Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni tikkonkludi rapporti ta' rieżami fil-fond biex tidentifika żbilanċi makroekonomiċi u tivvaluta l-progress fil-konsolidazzjoni fiskali

European Commission - IP/14/216   05/03/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV FI HU SL BG HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-5 ta’ Marzu 2014

Il-Kummissjoni tikkonkludi rapporti ta' rieżami fil-fond biex tidentifika żbilanċi makroekonomiċi u tivvaluta l-progress fil-konsolidazzjoni fiskali

Il-Kummissjoni Ewropea llum ippubblikat il-konklużjonijiet tagħha li joħorġu mir-rapporti ta' rieżami fil-fond (IDR - in-depth reviews) li saru rigward 17-il ekonomija ta' Stati Membri1 Fl-istess dokument, il-Kummissjoni evalwat il-progress li sar fil-korrezzjoni ta' defiċits fiskali fl-Istati Membri kkonċernati, u aġġornat l-opinjonijiet tagħha dwar l-abbozzi ta' pjani baġitarji tas-sena l-oħra. Dan huwa pass kruċjali fis-Semestru Ewropew ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika, li issa huwa stabbilit sew, iċ-ċiklu ta' kull sena ta' governanza ekonomika li permezz tiegħu l-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex toħloq il-kundizzjonijiet għal tkabbir u ħolqien ta' impjiegi sostenibbli bbażati fuq finanzi pubbliċi sodi, f'konformità mal-istrateġija ta' tkabbir Ewropa 2020.

“L-analiżi tagħna li ġiet ippreżentata llum turi li l-Istati Membri qegħdin jagħmlu progress fl-indirizzar tal-isfidi ekonomiċi tagħhom. Iżda dan il-progress huwa żbilanċjat u f’xi każijiet irid jitqawwa,” qal Olli Rehn, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Ewro. "Nisperaw li naraw reazzjoni qawwija mill-Istati Membri u ninsabu lesti li nappoġġawhom f'tisħib konstruttiv għar-riformi biex jissaħħaħ l-irkupru u tingħata spinta lill-ħolqien tal-impjiegi."

L-irkupru ekonomiku qed iħaffef il-pass iżda għad fadal sfidi. L-iżbilanċi akkumulaw fuq perjodu ta' aktar minn 10 snin u se jibqa' jkun hemm bżonn azzjoni kontinwa ta' politika biex l-Ewropa tkun tista' terġa' lura għal tkabbir aktar qawwi iżda sostenibbli u biex il-qgħad jonqos b'mod konsistenti. Hemm għadd ta' żbilanċi li huma komuni għal diversi Stati Membri. Fost l-isfidi hemm l-obbligazzjonijiet esterni kbar f’xi ekonomiji, bilanċi favorevoli kbar ħafna u persistenti fil-kont kurrenti li jirriflettu domanda interna mrażżna f'xi ftit pajjiżi, il-kompetittività tal-prezz għall-pajjiżi li kien ikollhom l-ogħla defiċits fil-kont kurrenti u dawk li qed iġarrbu telfiet kbar fis-sehem tagħhom fis-suq tal-esportazzjoni. It-titjib tal-kompetittività lil hinn minn fatturi marbuta mal-ispejjeż huwa ta' sfida għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri analizzati, bħalma huwa l-impatt tat-tnaqqis fl-ingranaġġ fuq il-konsum privat u l-investiment. Se jkun essenzjali li dawn l-iżbilanċi jibqgħu jiġu indirizzati sabiex jitniżżlu l-livelli għolja, mhux aċċettabbli, tal-qgħad f'ħafna naħat tal-Ewropa.

Qiegħda wkoll tinbidel bil-mod id-direzzjoni tal-isfidi makroekonomiċi fl-Istati Membri. Id-defiċits fil-kontijiet kurrenti tnaqqsu b'mod sinifikanti, fatt li jirrifletti wkoll il-progress li sar f'xi Stati Membri biex jirkupraw it-telf li kienu ġarrbu fil-kompetittività Madankollu, fost l-isfidi li għadhom jeżistu hemm l-impatt tat-tnaqqis tal-ingranaġġ fuq it-tkabbir għal perjodu medju, il-livelli għolja ta' dejn privat u pubbliku fil-kuntest ta' inflazzjoni baxxa ħafna, id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom negozji vijabbli biex jakkwistaw kreditu li jifilħu għalih, u l-livelli għolja ta' qgħad.

Fejn jidħlu kwistjonijiet fiskali, l-aħħar previżjonijiet juru li l-pass medju tal-aġġustament mistenni jonqos fl-UE u ż-Żona tal-Ewro bis-saħħa tal-isforzi ta’ konsolidazzjoni li kienu ta’ suċċess f’dawn l-aħħar ftit snin. Madankollu, xi Stati Membri għandhom bżonn iqawwu l-konsolidazzjoni fiskali biex ikun possibbli li jlaħħqu mal-miri tagħhom fejn jidħol id-defiċit. Kemm fl-UE kif ukoll fiż-Żona tal-Ewro, il-proporzjon tad-dejn mal-PGD huwa mbassar li żdied fl-2013 iżda għandu jilħaq l-ogħla livell tiegħu din is-sena, qabel ma jibda jonqos.

