Navigation path

Left navigation

Additional tools

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2014: Lejn sistemi tal-ġustizzja aktar effettivi fl-UE

European Commission - IP/14/273   17/03/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 17 ta’ Marzu 2014

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2014: Lejn sistemi tal-ġustizzja aktar effettivi fl-UE

Il-Kummissjoni Ewropea llum ħarġet it-tieni edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE biex tippromwovi l-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE hija għodda ta’ informazzjoni li tippreżenta dejta oġġettiva, kredibbli u komparabbli dwar is-sistemi tal-ġustizzja fl-Istati Membri. Wara l-ewwel edizzjoni fl-2013 (IP/13/285), it-Tabella ta’ Valutazzjoni 2014 tal-Ġustizzja Ewropea se tkompli tgħin lill-Istati Membri u l-UE sabiex jinkisbu aktar sistemi tal-ġustizzja effettivi, u għalhekk jikkontribwixxu għat-trawwim tat-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni. Se tagħmel hekk billi tikkontribwixxi għas-Semestru Ewropew, il-proċess ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika annwali tal-UE li timmira li tagħti spinta lill-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri u l-kompetittività permezz ta’ sett ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

"Ġustizzja imdewwma hija ġustizzja miċħuda. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE hija għodda ewlenija fi ħdan l-istrateġija ekonomika tal-UE, li tippermetti aktar ġustizzja effettiva għaċ-ċittadini u n-negozji. Sistema tal-ġustizzja li tiffunzjona b'mod xieraq u indipendenti hi essenzjali biex tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini u l-investituri, u indispensabbli għall-fiduċja reċiproka fil-qasam Ewropew tal-ġustizzja," qalet il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE. “Din it-tieni edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE qed issir fi żmien meta bosta Stati Membri qed iwettqu riformi ġudizzjarji biex itejbu l-kompetittività tagħhom. L-iżviluppi u d-dejta jikkonfermaw l-importanza li jkomplu jissegwew b’impenn u determinazzjoni l-isforzi magħmula biex tittejjeb l-effikaċja tas-sistemi tal-ġustizzja madwar l-UE.”

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2014 tiġbor flimkien id-dejta minn sorsi differenti. Il-biċċa l-kbira tad-dejta kwantitattiva tkun ipprovduta mill-Kummissjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Evalwazzjoni tal-Effiċjenza tal-Ġustizzja (CEPEJ) li tiġbor id-dejta mill-Istati Membri. It-Tabella ta’ Valutazzjoni 2014 tiffoka fuq każijiet kontenzjużi ċivili u kummerċjali u kawżi amministrattivi. Tagħti ħarsa lejn l-istess indikaturi bħal fl-2013 filwaqt li tagħmel użu wkoll minn xi sorsi addizzjonali ta’ tagħrif:

  • L-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji: l-indikaturi jinkludu t-tul tal-proċedimenti, ir-rata tal-ikklirjar, u n-numru ta’ kawżi pendenti;

  • Il-kwalità: l-indikaturi jinkludu t-taħriġ obbligatorju ta’ imħallfin, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet tal-qrati, il-baġit u r-riżorsi umani allokati lill-qrati u d-disponibbiltà tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni (ICT) u ta’ metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR);

  • L-indipendenza: it-Tabella ta’ Valutazzjoni tippreżenta wkoll dejta dwar l-indipendenza perċepita tas-sistema ġudizzjarja. Barra minn hekk, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2014 tipprovdi l-ewwel ħarsa ġenerali komparattiva ta’ kif is-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja jiġu organizzati biex jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja f’ċerti tipi ta’ sitwazzjonijiet fejn tista’ tkun f’riskju. Tagħti ħarsa lejn salvagwardji legali kontra, pereżempju, it-trasferiment jew it-tneħħija ta’ imħallfin.

it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2014 tippreżenta wkoll ir-riżultati ta’ żewġ studji pilota, li jipprovdu dejta aktar raffinata dwar it-tul ta’ proċedimenti ġudizzjarji li għandhom x’jaqsmu mal-liġi tal-kompetizzjoni u l-liġi tal-konsumatur, espressi f'ġranet medji.

