Navigation path

Left navigation

Additional tools

Jum għall-Paga Ugwali: id-Diskrepanza bejn il-Pagi tal-Irġiel u tan-Nisa staġnata f'16.4% madwar l-Ewropa kollha

European Commission - IP/14/190   28/02/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussel, it-28 ta’ Frar 2014

Jum għall-Paga Ugwali: id-Diskrepanza bejn il-Pagi tal-Irġiel u tan-Nisa staġnata f'16.4% madwar l-Ewropa kollha

In-nisa fl-Ewropa għadhom jaħdmu 59 jum "b'xejn" – dan hu dak li joħroġ mill-aħħar ċifri rrilaxxati llum mill-Kummissjoni Ewropea. Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel – id-differenza medja tad-dħul fis-siegħa bejn in-nisa u l-irġiel madwar l-ekonomija kollha – bilkemm iċċaqalqet f'dawn l-aħħar snin u għadha madwar 16% (bħalissa tinsab 16.4% bħas-sena ta' qabel). L-aħħar ċifri jfissru li l-Jum Ewropew għall-Paga Ugwali qed jiġi ċċelebrat fit-28 ta' Frar, għat-tieni sena konsekuttiva. L-avveniment mal-UE kollha jimmarka d-data fil-kalendarju l-ġdid minn fejn in-nisa verament jibdew jitħallsu għal xogħolhom kif imqabbel mal-irġiel. Dan ifisser li llum in-nisa jaħdmu 59 jum "b'xejn" sakemm ma jilħqux l-ammont li jaqilgħu l-irġiel. Din hija r-raba' darba li l-Jum għall-Paga Ugwali qed jiġi ċċelebrat fil-livell Ewropew: wara li tnieda mill-Kummissjoni fil-5 ta' Marzu 2011 (ara IP/11/255), it-tieni jum seħħ fit-2 ta' Marzu 2012 (ara IP/12/211) u t-tielet fit-28 ta' Frar 2013 (IP/13/165).

"Il-Jum Ewropew għall-Paga Ugwali jfakkarna fil-kundizzjonijiet ta’ paga inugwali li n-nisa għadhom jiffaċċaw fis-suq tax-xogħol. Id-diskrepanza fil-paga naqset biss marġinalment f'dawn l-aħħar snin. Biex tkompli tgħarraqha, it-tendenza ftit ħafna negattiva f'dawn l-aħħar snin hija dovuta l-aktar ġeneralment għall-kriżi ekonomika, li pjuttost milli rat il-qligħ tan-nisa jiżdied rat il-qligħ tal-irġiel jonqos," qalet il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja. "Il-qligħ indaqs għal xogħol indaqs huwa prinċipju fundamentali tal-UE, iżda b'dispjaċir għadu mhux realtà għan-nisa fl-Ewropa. Wara snin ta' inerzja, issa wasal iż-żmien li ssir bidla. Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed taħdem fuq inizjattiva biex tattiva l-bidla, sabiex fil-futur qrib ma jkollniex bżonn niċċelebraw iżjed il-Jum għall-Paga Ugwali."

Id-diskrepanza fil-pagi hija espressa bħala perċentwal tal-qligħ tal-irġiel u tirrappreżenta d-differenza tad-dħul gross fis-siegħa bejn l-impjegati nisa u rġiel madwar l-ekonomija tal-UE. L-aħħar ċifri juru medja ta’ 16.4 % fid-diskrepanza fil-pagi bejn is-sessi fl-2012 madwar l-Unjoni Ewropea. Iċ-ċifri juru staġnar wara tendenza ftit negattiva fis-snin reċenti, biċ-ċifra ta' 17% jew ogħla fis-snin ta' qabel. Wieħed isib tendenza ta' tnaqqis fid-Danimarka, ir-Repubblika Ċeka, l-Awstrija, il-Pajjiżi l-Baxxi u Ċipru, filwaqt li pajjiżi oħra (il-Polonja, il-Litwanja) fl-2012 inversaw it-tendenza ta' tnaqqis. F'ċerti pajjiżi bħall-Ungerija, il-Portugall, l-Estonja, il-Bulgarija, l-Irlanda u Spanja, id-diskrepanza tal-pagi f'dawn l-aħħar snin żdiedet.