Il-kontrbut għat-tkabbir minn Stati Membri kbar huwa importanti. Fost l-akbar Stati Membri taż-Żona tal-Ewro, il-prijoritajiet ta' politika għandhom ikunu fuq: it-tisħiħ tad-domanda domestika u t-tkabbir fuq perjodu medju fil-Ġermanja; l-indirizzar ta' l-istaġnar li jaffettwa t-tkabbir fuq perjodu medju filwaqt li ssir ħidma dwar ir-riformi strutturali u l-konsolidazzjoni fiskali fi Franza u fl-Italja; kif ukoll li jitkompla n-nuqqas ta' ingranaġġ u t-trasformazzjoni strutturali tal-ekonomija li se jkunu ta' kontribut għat-tkabbir sostenibbli, u li jiġu indirizzati kwistjonijiet soċjali fi Spanja.

Jeħtieġ li jiġu indirizzati diversi sfidi makroekonomiċi fil-kuntest taż-Żona tal-Ewro. Teżisti l-ħtieġa li jiżdied l-investiment u li titkabbar id-domanda, li jiġu indirizzati l-frammentazzjoni finanzjarja u l-isfida tad-dejn u l-ibbilanċjar mill-ġdid fil-kuntest ta' inflazzjoni baxxa ħafna u ta' klima ekonomika diffiċli. Kif rakkomandat mill-Kunsill f'Ġunju li għadda, l-Istati Membri għandhom jieħdu fuqhom ir-responsabilità, individwali kif ukoll kollettiva, għall-pożizzjoni komuni ta' politika fiż-Żona tal-Ewro sabiex jiġi garanti t-tħaddim tajjeb tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u sabiex jiżdied it-tkabbir u jitkattru l-impjiegi.

L-iżbilanċi u l-iżbilanċi eċċessivi

Il-Kummissjoni tqis li 14-il Stat Membru qed jesperjenzaw żbilanċi: Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Isvezja, u r-Renju Unit. Fil-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja, dawn l-iżbilanċi jitqiesu bħala eċċessivi.

Stati Membri bi żbilanċi eċċessivi

Il-Kroazja jeħtiġilha tirreaġixxi minħabba obbligazzjonijiet esterni mdaqqsa, tnaqqis fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni, ditti b'ingranaġġ għoli u dejn tal-gvern ġenerali li qed jiżdied malajr, dan kollu f'kuntest ta' tkabbir baxx u ta' kapaċità ta’ aġġustament batuta. Hemm bżonn ta’ sforzi addizzjonali ta’ konsolidazzjoni fiskali biex jitnaqqas id-defiċit u biex id-dejn ma jibqax jiżdied b'mod insostenibbli. Il-Kroazja għandha defiċit fiskali eċċessiv u jeħtieġ tieħu azzjoni effettiva sal-aħħar ta’ April 2014 sabiex dan jiġi indirizzat. Fin-nuqqas ta’ miżuri addizzjonali, jista' jkun li ma tilħaqx il-miri tagħha fl-2014.

L-Italja trid tindirizza l-livell għoli ħafna tagħha ta’ dejn pubbliku u ta' kompetittività esterna dgħajfa. It-tnejn għandhom għeruqhom fl-aħħar mill-aħħar fl-istaġnar tat-tkabbir tal-produttività tal-pajjiż u hemm bżonn ta' azzjoni urġenti u deċiżiva biex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq l-ekonomija Taljana u taż-Żona tal-Ewro.

Is-Slovenja għadha qed tesperjenza żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi li jeħtieġu monitoraġġ u azzjoni ta’ politika b’saħħitha kontinwa, għalkemm l-iżbilanċi bdew ibattu matul l-aħħar sena bis-saħħa ta' aġġustament makroekonomiku u ta' azzjoni ta’ politika deċiżiva.

Fil-każ ta’ Spanja, li sena ilu ukoll kienet ġiet ikklassifikata bħala li għandha żbilanċi eċċessivi, il-Kummissjoni tqis li seħħ aġġustament sinifikanti matul l-aħħar sena u li skont it-tendenzi attwali l-iżbilanċi se jkomplu jonqsu matul iż-żmien. Filwaqt li fuq din il-bażi jista' jiġi konkluż li fi Spanja l-iżbilanċi ma għadhomx eċċessivi, il-Kummissjoni tenfasizza li għad hemm riskji.

Għalkemm saru wkoll rapporti tar-rieżami fil-fond (IDRs) għad-Danimarka, il-Lussemburgu u Malta, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda żbilanċi skont is-sens tal-MIP.

