Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea lill-Ukraina

European Commission - IP/14/219   05/03/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-5 ta’ Marzu 2014

L-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea lill-Ukraina

Il-Kummissjoni Ewropea llum qablet dwar pakkett ta’ appoġġ li jidentifika għadd ta’ miżuri konkreti sabiex jassistu ekonomikament u finanzjarjament lill-Ukraina. Dawn il-miżuri għandhom jitqiesu bħala l-kontribut tal-Kummissjoni għal sforz Ewropew u internazzjonali biex jgħin lill-Ukraina fir-riformi ekonomiċi u politiċi tagħha, u se jkun ippreżentat lill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-UE qabel il-laqgħa straordinarja tagħhom nhar il-Ħamis 6 ta’ Marzu.

“L-aktar prijorità immedjata għall-UE hija li tikkontribwixxi għal soluzzjoni paċifika tal-kriżi attwali, b’rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali”, qal il-President Barroso. “Fl-istess ħin, il-komunità internazzjonali għandha timmobilizza ruħha biex tgħin lill-Ukraina tistabbilizza s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tagħha. Il-Kummissjoni Ewropea llum qed tipproponi pakkett imfassal biex jassisti Gvern impenjat, inklużiv u orjentat lejn ir-riformi biex jibni mill-ġdid futur stabbli u prosperuż għall-Ukraina. Dak li qed nipproponu jista’ jwassal għal għajnuna kumplessiva ta’ mill-inqas EUR 11-il biljun fis-snin li ġejjin mill-baġit tal-UE u minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bbażati fl-UE."

Il-pakkett ta’ għajnuna għall-Ukraina jistabbilixxi l-miżuri konkreti prinċipali li l-Kummissjoni qed tipproponi għal żmien qasir u medju biex tgħin lis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja fl-Ukraina tistabbilizza ruħha, tgħin fit-tranżizzjoni u tħeġġeġ riforma politika u ekonomika.

Dan l-involviment jikkostitwixxi kemm tweġiba biex tgħin lill-pajjiż jistabbilizza ruħu kif ukoll bħala appoġġ għall-programm ta’ riforma u sjieda akbar mill-awtoritajiet Ukraini. Filwaqt li xi wħud minn dawn il-miżuri jistgħu jitwettqu malajr, oħrajn se jeħtieġu aktar pjanar u preparazzjoni. Għal ħafna minnhom huwa meħtieġ is-sostenn urġenti u attiv tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew.

Dan l-approċċ huwa msejjes fuq l-ambizzjoni li l-Ukraina tingħata għajnuna biex tissodisfa l-aspirazzjonijiet li ntwerew b’mod ċar miċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili f’dawn l-aħħar ġimgħat fl-avvenimenti mingħajr preċedent li seħħew f’Kiev u madwar il-pajjiż kollu.

Elementi ewlenin tal-pakkett miftiehem illum:

• EUR 3 biljun mill-baġit tal-UE fis-snin li ġejjin, EUR 1,6 biljun f’self ta’ assistenza makrofinanzjarja (MFA) u pakkett ta’ għajnuna ta’ għotjiet ta’ EUR 1.4 biljun;

• Sa EUR 8 biljun mill-Bank Ewropew tal-Investiment u mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;

• Potenzjalment EUR 3.5 biljun miġbura mill-Faċilità ta’ Investiment tal-Viċiniat;

• Titwaqqaf pjattaforma għall-koordinazzjoni tad-donaturi;

• Applikazzjoni provviżorja taż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva meta jiġi ffirmat il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, b’antiċipazzjoni ta’ miżuri kummerċjali awtonomi;

• Organizzazzjoni ta’ Forum/Task Force ta' Investment f'Livell Għoli;

• Il-modernizzazzjoni tas-Sistema tat-Tranżitu tal-Gass tal-Ukraina u xogħol fuq il-flussi fid-direzzjoni opposta, notevolment mis-Slovakkja;

• Aċċellerazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Liberalizzazzjoni tal-Viża fi ħdan il-qafas stabbilit; Offerta ta’ Sħubija għall-Mobilità;

• Għajnuna teknika f'għadd ta’ oqsma mir-riforma kostituzzjonali għal dik ġudizzjarja u t-tħejjija tal-elezzjonijiet.

Ammonti/firxiet indikattivi:

Sors

Ammonti/firxiet indikattivi (f’miljuni ta’ EUR)

I. IL-KUMMISSJONI EWROPEA (2014-2020)

I.1 Għajnuna kumplessiva għall-iżvilupp (għotjiet)

1,565

Pakkett bilaterali, li minnu:

— il-Programm ta’ Azzjoni Annwali (AAP) għall-2014

140-200

— AAPs (medja) — għall-2015-2020

780

— il-Programm ġeneriku (“aktar għal aktar”) għall-2015-2020

240-300

il-Faċilità ta’ Investiment tal-Viċinat

200-250

l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabilità u l-Paċi (IcSP)

20

PESK

15

I.2 Għajnuna makrofinanzjarja (self)

1,610

I.2 ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI EWROPEJ

BEI

sa 3,000

BERŻ

5,000

SOMMA FINALI

11,175

Għal aktar tagħrif, ara:

MEMO/14/159: European Commission's support to Ukraine

Kuntatti:

Pia Ahrenkilde Hansen (+32 2 295 30 70)

Alejandro Ulzurrun (+32 2 295 48 67)

Mark Gray (+32 2 298 86 44)

Natasja Bohez Rubiano (+32 2 296 64 70)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew bl-imejl


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website