Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 14 ta’ Marzu 2014

Id-dibattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa: Il-Viċi President Viviane Reding se żżomm Djalogu taċ-Ċittadini f'Amsterdam

Liema rwol għandu jkollha l-UE fl-irkupru ekonomiku? Xi drittijiet għandna bħala ċittadini Ewropej u kif jaffettwawlna l-ħajja ta’ kuljum dawn id-drittijiet? X’tip ta’ Ewropa jixtiequ ċ-ċittadini għall-ġejjieni? Dawn huma xi wħud mill-kwistjonijiet li l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Viviane Reding se tiddiskuti ma’ madwar 250 ċittadin fl-14 ta’ Marzu f’Barċellona għall-49 Djalogu taċ-Ċittadini.

"Hekk kif qed joqorbu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'Mejju, huwa importanti aktar minn qatt qabel li ninteraġixxu maċ-ċittadini u jkollna diskussjoni libera dwar l-Ewropa, xi tfisser illum u x'għandha tfisser għada," qalet il-Viċi President Viviane Reding, Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza. “Membru fundatur fil-qalba tal-UE u portal għall-imsieħba tan-negozju tal-Ewropa, id-destin tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa Ewropew. Ninsab ħerqana ħafna biex nisma’ l-opinjonijiet taċ-ċittadini tal-Pajjiżi l-Baxxi u nittama li l-Pajjiżi l-Baxxi, u ċ-ċittadini li se niltaqgħa magħhom f’Amsterdam nhar il-Ġimgħa, se jkomplu jkollhom rwol attiv fit-tfassil tal-ġejjieni tal-Ewropa."

Waqt id-Djalogu, iċ-ċittadini se jkollhom l-opportunità li jiddibattu mal-Viċi President Reding, li jistaqsu mistoqsijiet u li jressqu l-fehmiet u t-tħassib tagħhom. Id-Djalogu se jkun ippresedut mill-ġurnalista tal-NRC Handelsblad Carolien de Gruyter u se jkun hemm ukoll il-parteċipazzjoni tas-Sur Eberhard van der Laan, Sindku ta’ Amsterdam.

Dawk li jixtiequ jattendu jistgħu jiffirmaw fuq is-sitwww.europadialoog.nl/amsterdam.

Id-Djalogu se ssir fl-14 ta' Marzu fis-18.30 CET fir-Rode Hoed fl-Ooesterhuiszaal l-akbar u l-aktar “knisja moħbija” antika fil-Pajjiżi l-Baxxi li ġejja mill-Epoka tad-Deheb, li tinsab f’Keizersgracht 102, Amsterdam. L-avveniment jista' jiġi segwit f'xandira diretta permezz ta' webstream filwaqt li ċ-ċittadini mill-Ewropa kollha jistgħu jipparteċipaw ukoll permezz ta’ Facebook u Twitter bl-użu tal-hashtag #EUDeb8.

Ġurnalisti interessati jistgħu jipparteċipaw fl-avveniment kif ukoll f’konferenza stampa li se ssir aktar kmieni fil-ġurnata. Għall-akkreditazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja l-uffiċċju tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fil-Pajjiżi l-Baxxi (ara “Aktar informazzjoni hawn taħt”).

Sfond

Fiex jikkonsistu d-Djalogi taċ-Ċittadini?

Fl-2013 il-Kummissjoni Ewropea nediet is-Sena Ewropea għaċ-Ċittadini (IP/13/2). Matul is-sena 2013 u issa fl-2014, is-sena tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-membri tal-Kummissjoni se jkunu qed jiddiskutu maċ-ċittadini minn madwar l-Ewropa kollha dwar l-aspettattivi tagħhom għall-ġejjieni.

S'issa, diġà kien hemm 48 djalogu maċ-ċittadini madwar l-Unjoni Ewropea, u f’kull okkażjoni kien hemm mill-inqas Kummissarju wieħed preżenti. Huma ppjanati total ta’ 50 laqgħa oħra (ara l-anness). Tista' ssegwihom fuq l-Internet fuq http://ec.europa.eu/debate-future-europe.