Bħala parti mill-monitoraġġ kontinwu tagħha tal-obbligi taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv, il-Kummissjoni llum qed tagħmel ukoll użu minn strument ġdid taħt il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, kif imsaħħaħ, biex tiġbed l-attenzjoni ta' żewġ Stat Membri taż-Żona tal-Ewro, Franza u s-Slovenja, għar-riskju ta' nuqqas ta' konformità mal-għan baġitarju rrakkomandat għal din is-sena.2 Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew f'Ġunju, il-Kummissjoni se tagħmel analiżi ġdida tas-sitwazzjoni ġenerali għar-rigward tal-obbligi skont il-Patt ta' Stabilita u Tkabbir u, dejn ikun hemm bżonn, tipproponi passi alternattivi lill-Kunsill.

Il-passi li jmiss

In-natura tal-iżbilanċi u tal-iżbilanċi eċċessivi li l-Istati Membri se jkollhom jindirizzaw ivarjaw. Ir-rapporti ta' rieżami fil-fond individwali huma bażi analitika li għandha tiftaħ djalogu mal-Istati Membri hekk kif qed iħejju l-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u l-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza tagħhom (pjani fiskali fuq perjodu medju). Dawn se jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sa tmiem April u se jiġu analizzati kmieni f'Ġunju, meta l-Kummissjoni se tippreżenta sett aġġornat ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi pajjiż pajjiż fil-fażi konklussiva tas-Semestru Ewropew. Għall-Istati Membri bi żbilanċi eċċessivi se tiddeċiedi wkoll f’Ġunju jekk ikunux meħtieġa passi oħra.

Il-pajjiżi tal-programm (il-Greċja, Ċipru, il-Portugall u r-Rumanija) mhumiex koperti minn proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi, peress li huma diġà taħt sorveljanza bħala parti mill-programmi tagħhom ta’ aġġustament ekonomiku.

Għal aktar tagħrif:

http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/macroeconomic_imbalance_procedure/index_en.htm

Kuntatti:

Simon O'Connor (+32 2 296 73 59)

Audrey Augier (+32 2 297 16 07)

Vandna Kalia (+32 2 299 58 24)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew bil-posta elettronika

Synoptic Table: Integrated surveillance of macroeconomic and Fiscal imbalances
(Member States for which an IDR has been prepared)

Macroeconomic Imbalances Procedure (MIP)

Stability and Growth Pact (SGP)

Finding

Follow-up

BE

Imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester, including on MIP-related issues

Excessive deficit,
deadline for correction: 2013

BG

Imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester, including on MIP-related issues

Not yet at MTO

DE

Imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester, including on MIP-related issues

Overachieving MTO

DK

No imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester

Excessive deficit,
deadline for correction: 2013

IE

Imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester, including on MIP-related issues.
Specific monitoring: post-programme surveillance

Excessive deficit, deadline for correction: 2015

ES

Imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester, including on MIP-related issues.
Specific monitoring: post-programme surveillance

Excessive deficit,
deadline for correction: 2016

FR

Imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester, including on MIP-related issues.
Specific monitoring to be put in motion

Excessive deficit,
deadline for correction: 2015

The Commission adopts today a recommendation (*)

HR

Excessive imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester, including on MIP-related issues.
Decision to be taken in June on subsequent steps under the MIP. Specific monitoring to be put in motion

Excessive deficit,
deadline for correction: 2016

IT

Excessive imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester, including on MIP-related issues.
Decision to be taken in June on subsequent steps under the MIP. Specific monitoring to be put in motion

Not yet at MTO

LU

No imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester

Overachieving MTO

HU

Imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester, including on MIP-related issues

Not yet at MTO

MT

No imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester

Excessive deficit,
deadline for correction: 2014

NL

Imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester, including on MIP-related issues

Excessive deficit,
deadline for correction: 2014

SI

Excessive imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester, including on MIP-related issues. Decision to be taken in June on subsequent steps under the MIP. Specific monitoring to be put in motion

Excessive deficit,
deadline for correction: 2015

The Commission adopts today a recommendation (*)

SE

Imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester, including on MIP-related issues

Overachieving MTO

FI

Imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester, including on MIP-related issues

Not yet at MTO

UK

Imbalance

Recommendations to be adopted under the European Semester, including on MIP-related issues

Excessive deficit,
deadline for correction: 2014-5

(*) The Recommendations under the '2-pack' (Reg. No 473/2013) regarding measures to be taken in order to ensure a timely correction of its excessive government deficit only concern euro area Member States. MTO: Medium-term fiscal objective. Euro area Member States for which an IDR was prepared are shaded.

1 :

Dawn huma s-16-il Stat Membru identifikati fir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija ta' Novembru li għadda li qed juru sinjali ta' żblianċi makroekonomiċi, flimkien mal-Irlanda, li minn dak iż-żmien ħarġet b'suċċess mill-programm ta' aġġustament tagħha u għalhekk hija koperta mill-ġdid mill-proċeduri normali tal-UE ta' sorveljanza ekonomika.

2 :

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2013.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website