali u ta' konservazzjoni. Madankollu, kif ġie kkonfermat b'mod inekwivoku mill-kummissjoni tad-WHO, id-dritt dovran ta' pajjiż fuq ir-riżorsi naturali tiegħu ma jippermettilux li jikkontrolla s-swieq internazzjonali jew id-distribuzzjoni globali ta' materja prima. Membru tad-WTO jista' jiddeċiedi dwar il-livell jew il-pass li bih juża r-riżorsi tiegħu iżda darba il-materja prima tiġi estratta, din tiġi taqa' taħt ir-regoli tal-kummerċ tad-WTO. Il-pajjiż li jagħmel l-estrazzjoni ma jistax jillimita l-bejgħ tal-materja prima tiegħu għall-industrija domestika biss, b'mod li din tingħata vantaġġ kompetittiv fuq kumpaniji barranin.

Din id-deċiżjoni tiggarantixxi aċċess mhux diskriminatorju għall-materja prima. L-UE temmen li dan huwa fl-interess tal-membri kollha tad-WHO, peress li l-pajjiżi kollha - sew jekk dawk żviluppati kif ukoll dawk li qegħdin jiżviluppaw - jiddependu fuq xulxin għall-materja prima u għal ktajjen globali ta' produzzjoni.

L-isfond

Il-materja prima involuta f'dan il-każ tikkonsisti minn diversi elementi terrestri rari, kif ukoll mit-tungstenu u mill-molibdenu. Dawn jintużaw f'firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet fejn tidħol it-teknoloġija avvanzata, il-prodotti ekoloġiċi, il-manifattura awtomotiva u tal-makkinarju, is-sustanzi kimiċi, u fl-industriji tal-azzar kif ukoll f'industriji oħra tal-metal mhux tal-ħadid.

Ir-restrizzjonijiet fl-esportazzjoni taċ-Ċina kienu jikkonsistu l-aktar minn tariffi jew kwoti tal-esportazzjoni, kif ukoll rekwiżiti u proċeduri addizzjonali għall-esportaturi. Huma joħolqu żvantaġġi serji għall-industrija barranija billi b'mod artifiċjali jgħollu l-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina, u jgħollu l-prezzijiet madwar id-dinja. Tali restrizzjonijiet ibaxxu wkoll b'mod artifiċjali l-prezzijiet domestiċi fiċ-Ċina għall-materja prima. Peress li jżidu l-provvista domestika. Dan jagħti lill-industriji lokali taċ-Ċina vantaġġ kompetittiv u tinħoloq pressjoni fuq il-prodotturi barranin li jmexxu l-operazzjonijiet u t-teknoloġiji tagħhom lejn iċ-Ċina.

L-UE, flimkien mal-Istati Uniti u l-Ġappun, nedew każ ta' riżoluzzjoni tad-disputi tad-WHO f'Marzu 2012. Il-konsultazzjonijiet inizjali li saru maċ-Ċina ma wasslux għal soluzzjoni amikevoli. Bħala riżultat, id-WHO stabbilixxiet kummissjoni f'Ġunju 2012. Il-partijiet kollha issa għandhom 60 jum biex iressqu appell kontra r-rapport tal-kummissjoni.

Għal aktar tagħrif:

Memo/14/236

Ir-Rapport tal-Panel tad-WTO

Stqarrija għall-istampa: EU requests WTO panel against China's export restrictions on rare earths, 27 June 2012 (verżjoni bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż)

Kuntatti:

John Clancy (+32 2 295 37 73)

Helene Banner (+32 2 295 24 07)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website