Is-sejbiet ewlenin tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2014 jinkludu (ara l-Anness għal tqassim fit-tliet oqsma):

Xi Stati Membri għadhom jiffaċċjaw sfidi partikolari fir-rigward tal-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja tagħhom. Proċedimenti tal-ewwel istanza twal flimkien ma’ rati tal-ikklirjar baxxi jew numru kbir ta’ kawżi pendenti jindikaw ħtieġa ta' aktar titjib. Filwaqt li ġew adottati riformi ambizzjużi dan l-aħħar f’ċerti Stati Membri (pereżempju fil-Portugall), l-effetti tagħhom kienu għadhom ma jistgħux jiġu riflessi fit-Tabella ta’ Valutazzjoni billi d-dejta hija l-aktar mill-2012.

Id-disponibbiltà tal-għodod tal-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni (ICT) għal qrati żdiedet iżda għad hemm lok għal aktar progress, b’mod partikolari sabiex kuntatti bejn il-qrati u ċ-ċittadini jsiru aktar faċli. Mekkaniżmi ta’ soluzzjoni alternattiva tat-tilwim issa huma disponibbli fi kważi l-Istati Membri kollha, filwaqt li l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet tal-Qorti jeżistu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri.

Fi kważi terz tal-Istati Membri r-rata ta’ parteċipazzjoni tal-imħallfin f’attivitajiet ta’ taħriġ kontinwu dwar il-liġi tal-UE hija ogħla minn 50 %. Taħriġ ta’ imħallfin u professjonisti legali u għodod tal-ICT huma kruċjali għat-tħaddim effettiv ta’ żona Ewropea tal-Ġustizzja bbażata fuq fiduċja reċiproka.

F’diversi Stati Membri l-perċezzjoni tal-indipendenza tjiebet filwaqt li f’xi Stati Membri marret għall-agħar.

Il-passi li jmiss

Is-sejbiet fit-Tabella ta’ Valutazzjoni se jkunu kkunsidrati fit-tħejjija tal-analiżi speċifika għall-pajjiżi li jmiss tas-Semestru Ewropew għall-2014. Dawn sejrin jiġu kkunsidrati wkoll għax-xogħol fil-kuntest tal-Programmi ta’ Aġġustamenti Ekonomiċi. Il-fondi tal-UE (Fondi Soċjali u ta’ Żvilupp Reġjonali) jistgħu jintużaw biex jappoġġaw riformi ta’ sistemi ġudizzjarji nazzjonali.

Fuq il-bażi tal-ewwel ħarsa ġenerali komparattiva ta’ salvagwardji legali bl-għan li jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja, il-Kummissjoni għandha l-għan li tkompli tiżviluppa din id-dejta komparattiva. Il-Kummissjoni se taħdem ma’ esperti mill-ġudikatura u l-Istati Membri, kif ukoll ma’ dawk li jeżerċitaw il-professjoni legali u n-netwerks ġudizzjarji Ewropej, biex titjieb il-kwalità, id-disponibbiltà u l-komparabbiltà tad-dejta għal edizzjonijiet ta’ Tabelli ta' Valutazzjoni fil-ġejjieni.

Sfond

It-titjib tal-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji diġà jifforma parti mill-proċess ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-UE bħala parti mis-Semestru Ewropew. Ir-riformi ġudizzjarji nazzjonali huma wkoll parti integrali mill-programmi ta’ aġġustament ekonomiku tal-Greċja, il-Portugall u Ċipru.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tikkontribwixxi għall-proċess tas-Semestru Ewropew billi tgħin fl-identifikazzjoni ta' kwistjonijiet relatati mal-ġustizzja li jistħoqqilhom attenzjoni partikolari. Flimkien mal-valutazzjoni speċifika tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2013 kkontribwixxiet biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fil-qasam tal-Ġustizzja għal għaxar Stati Membri (BG, ES, HU, IT, LV, MT, PL, RO, SI, SK). B’dan il-mod, it-tabella ta’ valutazzjoni se tassisti kemm lill-UE kif ukoll lill-Istati Membri biex jistabbilixxu sistemi ġudizzjarji aktar effettivi għaċ-ċittadini u n-negozji. Dan se jgħin fir-rinfurzar tal-istrateġiji tat-tkabbir fil-pajjiżi kkonċernati u għall-UE b’mod ġenerali.