Fil-mixja lejn Djalogu taċ-Ċittadini mal-Viċi President Reding, ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fil-Pajjiżi l-Baxxi organizzat sensiela ta’ avvenimenti f'diversi bliet madwar il-pajjiż bħal Rotterdam, Wageningen, Groningen, Enschede u Eindhoven, biex tagħti lil kemm jista' jkun ċittadini l-opportunità li jaqsmu l-fehmiet tagħhom u t-tħassib tagħhom.

Stħarriġ reċenti tal-Eurobarometru juri li ċ-ċittadin medju tal-Pajjiżi l-Baxxi jħossu inqas marbut (35%) mal-Unjoni Ewropea miċ-ċittadin medju Ewropew (46%). Aktar minn nofs (61%) taċ-ċittadini tal-Pajjiżi l-Baxxi huma, madankollu, ottimisti dwar il-futur tal-UE u 58% tal-popolazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi jħossuhom ċittadini Ewropej.

Għaliex il-Kummissjoni qiegħda tagħmel dan proprju issa?

Għax l-Ewropa tinsab f'salib it-toroq. Ix-xhur u s-snin li ġejjin se jkunu deċiżivi għat-triq tal-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea, b'ħafna ilħna li joffru ħafna opinjonjijiet differenti dwar liema direzzjoni għandha tieħu. Huwa essenzjali li ċ-ċittadini jingħataw leħen dirett f’dan id-dibattitu. Barra minn hekk, l-integrazzjoni Ewropea trid timxi id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-Unjoni. Is-smigħ tal-ilħna taċ-ċittadini huwa għalhekk iktar importanti minn qatt qabel.

X'se jkun ir-riżultat tad-Djalogi taċ-Ċittadini?

Ir-rispons mingħand iċ-ċittadini matul id-Djalogi jgħin biex jiggwida lill-Kummissjoni fit-tfassil tal-pjanijiet għal riforma futura tal-UE. Wieħed mill-iskopijiet ewlenin tad-Djalogi se jkun li jwitti t-triq għall-elezzjonijijet tal-Parlament Ewropew tal-2014.

Fit-8 ta' Mejju 2013 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-tieni Rapport tagħha dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, li jipproponi 12-il miżura konkreti ġodda biex jissolvew il-problemi li għad għandhom iċ-ċittadini (IP/13/410 u MEMO/13/409). Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE huwa t-tweġiba tal-Kummissjoni għal konsultazzjoni ewlenija onlajn li saret f'Mejju 2012 (IP/12/461) u għall-mistoqsijiet u s-suġġerimenti li saru fid-Djalogi maċ-Ċittadini dwar id-drittjiet taċ-ċittadini tal-UE u l-ġejjieni tagħhom.

Aktar Informazzjoni

Kuntatti għall-ġurnalisti biex jirreġistraw għall-avveniment: Cecilia Thorfinn (+31 6 835 33 216).

Aktar informazzjoni dwar id-Djalogu taċ-Ċittadini f'Amsterdam: www.europadialoog.nl/amsterdam

Dibattiti maċ-ċittadini dwar il-ġejjieni tal-Ewropa: ec.europa.eu/debate-future-europe

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini: europa.eu/citizens-2013

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:

ec.europa.eu/reding

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fil-Pajjiżi l-Baxxi fuq Facebook u Twitter

L-Ewropej jgħidu tagħhom: Ir-riżultati tal-konsultazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE:

http://ec.europa.eu/justice/citizen/files/eu-citizen-brochure_en.pdf

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew b'e­mail

ANNEX

1. The debate on Europe's future continues…

Stat Membru

Belt

Data

Kummissarju

Politiċi tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali

Spain

Cadiz

27/09/2012

Reding

Mayor Martinez Saiz

Austria

Graz

05/11/2012

Reding

Vice-Chancellor Spindelegger

Germany

Berlin

10/11/2012

Reding

MEP Roth-Behrendt

France

Paris

23/11/2012

Reding

Italy

Naples

30/11/2012

Andor

Mayor de Magistris

Ireland

Dublin

10/01/2013

Barroso, Reding

Prime Minister Kenny, Deputy Prime Minister Gilmore, Minister of State for European Affairs Creighton

