Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

L-UE tipproponi strateġija ta' kummerċ responsabbli għal minerali minn żoni ta' kunflitt

Commission Européenne - IP/14/218   05/03/2014

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-5 ta’ Marzu 2014

L-UE tipproponi strateġija ta' kummerċ responsabbli għal minerali minn żoni ta' kunflitt

Ir-Rappreżentant Għoli (RGħ) tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Catherine Ashton u l-Kummissarju tal-UE dwar il-Kummerċ Karel De Gucht illum ipproponew approċċ integrat tal-UE biex iwaqqfu l-profitti mill-kummerċ tal-minerali li qed jintużaw biex jiffinanzjaw kunflitti armati. Il-pakkett ta' miżuri se jagħmilha aktar diffiċli għall-gruppi armati f'żoni affettwati minn kunflitt u ta' riskju għoli biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom permezz tat-tħaffir u kummerċ tal-minerali. L-iffukar tal-approċċ huwa biex ikun eħfef għall-kumpaniji biex jakkwistaw landa, tantalju, tungstenu u deheb b'mod responsabbli u jħeġġeġ mezzi ta' kummerċ leġittimi.

Aħna impenjati biex nipprevjenu l-kummerċ internazzjonali tal-minerali milli jżid jew jissokta l-kunflitt," qalu r-Rappreżentat Għoli/Viċi President Catherine Ashton u l-Kummissarju tal-UE dwar il-Kummerċ Karel De Gucht. "L-inizjattiva tal-lum dwar il-"minerali ta' kunflitt" se tgħin il-kummerċ biex jaħdem għall-paċi, għall-komunitajiet u għall-prosperità fiż-żoni madwar id-dinja affettwati minn kunflitt armat. Hija l-ewwel kontribuzzjoni u f'waqtha mill-UE biex tappoġġa kunsens miftiehem bejn in-negozju, is-soċjetà ċivili u l-gvernijiet fil-pajjiżi tal-OECD bħala għajnuna għall-komunitajiet biex jibbenefikaw mir-riżorsi naturali tagħhom."

Il-Kummissjoni tipproponi abbozz ta' Regolament li jistabbilixxi sistema tal-UE għall-awtoċertifikazzjoni għall-importaturi tal-landa, tat-tantalju, tat-tungstenu u tad-deheb li jagħżlu li jimpurtaw b'mod responsabbli fl-Unjoni. L-awtoċertifikazzjoni tirrikjedi li l-importaturi tal-UE ta' dawn il-metalli u tal-materja prima tagħhom biex jeżerċitaw "diliġenza dovuta" – jiġifieri, li jevitaw li tiġi kkawżata ħsara fil-post – permezz tal-monitoraġġ u tal-ġestjoni tal-akkwisti u tal-bejgħ tagħhom skont il-ħames passi tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta. L-għan huwa li tittieħed azzjoni fil-livell l-aktar effettiv tal-katina ta’ provvista tal-UE għal dawn il-minerali u biex jiġi ffaċilitat il-fluss tat-tagħrif dwar id-diliġenza dovuta sal-utenti aħħarin. Ir-Regolament jagħti opportunità lill-importaturi tal-UE biex ikabbru l-isforzi li għaddejjin bħalissa biex jiżguraw katini ta’ provvista nodfa meta jsir kummerċ leġittimu ma' operaturi f'pajjiżi affettwati bil-kunflitt.

Biex tiżdied ir-responsabbiltà pubblika ta' funderiji u raffinaturi, tissaħħaħ it-trasparenza tal-katina tal-provvista u jiġi ffaċilitat l-akkwist responsabbli tal-minerali, l-UE għandha l-għan li tippubblika lista annwali tal-"funderiji u tar-raffinaturi responsabbli" tal-UE u globali. B'aktar minn 400 importatur ta' tali materja prima u metalli, l-UE hija fost l-akbar swieq tal-landa, tat-tantalju, tat-tungstenu u tad-deheb.