It-tendenza ta' tnaqqis fid-diskrepanza tal-pagi jistgħu jispjegawha diversi fatturi, bħal sehem akbar ta' nisa b'edukazzjoni ogħla jew l-impatt akbar ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f'ċerti setturi dominati mill-irġiel, bħall-kostruzzjoni jew l-inġinerija. Il-bida għalhekk mhix dovuta biss għat-titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħlas u tax-xogħol għan-nisa.

Rapport tal-Kummissjoni Ewropea ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE dwar it-trattament ugwali tan-nisa u tal-irġiel fl-impjiegi (id-Direttiva 2006/54/KE) sab li l-paga ugwali hija mfixkla minn għadd ta' fatturi. Dawn jinkludu n-nuqqas ta' trasparenza fis-sistemi tal-pagi, nuqqas ta' ċarezza legali fid-definizzjoni ta' xogħol ta' valur ugwali, u ostakoli proċedurali. Tali ostakoli huma pereżempju n-nuqqas ta' informazzjoni li għandhom il-ħaddiema li hija meħtieġa biex ikunu jistgħu jressqu b'suċċess pretensjoni għal paga ugwali jew l-inklużjoni ta' informazzjoni rigward il-livelli tal-pagi għal kategoriji differenti ta' impjegati (IP/13/1227). Iktar trasparenza b'rabta mal-pagi tista’ ttejjeb is-sitwazzjoni ta’ vittmi individwali ta’ diskriminazzjoni fil-pagi li jkunu jistgħu jqabblu lilhom infushom b’mod iktar faċli mal-ħaddiema tas-sess l-ieħor.

Il-Kummissjoni bħalissa qed tikkunsidra alternattivi fil-livell Ewropew biex ittejjeb it-trasparenza fil-pagi u b'hekk tindirizza d-diskrepanza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa, biex tgħin tiffaċilita l-applikazzjoni effikaċi fil-prattika tal-prinċipju ta' paga ugwali.

Sfond

L-ugwaljanza bejn is-sessi hija waħda mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-prinċipju ta' paga ugwali ilu minqux fit-Trattati sa mill-1957 u huwa wkoll inkorporat fid-Direttiva 2006/54/KE dwar it-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol.

Fid-9 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni adottat rapport li jevalwa l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar pagi ndaqs fil-prattika fil-pajjiżi tal-UE (IP/13/1227). Huwa kkonkluda li għall-ġejjieni, l-isfida ewlenija għall-Istati Membri kollha se tkun l-applikazzjoni korretta u l-infurzar tar-regoli stabbiliti permezz tad-Direttiva 2006/54/KE

Apparti l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE, il-Kummissjoni kompliet tieħu azzjoni biex tindirizza d-diskrepanza fil-pagi, inkluża l-Inizjattiva bl-Ugwaljanza Jaqbillek matul l-2012 u l-2013, li tat sostenn lil min iħaddem biex jindirizza d-diskrepanza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa permezz tal-organizzazzjoni ta' workshops u taħriġ; Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi annwali ppubblikati fil-qafas tas-Semestru Ewropew li kienu jiġbdu l-attenzjoni tal-Istati Membri għall-ħtieġa li jindirizzaw id-diskrepanza fil-pagi; Jiem għal Paga Ugwali Ewropej; skambju tal-aħjar prattiki; u l-finanzjament ta' inizjattivi tal-Istati Membri permezz tal-Fondi Strutturali u azzjonijiet mis-soċjetà ċivili.

Eżempji ta’ prattiki tajba li jippromwovu paga ugwali fil-livell nazzjonali jinkludu:

Fl-2012 il-Parlament Belġjan għadda liġi li tobbliga lill-kumpaniji biex kull sentejn jagħmlu analiżi komparattiva tal-istruttura tal-pagi tagħhom. Il-Belġju kien ukoll l-ewwel pajjiż tal-UE li organizza l-Jum għall-Paga Ugwali (fl-2005).