Waqt li t-Tabella ta’ Valutazzjoni ma tippreżentax klassifikazzjoni unika globali tagħti ħarsa ġenerali lejn it-tħaddim tas-sistemi tal-ġustizzja kollha bbażati fuq indikaturi varji li huma ta’ interess komuni għall-Istati Membri kollha. Ma tippromwovix kwalunkwe tip partikolari ta’ sistema tal-ġustizzja. Ikun xi jkun il-mudell tas-sistema ġudizzjarja nazzjonali jew tat-tradizzjoni legali li tkun msejsa fuqha, il-puntwalità, l-indipendenza, l-affordabbiltà, u l-aċċess faċli huma uħud mill-parametri essenzjali ta’ dak li jagħmel sistema ġudizzjarja effettiva.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2014 tuża l-istess indikaturi bħat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2013, inkluż iż-żmien meħtieġ biex jiġu solvuti l-kawżi fil-qorti, ir-rata tal-kawżi li jissolvew, l-għadd ta’ kawżi pendenti, l-użu ta’ mezzi elettroniċi biex jiġu indirizzati l-kawżi, l-użu ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim, it-taħriġ disponibbli għall-imħallfin u r-riżorsi tal-qrati. Il-ġustizzja ma għandhiex biss issir, iżda għandha ssir b’mod viżibbli – għaldaqstant it-Tabella ta’ Valutazzjoni tipprovdi dejta wkoll dwar il-perċezzjoni tal-indipendenza tas-sistemi ġudizzjarji, abbażi tas-sejbiet tal-Forum Ekonomiku Dinji.

Għal aktar informazzjoni

MEMO/14/194

Pakkett għall-istampa: It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja Ewropea tal-2014 / Fiches tal-Pajjiżi – Dejta miġbura mis-CEPEJ mingħand l-Istati Membri:

http://ec.europa.eu/justice/newsroom/effective-justice/news/140317_en.htm

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:

http://ec.europa.eu/reding (EN, FR, DE)

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Segwi l-Ġustizzja tal-UE fuq Twitter: @EU_Justice

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

Għall-pubbliku: Europe Direct bin-numru tat-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew b' e­mail

ANNEX

1. Efficiency

Figure 1: Time needed to resolve litigious civil and commercial cases* (1st instance/in days) (source: CEPEJ study)

*Litigious civil (and commercial) cases concern disputes between parties, for example disputes regarding contracts, following the CEPEJ methodology. The length of proceedings expresses the time (in days) needed to resolve a case in court, that is the time taken by the court to reach a decision at first instance. The 'disposition time' indicator is the number of unresolved cases divided by the number of resolved cases at the end of a year multiplied by 365 days.

Figure 2: Rate of resolving litigious civil and commercial cases (1st instance/in %) (source: CEPEJ study)

The clearance rate is the ratio of the number of resolved cases over the number of incoming cases. It measures whether a court is keeping up with its incoming caseload. The length of proceedings is linked to the rate at which the courts can resolve cases, the 'clearance rate', and to the number of cases that are still waiting to be resolved, 'pending cases'. When the clearance rate is about 100% or higher it means the judicial system is able to resolve at least as many cases as come in. When the clearance rate is below 100%, it means that the courts are resolving fewer cases than the number of incoming cases, and as a result, at the end of the year, the number of unresolved cases adds up as pending cases. If this situation persists over several years, this could be indicative of a more systemic problem as backlogs build up which further aggravate the workload of courts, and which cause the length of proceedings to rise further.

Figure 3: Number of litigious civil and commercial pending cases (1st instance/per 100 inhabitants) (source: CEPEJ study)

The number of pending cases expresses the number of cases that remains to be dealt with at the end of a period. The number of pending cases influences the disposition time. Therefore, in order to improve the length of proceedings measures to reduce the number of pending cases are required.

2. Quality

Figure 4: ICT Systems for the registration and management of cases (weighted indicator-min=0, max=4) (source: CEPEJ study)

Figure 5: Judges participating in continuous training activities in EU Law or in the law of another Member State (as a % of total number or judges)* ( source: European Commission, European Judicial Training, 2012)

*In a few cases reported by the Member States the ratio of participants to existing members of a legal profession exceeds 100%, meaning that participants took part in more than one training activity on EU law. Some of the exceptionally high figures may suggest that, the data delivered concerns training in all subjects and not just in EU law.

Figure 6: Budget for courts (in EUR per inhabitant)* (source: CEPEJ study)

* This figure indicates the annual approved budget allocated to the functioning of all courts, whatever the source and level of this budget (national or regional).

3. Independence

Figure 7: Perceived judicial independence (higher value means better perception) (source: World Economic Forum [WEF])

The WEF indicator is based on survey answers to the question: "To what extent is the judiciary in your country independent from the influences of members of government, citizens, or firms?" The survey was replied to by a representative sample of firms in all countries representing the main sectors of the economy (agriculture, manufacturing industry, non- manufacturing industry, and services).


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website