Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-27 ta' Frar 2014

Liġi Kuntrattwali tal-Assigurazzjoni: Rapport minn esperti jindika l-ostakli għall-kummerċ transfruntiera

Grupp ta' esperti stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea biex jeżamina l-ostakoli għall-kummerċ transfruntiera fil-liġi tal-assigurazzjoni madwar l-Istati Membri (IP/13/74) llum ippreżenta r-rapport komprensiv tiegħu. Ir-rapport isib li d-differenzi fil-liġijiet kuntrattwali jimpedixxu l-provvista transfruntiera tal-prodotti tal-assigurazzjoni billi jżidu l-ispejjeż, joħolqu inċertezza legali u jagħmluha diffiċli għall-konsumaturi u għan-negozji biex jieħdu assigurazzjoni fi Stati Membri oħrajn tal-UE. Bħalissa, ċittadin li jiċċaqlaq biex imur jaħdem f'pajjiż ieħor tal-UE jista' jiġi mġiegħel jagħmel polza ġdida tal-assigurazzjoni fuq il-karozza, jew jiffaċċa problemi biex id-drittijiet tiegħu skont pjan ta' pensjoni privata jiġu rikonoxxuti jekk il-pjan ikun inħareġ fil-pajjiż tiegħu ta' oriġini. B'mod simili, il-kumpaniji b'fergħat f'diversi pajjiżi tal-UE jistgħu jiġu mġiegħla jagħmlu poloz separati b'kundizzjonijiet differenti f’kull pajjiż minflok polza waħda fuq in-negozju kollu tagħhom fl-UE. Il-Kummissjoni Ewropea issa tibni fuq ir-rapport billi tikkonsulta mal-konsumaturi, man-negozji u mas-settur tal-assigurazzjoni dwar soluzzjonijiet possibbli.

Aktar minn 20 sena wara t-tlestija tas-Suq Uniku tagħna, il-kummerċ ta' transfruntiera fis-settur tal-assigurazzjoni jonqsu x'jiġi rfinat,” qalet il-Viċi-President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja. “Ir-realtà hija: għadd żgħir ta' klijenti jistgħu jixtru prodotti tal-assigurazzjoni f'pajjiżi oħrajn, biż-0.6% biss tal-primjums kollha tal-assigurazzjoni fuq vetturi bil-muturi u 2.8% tal-primjums tal-assigurazzjoni fuq il-proprjetà offruti madwar l-UE. Ir-rapport tal-lum tal-grupp ta' esperti juri li wħud minn dawn il-problemi joħorġu minn differenzi fil-liġi kuntrattwali. Hemm potenzjal kbir għall-provvista tal-prodotti tal-assigurazzjoni transfruntiera. Irridu nagħmlu ħilitna biex nisfruttawha l-aħjar li nistgħu. Dan huwa kruċjali biex inżommu l-pożizzjoni kompettittiva tal-ogħla assiguraturi tal-UE fis-suq globali."

Il-Grupp ta’ Esperti dwar il-Liġi Kuntrattwali tal-Assigurazzjoni Ewropea ngħata l-ħidma li jidentifika jekk u sa liema punt id-differenzi tal-liġi kuntrattwali jostakolaw il-provvista transfruntiera u jużaw il-prodotti tal-assigurazzjoni. Magħmul minn 20 membru minn 12-il Stat Membru u b'esperjenzi professjonali differenti, il-grupp ta' esperti kellu 10 laqgħat fl-2013 u fl-2014.

Is-sejbiet ewlenin tar-rapport huma:

Għal bosta prodotti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, il-vetturi bil-mutur, jew ir-responsabbiltà mibjugħa lill-konsumaturi, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni jridu jadattaw il-kuntratti tagħhom għar-regoli nazzjonali fejn huwa bbażat id-detentur ta' polza. Dan ifisser li jridu jiżviluppaw kuntratti ġodda biex jikkonformaw, pereżempju, mar-regoli dwar l-informazzjoni pre-kuntrattwali.

Id-differenzi tal-liġi kuntrattwali jimpedixxu l-provvista tal-prodotti tal-assigurazzjoni f'pajjiżi differenti. Dawn iżidu l-ispejjeż għall-provvista transfruntiera tal-assigurazzjoni, joħolqu inċerteżża legali u jagħmluha diffiċli ħafna għall-konsumaturi u għan-negozji biex jixtru assigurazzjoni fi Stati Membri oħrajn.

L-ostakli tal-liġi kuntrattwali jinsabu primarjament fis-settur tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, kif ukoll oqsma bħal assigurazzjoni fuq ir-responsabbiltà u l-vetturi bil-mutur. Ir-rapport isib li x'aktarx il-problemi jinħolqu inqas f'assigurazzjoni għal swieq ta' riskji kbar jekk konnessi ma' snajja' jew ċerti assigurazzjonijiet għal kumpaniji kbar – bħal fil-qasam tal-assigurazzjoni fuq it-trasport.

Kuntest

Fil-11 ta’ Ottubru 2011 il-Kummissjoni Ewropea pproponiet Liġi Ewropea Komuni dwar il-Bejgħ fakultattiva biex tagħti spinta lill-kummerċ u tespandi l-għażla tal-konsumaturi f'oqsma lil hinn mis-servizzi finanzjarji IP/11/1175, MEMO/11/680). Fil-21 ta' Settembru 2011 il-Viċi-President Viviane Reding iltaqgħet mal-mexxejja tal-kumpaniji Ewropej tal-assigurazzjoni biex jinbeda djalogu mas-settur tal-assigurazzjoni (MEMO/11/624).