Il-Gvern Franċiż saħħaħ is-sanzjonijiet li hemm bħalissa kontra kumpaniji b'50 impjegat jew aktar li ma jirrispettawx l-obbligi tagħhom rigward l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Għall-ewwel darba, bħala riżultat ta' digriet tal-2012, f'April 2013 instab li żewġ kumpaniji ma kinux konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-pagi ugwali.

L-Att għat-Trattament Ugwali tal-Awstrija jobbliga lill-kumpaniji biex ifasslu rapporti dwar il-pagi ugwali. Ir-regoli, li ddaħħlu gradwalment, issa huma obbligatorji għal kumpaniji b'iktar minn 250, 500 u 1,000 impjegat. Kumpaniji b'iktar minn 150 impjegat se jkollhom jipproduċu rapport mill-2014.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Portugall tat-8 ta' Marzu 2013 kienet tinkludi miżuri li jiggarantixxu u jmexxu 'l quddiem opportunitajiet u riżultati ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol, inkluża l-eliminazzjoni tad-diskrepanza fil-pagi. Il-miżuri jinkludu r-rappurtar mill-industrija fuq id-diskrepanzi fil-pagi.

Għal aktar informazzjoni:

Il-Kummissjoni Ewropea – Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel:

http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/gender-pay-gap/index_mt.htm

Il-Kummissjoni Ewropea - bl-Ugwaljanza Jaqbillek:

http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/equality-pays-off/index_en.htm

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:

http://ec.europa.eu/reding (EN, FR, DE)

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Segwi l-Ġustizzja tal-UE fuq Twitter: @EU_Justice

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew bl- e­mejl

Anness

1. L-istatistika tad-diskrepanza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa

Sors: Eurostat 2012, ħlief għall-Greċja (2010)

2. Iċ-ċifri dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa fil-pajjiżi tal-UE

2008

2009

2010

2011

2012

Differenza 2012 - 2008

UE

17.3

17.2 (p)

16.2

16.4 (p)

16.4 (p)

-0.9

BE

10.2

10.1

10.2

10.2

10.0

-0.2

BG

12.3

13.3

13.0

13.0

14.7

2.4

CZ

26.2

25.9

21.6

22.6

22.0

-4.2

DK

17.1

16.8

15.9

16.3

14.9

-2.2

DE

22.8

22.6

22.3

22.2 (p)

22.4 (p)

-0.4

EE

27.6

26.6

27.7

27.3

30.0

2.4

IE

12.6

12.6

13.9

11.7 (p)

14.4 (p)

 1.8

EL

22.0

:

15.0

:

:

ES

16.1

16.7

16.2

17.8 (p)

17.8 (p)

1.7

FR

16.9

15.2

15.6

15.0 (p)

14.8 (p)

-2.1

HR

:

:

15.5

17.6

18.0

:

IT

4.9

5.5

5.3

5.8

6.7

1.8

CY

19.5

17.8

16.8

16.4

16.2

-3.3

LV

11.8

13.1

15.5

13.6

13.8

2.0

LT

21.6

15.3

14.6

11.9

12.6

-9.0

LU

9.7

9.2

8.7

8.7 (p)

8.6 (p)

-1.1

HU

17.5

17.1

17.6

18.0

20.1

2.6

MT

9.2

7.7

7.2

6.2

6.1

-3.1

NL

18.9

18.5

17.8

17.9

16.9

-2.0

AT

25.1

24.3

24.0

23.7

23.4

-1.7

PL

11.4

8.0

4.5

5.5

6.4

-5.0

PT

9.2

10.0

12.8

12.5

15.7

6.5

RO

8.5

7.4

8.8

11.0

9.7

1.2

SI

4.1

-0.9

0.9

2.3

2.5

-1.6

SK

20.9

21.9

19.6

20.5

21.5

0.6

FI

20.5

20.8

20.3

19.6

19.4 (p)

-1.1

SE

16.9

15.7

15.4

15.8

15.9

-1.0

UK

21.4

20.6

19.5

20.1

19.1

-2.3

Sors: Eurostat, SES

* (p) = dejta provviżorja


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website