Ir-Regolament propost huwa akkumpanjat minn "Komunikazzjoni", dokument li jippreżenta l-approċċ komprensiv sħiħ tal-politika barranija dwar kif tiġi trattata r-rabta bejn il-kunflitt u l-kummerċ tal-minerali estratti f'żoni affettwati. Jistabbilixxi aktar parteċipazzjoni tal-UE bħala appoġġ għall-Gwida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta u l-ambitu tal-politika barranija u tal-appoġġ tal-UE f'dan ir-rigward. Bil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli/Viċi President jikkonfermaw li l-"minerali ta' kunflitt" huma parti mill-aġenda tal-politika barranija tal-UE u li l-UE se tieħu azzjoni konkreta fuq il-livell tal-pajjiż u dak internazzjonali – li jvarja mill-appoġġ għad-djalogi politiċi u għall-ambitu diplomatiku dwar il-pajjiżi tal-funderiji. Il-Komunikazzjoni tappoġġa l-impenn mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant l-Għoli biex iħeġġu diplomazija b'saħħitha u koerenti tal-UE dwar il-materja prima, jindirizzaw ir-rabta sigurtà-żvilupp b'mod kondiviż u strateġiku.

L-inizjattiva tal-lum tipproponi wkoll għadd ta' inċentivi li jappoġġaw ir-Regolament biex iħeġġu d-diliġenza dovuta dwar il-katina tal-provvista mill-kumpaniji tal-UE, bħal:

L-inċentivi tal-akkwist pubbliku għall-kumpaniji li jbigħu prodotti bħat-telefowns ċellulari, magni tal-istampar u kompjuters li jkollhom landa, tantalju, tungstenu u deheb;

L-appoġġ finanzjarju għall-SMEs biex iwettqu diliġenza dovuta u għall-OECD għall-bini tal-kapaċità u għall-attivitajiet ta' komunikazzjoni;

Ir-rikonoxximent viżibbli għall-isforzi tal-kumpaniji tal-UE li jixtru b'mod responsabbli minn pajjiżi jew żoni affettwati bil-kunflitt;

Id-djalogi ta' politika u l-komunikazzjoni diplomatika mal-gvernijiet f'pajjiżi fejn ikun hemm estrazzjoni, ipproċessar u konsum biex iħeġġu użu usa' tad-diliġenza dovuta;

Diplomazija dwar il-materja prima inkluż fil-kuntest tal-inizjattivi ta' diliġenza dovuta minn entitajiet interessati multipli;

Il-kooperazzjoni tal-iżvilupp mal-pajjiżi kkonċernati;

L-appoġġ mill-Istati Membri tal-UE permezz tal-politiki u tal-għodda proprji.

Kuntest

Il-proposta għal Regolament hija bbażata fuq konsultazzjoni pubblika, valutazzjoni ta' impatt u konsultazzjoni estensiva mal-OECD, man-negozju, mas-soċjetà ċivili, kif ukoll mal-istituzzjonijiet fil-pajjiżi produtturi.

Din twieġeb għat-talba tal-Parlament Ewropew tal-2010 għall-UE biex tagħmel leġiżlazzjoni fuq l-istess linji tal-Istati Uniti li tirrikjedi lill-kumpaniji tagħha li jużaw "minerali ta' kunflitt" biex jiddikjaraw l-oriġini tagħhom u jeżerċitaw id-diliġenza dovuta.

Il-konsultazzjoni pubblika u l-valutazzjoni tal-impatt enfasizzaw is-sitwazzjoni diffiċli tas-suq fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar li ħeġġet lill-Kummissjoni biex tiżviluppa mudell alternattiv li huwa mmirat u kumplimentari. Il-Kummissjoni ħabbret ukoll fil-pubblikazzjoni speċjalizzata Commodity markets and raw materials u l-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Kummerċ, it-tkabbir u l-iżvilupp il-ħsieb tagħha li tħares lejn mezzi biex il-katina tal-provvista tkun aktar trasparenti.

Għal aktar informazzjoni:

Mistoqsijiet Frekwenti dwar l-akkwist responsabbli ta' minerali minn żoni ta' kunflitt żoni

Il-link għall-abbozz ta' Regolament

Link għall-Komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u mir-Rappreżentant l-Għoli

Link għad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni

Link għall-istudju estern

OECD Due Diligence Guidance for Responsible Supply Chains of Minerals from Conflict-Affected and High-Risk Areas

Outcome of the public consultation

Kuntatti :

John Clancy (+32 2 295 37 73)

Helene Banner (+32 2 295 24 07)

Maja Kocijancic (+32 2 298 65 70)

Eamonn Prendergast (+32 2 299 88 51)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew bl-e­mail


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site