Fil-31 ta' Jannar 2013, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-Grupp ta’ Esperti (IP/13/74) bħala segwitu ta' din il-laqgħa u t-tħassib li qajmu l-partijiet interessati matul il-konsultazzjoni fuq “Green Paper dwar l-alternattivi politiċi għal progress lejn liġi kuntrattwali Ewropea għall-konsumaturi u n-negozji" li saret qabel din il-proposta (IP/10/872). B'mod partikolari, ir-rappreżentanti tal-assigurazzjoni ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li attwalment mhux possibbli joffru prodotti tal-assigurazzjoni uniformi madwar l-UE abbażi ta' qafas legali Ewropew uniku. Huma nnutaw li d-differenzi bejn il-liġijiet kuntrattwali tal-assigurazzjoni jiġġeneraw spejjeż addizzjonali u inċertezza legali fil-kummerċ transfruntier ta' prodotti tal-assigurazzjoni.

Il-Parlament Ewropew sussegwentement talab lill-Kummissjoni teżamina s-sitwazzjoni fis-settur tal-assigurazzjoni f'aktar dettall (Riżoluzzjoni tal-PE 2011/2013/(INI)).

Il-Grupp ta’ Esperti dwar il-Liġi Kuntrattwali tal-Assigurazzjoni laqqa' flimkien il-partijiet interessati ewlenin, inklużi l-fornituri tal-assigurazzjoni, ir-rappreżentanti tal-konsumaturi u l-utenti kummerċjali, l-akkademiċi u l-professjonisti ġuridiċi, magħżula fi proċedura ta' għażla kompetittiva. Iltaqa' fuq bażi ta' xahar b'xahar.

Għal aktar tagħrif

Rapport: Grupp ta' Esperti dwar il-Liġi Kuntrattwali tal-Assigurazzjoni Ewropea:

http://ec.europa.eu/justice/contract/insurance/index_en.htm

Il-Kummissjoni Ewropea - il-liġi kuntrattwali:

http://ec.europa.eu/justice/contract/index_en.htm

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:

http://ec.europa.eu/reding

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Segwi l-Ġustizzja tal-UE fuq Twitter: @EU_Justice

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew bl-e­mail

ANNEX

EXPERT GROUP ON THE EUROPEAN INSURANCE CONTRACT LAW

Individual expert appointed in his/her personal capacity

Prof. Dr. Dr. h.c. mult. Jürgen Basedow - Germany - co-rapporteur for section report on Life Insurance and rapporteur for the Final Report

Prof. Dr. Helmut Heiss - LL.M., Switzerland, - rapporteur for section report on EU Law and Differences between national insurance contract

Mr. Piotr Czublun - Legal Advisor, Poland

Individual expert appointed as representative of an interest

Dr Jorge Pegado Liz - Attorney at law, Portugal

Dr Juan Bataller-Grau - Catedrático de Derecho Mercantile, Spain

Mr Yannis Samothrakis, - Attorney at law, Partner,Clyde & Co LLP., France/Greece, rapporteur for section report on The Impact of Differences in Insurance Contract Law Applicable to All Classes of Insurance on Cross-Border Insurance – part I

Prof. Jérôme Kullmann - France

Organisations

Associazione Nazionale fra le Imprese Assicuratrici, ANIA, Association, Italy, represented by Prof. Diana Cerini - rapporteur for section report on Liability Insurance

The European Consumer Organisation, BEUC, Association, EU, represented by Jean-Paul Coteur

European Federation of Insurance Intermediaries, BIPAR, Association, EU, represented by Dr Svenja Richartz

Council of Bars and Law Societies of Europe, CCBE, Association, EU, represented by Dr Elisabeth Scheuba

Fédération Française des Sociétés d'Assurances, FFSA, Association, France, represented by François Rosier

Gesamtverband der Deutschen Versicherungswirtschaft e.V., GDV, Association, Germany, represented by Dr Natascha Sasserath-Alberti

Insurance Europe, Association, EU, represented by Malene Bye Rasmussen

Lloyd's Market Association, Corporate, United Kingdom, represented by Kees van der Klugt

Standard Life, Corporate, United Kingdom, represented by Katie Paterson – rapporteur on section report on Economic Facts and General Framework

The Law Society of England and Wales, Association, United Kingdom, represented by Joanna Page – rapporteur for section report on The Impact of Differences in Insurance Contract Law Applicable to All Classes of Insurance on Cross-Border Insurance – part II

European Association of Craft, Small and Medium-sized Enterprises, UEAPME, Association, EU, represented by Luc Hendrickx

Unión Española de Entidades Aseguradoras y Reaseguradoras ,UNESPA, Association, Spain, represented by Nuria Castañer Carrasco – rapporteur for section report on Motor Liability Insurance

Verbond van Verzekeraars, Association, Netherlands, represented by Erik Schouten - co-rapporteur for section report on Life Insurance

In addition and depending on the topic discussed during the meeting further organisations and experts were also represented on an ad hoc basis


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website