Sweden

Gothenburg

18/02/2013

Malmström

Italy

Turin

21/02/2013

Malmström

Mayor Fassino

Portugal

Coimbra

22/02/2013

Reding

Italy

Rome

18/03/2013

Tajani

Mayor Alemanno

Greece

Thessaloniki

22/03/2013

Reding

Mayor Boutaris

Italy

Pisa

05/04/2013

Potočnik

Mayor Filippeschi

Belgium

Ghent

12/04/2013

De Gucht

Mayor Termont

Belgium

Eupen

23/04/2013

Hahn

MEP Grosch, Minister-President (German Community) Lambertz

Belgium

Brussels

04/05/2013

Reding

(former) Minister-President of the Brussels region Picqué

Germany

Dusseldorf

08/05/2013

Oettinger

MEP Klute

Slovenia

Ljubljana

09/05/2013

Potočnik

Poland

Warsaw

11/05/2013

Lewandowski

Czech Republic

Prague

13/05/2013

Füle

Minister of State for Small Business (Ireland) Perry, Chairman of the Czech Parliament’s EU Affairs Committee Bauer

Italy

Ventotene

27/05/2013

Tajani

Mayor Assenso

Italy

Milan

07/06/2013

Hedegaard

Mayor Pisapia

Luxembourg

Esch

30/06/2013

Reding

MEP Goerens, Minister for Labour Schmit, MP Braz, Minister of Public Works, Agriculture, Rural Affairs, Patrimony and Nature Policy (Wallonia) Lutgen

Poland

Warsaw

11/07/2013

Barroso, Reding

Prime Minister Tusk, MEP Thun, former Prime Minister Mazowiecki

Greece

Heraklion

12/07/2013

Damanaki

MEP Danellis, Governor Arnaoutakis

Germany

Heidelberg

16/07/2013

Reding

Minister-President (Baden-Wurttemberg) Kretschmann

Bulgaria

Sofia

23/07/2013

Reding

President Plevneliev

Belgium

Namur

13/09/2013

Reding

Minister-President Demotte

Estonia

Talinn

14/09/2013

Kallas, Rehn

Italy

Trieste

16/09/2013

Reding

Minister of European Affairs Moavero Milanesi

Finland

Helsinki

24/09/2013

Reding

MEP Pietikäinen

Hungary

Györ

03/10/2013

Andor

State Secretary for European Affairs Győri, MEP Őry

Slovak Republic

Košice

05/10/2013

Šefčovic

Slovak Parliament President Paška

Sweden

Stockholm

15/10/2013

Reding

Minister for European Union Affairs Ohlsson, MEP Ludvigsson

Belgium

Liège

17/10/2013

Barroso

Deputy Prime Minister Reynders (Belgium), Minister for Economics (Wallonia) Marcourt

Latvia

Riga

18/10/2013

Piebalgs

Minister of Defence Pabriks

Malta

Valltta

07/11/2013

Borg

France

Marseille

14/11/2013

Reding

Minister of Justice Taubira

Cyprus

Limassol

28/11/2013

Vassiliou

Austria

Eisenstadt

29/11/2013

Hahn

Minister-President (Burgenland) Niessl

Belgium

Brussels

05/12/2013

Vassiliou

MEP Durant

Lithuania

Vilnius

13/12/2013

Reding

Online

Virtual dialogue

16/01/2014

Reding

Denmark

Copenhagen

06/02/2014

Hedegaard

UK

London

10/02/2014

Reding

Minister of State for Europe Lidington

Spain

Barcelona

23/02/2014

Reding

France

Paris

27/02/2014

Barnier

Minister Delegate for European Affairs Repentin

Croatia

Zagreb

03/03/2014

Mimica

Germany

Koblenz

10/03/2014

Oettinger

Minister-President (Rhineland-Palatinate) Dreyer, State Minister for Europe (Rhineland-Palatinate) Conrad

Netherlands

Amsterdam

14/03/2014

Reding

Mayor van der Laan

Romania

Bucharest

17/03/2014

Ciolos

UE

European Dialogue Brussels

27/03/2014

Barroso, Reding, Rehn, Potočnik, Vassiliou, De Gucht, Damanaki, Hahn, Hedegaard, Andor, Mimica

MEP Roth-Behrendt, MEP Goerens


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website